Joseph Flores (politiku Malti)
Joseph Flores (1907– 8 ta’ Marzu 1974) kien imħallef u politiku Malti.[1]
Joseph Flores (politiku Malti) | |||
---|---|---|---|
Marzu 1955 - Diċembru 1955 ← Giuseppe M. Camilleri - Nestu Laiviera → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Ħamrun, 1907 | ||
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta | ||
Mewt | 8 Marzu 1974 | ||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Malta | ||
Lingwi |
Malti Ingliż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
politiku imħallef |
Ħajja bikrija
immodifikaFlores twieled fl-1907 fil-Ħamrun, Malta. Wara l-iskola huwa rreġistra fl-Università ta’ Malta u beda kors fl-istudju tal-liġi. Dan servih biex jiżviluppa l-karriera tiegħu fil-qasam legali, u eventwalment inħatar bħala imħallef.
Karriera politika
immodifikaFlores kien miġbud lejn l-isfera politika, iżda l-ewwel darba li ħareġ għall-elezzjoni ġenerali tal-1932 ma telgħax. Madankollu, eventwalment ġie elett, bħala kandidat għall-Malta Labour Party, għal tliet mandati suċċessivi matul is-snin ħamsin. Dan il-perjodu, eżatt qabel l-Indipendenza kien wieħed ta’ taqlib għax-xellug Malti. Qasma bejn l-MLP u l-Partit tal-Ħaddiema (MWP) wasslet biex dan tal-aħħar jifforma koalizzjoni man-Nazzjonalisti biex iżomm il-gvern fil-bidu tas-snin 50.
Mill-1949 sal-1955, Flores serva bħala Viċi Kap tal-MLP fl-Assemblea. Fl-1955 il-MLP tela' fil-gvern taħt it-tmexxija ta' Dom Mintoff. Dik il-leġiżlatura kienet iddominata mill-kwistjoni tal-integrazzjoni mar-Renju Unit .
Tali kienet il-pożizzjoni ta’ Flores fi ħdan il-grupp dominanti Laburista li nħatar l-Ispeaker tal-Assemblea Leġiżlattiva Maltija fl-1955. Aktar tard inħatar Imħallef u għalhekk irriżenja minn membru tal-Assemblea Leġiżlattiva.
Flores kien influwenti wkoll fl-introduzzjoni tal-politika ta’ probation kriminali f’Malta. Fl-1955, adotta wħud mill-proposti li kienu ġew żviluppati minn Sir Alexander Paterson, Kummissarju tal-Ħabsijiet għall-Ingilterra u Malta. Paterson kien issuġġerixxa li tintuża s-sistema soċjali diġà fis-seħħ – fil-każ ta’ Malta il-korp tal-pulizija u l-knisja kattolika.[2]
Post il-ħajja politika
immodifikaFtit qabel irtira huwa ħa kariga oħra bħala viċi-president tal-qorti kostituzzjonali ta' Malta.
Flores kien jgħix fi żmien meta l-identità sesswali tal-individwu kienet protetta ħafna. Joseph Carmel Chetcuti issostni li Flores kellu relazzjoni Herbert Ganado, anke jekk serva bħala l-best man fit-tieġ tiegħu. Chetcuti jiddeskrivi kif, "Lejlet it-tieġ, Flores libes ta' mara, u f'okkażjoni oħra, Flores u oħrajn għamlu drag show fejn kien impressjoni tar-Reġina Vittorja."[3][4]
Wara li rtira reġa' għallem il-liġi fl-Università ta' Malta.
Flores miet fl-1974 u ġie midfun fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b Bonnici, Eman (2019). Iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata (bil-Malti). Kalkara: Heritage Malta. p. 248. ISBN 978-99932-57-75-2.
- ^ M. Montebello, 'The Impact of Radicalisation on community punishments in Malta, 2007' from "Archived copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-23. Miġbur 2009-10-12.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ Joseph Chetcuti in "Who's who in Gay and Lesbian History, Ed Aldrich and Wotherspoon, London, 2000
- ^ Queer Mediterranean Memories, Joseph Carmel Chetcuti, Australia, 2010