Nestu Laiviera

politiku u teatrant Malti

Nestu Laiviera (1908–1984) kien politiku Malti mal-Partit Laburista u Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Nestu Laiviera
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

1 Settembru 1976 - Jannar 1978
Emmanuel Attard Bezzina - Kalċidon Agius
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Diċembru 1955 - April 1958
Joseph Flores - Paolo Pace
Ħajja
Twelid Birgu, 1908
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 11 Jannar 1984
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurnalist
theatre maker (en) Translate
Sħubija Stage Commandos

Karriera

immodifika

Laiviera beda l-karriera politika tiegħu fl-elezzjoni tal-1947, fejn ġie elett bħala membru tal-Parlament bħala kandidat tal-Partit Laburista mit-tieni distrett. Huwa kien elett mill-ġdid bħala membru parlamentari fl- elezzjonijiet tal-1950, 1951, 1953, 1955, 1962, 1966 u 1971.

Minn Diċembru 1955 sa April 1958 serva bħala Speaker tal-Parlament għall-ewwel darba.

F'Settembru 1976 inħatar Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti għat-tieni darba. F'din l-okkazzjoni ħa l-ħatra wara Emmanuel Attard Bezzina. F'Jannar 1978 Kalcidon Agius inħatar bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti minfloku.[1][2]

Triq Nestu Laiviera fil-Birgu hija msemmija għalih.

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Political Leaders: Malta". archive.ph. 2012-09-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-09-14. Miġbur 2024-08-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ Maltese Ministries, etc.