Michael Frendo
Michael Frendo (twieled fid-29 ta' Lulju 1955) huwa eks-politiku, avukat u konsulent Malti li serva bħala President tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta bejn l-2010 u l-2013 u ministru bejn l-1990 u l-1996, u l-2004 u l-2008.
Michael Frendo | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
29 April 2010 - 6 April 2013 ← Louis Galea - Anġlu Farrugia →
3 Lulju 2004 - 12 Marzu 2008 ← John Dalli - Tonio Borg →
1 Ottubru 1987 - 4 Mejju 1992
| |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | 29 Lulju 1955 (69 sena) | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||
Alma mater | University of Exeter (en) | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat | ||||||||||
Premjijiet | |||||||||||
Sħubija | Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Studji
immodifikaFl-1977 iggradwa avukat mill-Università ta' Malta u kompla bl-istudji tiegħu fil-Liġi Ewropea fl-Università ta’ Exeter (1978-79).
Politika
immodifikaKien Direttur tal-Istampa u l-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Malti u Direttur Editorjali tal-Istamperija Indipendenza tal-istess partit (1981-1985).
Huwa kien elett fil-Parlament Malti fl-1987 fejn serva għall-perijodu ta’ 26 sena sal-2013. Matul dan il-perjodu,huwa kellu diversi karigi parlamentari, fosthom, Viëi-President tal-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn il-Parlament Malti u dak Ewropew, Ċermen tad-Delegazzjoni Parlamentari Maltija għall-Parlament Ewropew, membru tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta. Fl-2002 u 2003, huwa serva bħala membru tal-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Futur tal-Ewropa bħala rappreżentant tal-Parlament ta’ Malta.
Huwa serva wkoll bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Protezzjoni tal-Konsumatur (1990-1992), Ministru għaż-żgħażagħ u l-Arti (1992-1994), Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloāija (1994-1996) fejn fl-1995 kien ukoll President tal-Eurocontrol, u Ministru għall-Affarijiet Barranin (2004-2008).
Minn April 2010 sa April 2013, huwa serva bħala l-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.