Joe Borg
Joseph "Joe" Borg (twieled 19 ta' Marzu 1952) huwa politiku u diplomatiku Malti. Huwa serva bħala l-Kummissarju Ewropew għas-Sajd u Affarijiet Marittimi mill-2004 sal-2010.[1] Qabel dan, huwa kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, fejn mexxa n-negozjati għall-adeżjoni ta’ Malti fl-Unjoni Ewropea.
Joe Borg | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
22 Novembru 2004 - 9 Frar 2010 ← Franz Fischler (mul) - Maria Damanaki (en) →
1 Mejju 2004 - 11 Novembru 2004
1 Mejju 2004 - 21 Novembru 2004 ← Poul Nielson (mul) - Louis Michel (mul) →
24 Marzu 1999 - 23 Marzu 2004 ← Guido de Marco - John Dalli →
| |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Valletta, 19 Marzu 1952 (72 sena) | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||
Alma mater | Aberystwyth University (en) | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni |
politiku għalliem fl-università | ||||||||||
Premjijiet |
Karriera
immodifikaBorg iggradwa b’Dottorat tal-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-1975 u b’Maġisteru tal-Liġi f’Wales fl-1988.[2]
Borg laħaq diversi posti akkademiċi fl-Università ta’ Malta mill-1979 ‘il quddiem, fejn iffoka prinċiparjament fuq id-Dritt Soċjetarju, il-Liġi Industrijali u l-Liġi Ewropea. Barra minn hekk laħaq ukoll diversi posti bħala konsulent legali għal xi kumpaniji u korporazzjonijiet kemm f’Malta u f’pajjiżi oħrajn.
Huwa beda l-karriera politika tiegħu bħala konsulent għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin bejn l-1989 sal-1995 dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Matul dan l-istess żmien serva wkoll bħala membru fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Fl-1995 nħatar fil-Parlament Malti bħala membru tal-Partit Nazzjonalista. Aktar tard bejn l-1998 u l-1999 huwa serva bħala Segretarju tal-Parlament fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u sussegwentament ingħata l-kariga tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin fl-1999. Borg żamm dan il-post sa n-nominazzjoni tiegħu bħala l-Kummissarju Ewropew tas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi fl-2004 wara t-tisħib ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea.
Kummissarju tas-Sajd
immodifikaBħala Kummissarju Ewropew, Borg kellu responsabbiltà quddimija fit-tħaddin tal-Politika Marittima Integrata. Bil-mira li tinkiseb is-sostenibbiltà f’dan il-qasam, ir-responsabbiltà ikkonsistiet ukoll f’miżuri innovattivi fis-sajd, partikolarment permezz l-involviment ta’ partijiet interessati (stakeholders) u l-ġlieda kontra attivitajiet illegali tas-sajd. Borg qala’ kontroversja fost gruppi ambjentali permezz tal-oppożizzjoni qawwija tiegħu fuq il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tonn tal-ġeneru Thunnus. Il-pożizzjoni tiegħu ġiet marbuta mal-fatt li l-industrija taqla' madwar €100 miljun ewro fis-sena għal Malta[3]. Ftit żmien wara tmiem il-kariga tiegħu bħala l-Kummissarju tas-Sajd fl-2010, huwa nħatar bħala ċ-chairman tal-Akkademja Meditteranja ta’ Studji Diplomatiċi u ssokta l-letturi tiegħu fl-Università ta' Malta.[4]
Familja
immodifikaJoe Borg huwa miżżewweġ lil Isabelle Borg. Il-koppja għandha żewġt itfal, Joseph u Clara.[5]
Dottorati Onorarji
immodifikaBorg ġie ppremjat dottorat onorarju mill-Università ta’ Essex f’Lulju tal-2003.[6]
Publikazzjonijiet
immodifikaBorg kien l-awtur tal-Att tal-Kumpaniji ta’ Malt fl-1995.[4]
Referenzi
immodifika- ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20040314/opinion/joe-borg-the-first-maltese-eu-commissioner.127680
- ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20101223/local/new-appointment-for-joe-borg.342379
- ^ www.nature.com/news/2010/100122/full/news.2010.27.html
- ^ a b https://books.google.com.mt/books?id=MGwtDwAAQBAJ&pg=PA127&lpg=PA127&dq=1995:+author+of+the+Malta+Companies+Act+joeseph+borg&source=bl&ots=z9q5MvOljp&sig=ACfU3U1E4-zXHQLtMZfzw7-iymLJSicuTQ&hl=mt&sa=X&ved=2ahUKEwibjJml86LiAhXJxqQKHdDtD3IQ6AEwCHoECAkQAQ#v=onepage&q=1995:%20author%20of%20the%20Malta%20Companies%20Act%20joeseph%20borg&f=false
- ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20101223/local/new-appointment-for-joe-borg.342379
- ^ https://www1.essex.ac.uk/honorary_graduates/