Kimika
Dan l-artiklu dwar il-kimika u l-kimika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Kimika (ġejja mill Eġizzjan kēme li tfisser "ħamrija") hija l-istudju tal-istruttura, kompożizzjoni u karatteristiċi tal-materjali, kif wkoll il-bidliet li jseħħu f'reazzjonijiet kimiċi.
Il-Kimika hija xjenza fiżika relatata ma' diversi studji fuq l-atomi, il-molekuli, il-kristalli u forom oħra ta' materjali (kemm li jeżistu weħidhom kif wkoll magħquda ma' materjali oħra). Dawn jinkorporaw il-kunċetti tal-enerġija u l-entropija, li huma relatati mal-possibbiltà li sseħħ reazzjoni kimika, kif wkoll mar-rata tar-reazzjoni.
Il-fergħat ta' Kimika huma miġburin skond it-tip ta' materjal li jkun qed jiġi studjat. Dawn il-fergħat jinkludu fost ohrajn:
- Kimika inorganika,
- Kimika organika,
- Kimika analitika,
- Bijokimika,
- Kimika fiżika,
- Kimika ambjentali,
- Kimika industrijali.
Ħarġu wkoll studji speċjalizzati eż. newrokimika (studji fuq il-kimika kkonċernata mal-moħħ uman).
Storikament, il-Kimika moderna żvolġiet mil-alkemija.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kimika |