Ivan "Ivica" Bek jew Yvan Beck (bis-Serb: Иван Бек; twieled fid-29 ta' Ottubru 1909 – miet fit-2 ta' Ġunju 1963) kien plejer tal-futbol Jugożlav-Franċiż.

Ivan Bek

Ivan Bek fl-1928
Informazzjoni personali
Twelid29 ta' Ottubru 1909(1909-10-29)
BelgradSerbja
Mewt2 ta' Ġunju 1963 (53 sena)
Sète
Tul1.96 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1925–1928BSK Beograd
1928Mačva Šabac
1928–1931Sète
1931–1932Urania Genève Sport
1932–1935Sète
1935–1939Saint-Étienne
1940–1943Nîmes Olympique
Tim nazzjonali
1927–1931Renju tal-Jugożlavja
1935–1937Franza

Bijografija immodifika

Bek twieled f'Čubura, fis-subborg tal-kapitali Serba ta' Belgrad, minn missier Ġermaniż u omm Ċeka. Ta' sittax-il sena beda jilgħab ma' BSK Beograd fejn skorja 51 gowl f'50 logħba. Fl-1928, Bek ingħaqad ma' Mačva u ftit wara ssieħeb mat-tim Franċiż ta' Sète. Fl-ewwel staġun tiegħu wasal sal-finali tat-tazza, però tilfu 2–0 kontra Montpellier. Fis-sena ta' wara, Sète għal darb'oħra laħqu l-finali u din id-darba għelbu 3–1 lil RC France b'Bek jiskorja żewġ gowls fil-ħin miżjud. Wara li mar ma' Urania Genève Sport, erba' snin wara ma' Sète, Bek ifforma parti mill-ewwel tim li għamel id-Doppjetta tat-trofej fi Franza.

Fuq livell internazzjonali, Bek għen lill-Jugożlavja jikklassifikaw fit-tielet post tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Mal-Jugożlavja lagħab it-Tazza tad-Dinja tal-1930 u spiċċa bi tliet gowls. Aktar tard, eżattament fl-1933, Bek kiseb iċ-ċittadinanza Franċiża u fi Frar tal-1935 ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim Franċiż fil-logħba kontra l-Italja.[1]

Hu miet f'Ġunju tal-1963 kawża ta' attakk tal-qalb u ġie midfun fiċ-ċimiterju ta' Le Py f'Sète fil-15 ta' Ġunju 1963.

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Sète

Referenzi immodifika

  1. ^ "Match - Italie - France" (bil-Franċiż). FFF.

Ħoloq esterni immodifika