John Dalli
John Dalli (Ħal Qormi, 5 ta’ Ottubru 1948) kien Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għas-Saħħa bejn l-2010 u l-2012. Kien Ministru fi Gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista bejn l-1990 u l-2010, minbarra bejn l-2004 u l-2008. Hu okkupa diversi karigi għolja fl-amministrazzjoni finanzjarja fil-management f’Malta u Brussel.
John Dalli | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2010 - 2012 - Maroš Šefčovič (en) →
23 Marzu 2004 - 3 Lulju 2004 ← Joe Borg - Michael Frendo →
8 Settembru 1998 - 23 Marzu 2004 ← Leo Brincat (en) - Lawrence Gonzi →
27 Frar 1992 - 28 Ottubru 1996 ← George Bonello Dupuis (en) - Lino Spiteri →
1987 - 2010 | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Valletta, 5 Ottubru 1948 (75 sena) | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||
Alma mater | Benjamin N. Cardozo School of Law (en) | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni | politiku |
Politika
immodifikaĠie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-1987 u kien maħtur Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Industrija.
F’Mejju 1990 hu inħatar Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi. Fl-1994 kien responsabbli mid-dħul tal-VAT f'Malta. U anke fl-1998 wara l-Gvern Laburista ta' Alfred Sant kien neħħieha. Ħadem ukoll biex fetaħ l-ewwel Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.
Bħala Ministru, f’leġislaturi differenti, hu kien responsabbli ta’ diversi oqsma oħra fosthom il-Finanzi, l-Industrija, l-Ekonomija u l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment.
Fi Frar 2004, huwa kkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Huwa ġab 219-il vot li jammontaw għal 25% tal-Kunsilliera tal-Partit. Min-naħa tiegħu Lawrence Gonzi kiseb 508 voti (59%) waqt li Louis Galea kiseb 133 vot (15%).
F'Lulju 2004 irriżenja minn Ministru l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment wara biss tliet xhur għax kien akkużat b'korruzzjoni, akkużi li wara kollha waqgħu fil-qorti. Huwa għamel 4 snin bħala backbencher, kritiku għall-Partit tiegħu.
Wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008, John Dalli inħatar Ministru tal-Politika Soċjali responsabbli wkoll mis-saħħa, mill-anzjani, mit-taħriġ u l-impjiegi, mir-relazzjonijiet industrijali u mid-djar.
Fid-9 ta' Frar 2010 huwa nħatar Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għas-Saħħa.
Nhar is-16 ta' Ottubru 2012 kien imġiegħel jirriżenja mill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso wara li kien implikat f'każ ta' korruzzjoni minn kumpanija tat-tabakk. Fl-24 ta' Diċembru 2012 Dalli fetaħ kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra Barroso.
Fl-14 ta' Ġunju 2013, wara l-elezzjoni ġenerali mirbuħa mill-Partit Laburista, John Dalli kellu laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat u ftit wara sar Konsulent għall-Isptar Mater Dei.
Ħajja Personali
immodifikaHu miżżewweġ lil Josette nee’ Callus u għandhom żewġt ulied.