Hideki Shirakawa

xjenzat Ġappuniż

Hideki Shirakawa (bil-Ġappuniż: 白川 英樹, Shirakawa Hideki, twieled fl-20 ta' Awwissu 1936) huwa kimiku, inġinier u Professur Emeritu Ġappuniż tal-Università ta' Tsukuba, il-Ġappun, u tal-Università ta' Zhejiang, iċ-Ċina. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta li għamel tal-polimeri konduttivi. Huwa ngħata l-Premju Nobel għall-Kimika b'mod konġunt flimkien ma' Alan MacDiarmid u Alan Heeger.

Hideki Shirakawa
Ħajja
Twelid Tokjo, 20 Awwissu 1936 (87 sena)
Nazzjonalità Ġappun
Residenza Tokyo Prefecture (en) Translate
Takayama (en) Translate
Manchukuo (en) Translate
Taiwan under Japanese rule (en) Translate
L-ewwel lingwa Ġappuniż
Familja
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater Tokyo Institute of Technology (en) Translate
Università ta' Pennsylvania
Direttur tat-teżi Shū Kanbara (en) Translate
Lingwi Ġappuniż
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kimiku
inġinier
professur
akkademiku
Impjegaturi University of Tsukuba (en) Translate
Premjijiet
Influwenzat minn Alan MacDiarmid (en) Translate
Sħubija Akkademja tal-Ġappun

Ħajja bikrija u edukazzjoni immodifika

Hideki Shirakawa twieled f'Tokjo, il-Ġappun, u kien it-tieni iben ta' tabib militari. Huwa kellu ħuh ikbar minnu u ieħor iżgħar minnu, u oħtu.[1] Iċ-ċampjin Olimpiku tal-maratoni Naoko Takahashi hija s-sekondokuġina tiegħu.[2] Huwa għex f'Manchukuo u f'Taiwan fi tfulitu. Għall-ħabta tat-tielet sena tal-iskola primarja, huwa ttrasferixxa ruħu lejn Takayama, Gifu, li huwa raħal twelid ommu.

Shirakawa ggradwa mill-Istitut tat-Teknoloġija ta' Tokjo (Tokyo Tech) b'baċellerat fl-inġinerija kimika fl-1961, u għamel id-dottorat tiegħu fl-1966. Imbagħad, huwa kiseb il-kariga ta' assistent fil-Laboratorju tar-Riżorsi Kimiċi f'Tokyo Tech.

Karriera immodifika

 
Hideki Shirakawa u Yoshiro Mori fir-Residenza Uffiċjali tal-Prim Ministru fit-18 ta' Ottubru 2000.

Meta kien impjegat bħala assistent fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' Tokjo (Tokyo Tech) fil-Ġappun, Shirakawa żviluppa l-poliaċetilen, li għandu dehra metallika. Dan ir-riżultat interessa lil Alan MacDiarmid meta MacDiarmid żar lil Tokyo Tech fl-1975.

Fl-1976, huwa ġie mistieden jaħdem fil-laboratorju ta' Alan MacDiarmid bħala membru postdottorali fl-Università ta' Pennsylvania, l-Istati Uniti. Flimkien huma żviluppaw il-konduttività elettrika tal-poliaċetilen flimkien mal-fiżiku Amerikan Alan Heeger.[3][4]

Fl-1977 skoprew li d-doping bil-fwar tal-jodju seta' jtejjeb il-konduttività tal-poliaċetilen. It-tliet xjenzati ngħataw il-Premju Nobel għall-Kimika fis-sena 2000 bħala rikonoxximent għall-iskoperta tagħhom. Fir-rigward tal-mekkaniżmu tal-konduttività elettrika, huwa maħsub li l-eċċitamenti nonlineari fil-forma ta' solitoni għandhom rwol importanti.

Fl-1979, Shirakawa sar assistent professur fl-Università ta' Tsukuba; tliet snin wara, avvanza għal professur. Fl-1991 inħatar bħala l-Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza u l-Inġinerija tal-Università ta' Tsukuba (sa Marzu 1993), u bħala l-Kap tal-Grupp tal-Kategorija 3 ta' Tsukuba (sa Marzu 1997).

Premju Nobel immodifika

 
L-Imperatur Akihito kkonferixxa l-Ordni tal-Kultura lil Shirakawa fil-Palazz Imperjali fit-3 ta' Novembru 2000.

Shirakawa ngħata l-Premju Nobel għall-Kimika fis-sena 2000 flimkien mal-professur tal-fiżika Alan J. Heeger u mal-professur tal-kimika Alan G. MacDiarmid tal-Università ta' Pennsylvania, "għall-iskoperta u għall-iżvilupp tal-polimeri konduttivi".[5] Huwa sar ukoll l-ewwel rebbieħ Ġappuniż tal-Premju Nobel li ma ggradwax minn waħda mis-seba' universitajiet nazzjonali u t-tieni rebbieħ Ġappuniż tal-Premju Nobel għall-Kimika.

Matul is-snin, Shirakawa stqarr li ma jridx il-Premju Nobel sabiex ma jingħatax trattament daqstant speċjali mill-mezzi tax-xandir tal-massa (speċjalment il-mezzi tax-xandir Ġappuniżi). Huwa jittama li bosta oqsma vitali li mhumiex parti mill-kategoriji tal-Premju Nobel isiru magħrufa iktar ukoll.[6]

Rikonoxximenti immodifika

  • 1983 – il-Premju tas-Soċjetà tax-Xjenza tal-Polimeri, il-Ġappun
  • 2000 – il-Premju SPSJ għal Kisba Straordinarja fix-Xjenza tal-Polimeri u t-Teknoloġija
  • 2000 – il-Premju Nobel għall-Kimika
  • 2000 – l-Ordni tal-Kultura u r-rikonoxximent bħala Persuna ta' Mertu Kulturali
  • 2000 – Professur Emeritu tal-Università ta' Tsukuba
  • 2001 – il-Premju Speċjali tas-Soċjetà Kimika tal-Ġappun
  • 2001 – Membru tal-Akkademja tal-Ġappun[7]
  • 2006 – Professur Emeritu tal-Università ta' Zhejiang, iċ-Ċina.

Qrabat immodifika

Wieħed mill-qrabat tiegħu, Hitomi Yoshizawa, huwa membru tal-grupp tal-kant Morning Musume Morning Girls. Huwa jiġu wkoll minn Naoko Takahashi, ir-rebbieħa tal-medalja tad-deheb tal-maratoni tan-nisa tal-Logħob Olimpiku tas-Sajf tas-sena 2000.

Kwistjonijiet pubbliċi immodifika

Fis-6 ta' Diċembru 2013, il-Kamra tal-Kunsilliera tal-Ġappun approvat l-abbozz dwar il-Liġi tas-Segretezza tal-Istat. Shirakawa u r-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika Toshihide Maskawa ħarġu stqarrija fejn qalu li l-liġi:

"thedded il-prinċipji paċifisti u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem stabbilit fil-kostituzzjoni u għandha tiġi rrifjutata minnufih... Anke fi żminijiet diffiċli, il-protezzjoni tal-libertà tal-istampa, tal-ħsieb u tal-espressjoni, u tar-riċerka akkademika hija indispensabbli".[8]

Referenzi immodifika

  1. ^ Shirakawa, Hideki; 白川英樹 (2001). Kagaku ni miserarete. Iwanami Shoten. p. 156. ISBN 4-00-430709-0.
  2. ^ "Chubu Honsha-ban". Asahi Shimbun. 2000-10-12. p. 20.
  3. ^ Shirakawa, Hideki; Louis, Edwin J.; MacDiarmid, Alan G.; Chiang, Chwan K.; Heeger, Alan J. (1977). "Synthesis of electrically conducting organic polymers: Halogen derivatives of polyacetylene, (CH) x". Journal of the Chemical Society, Chemical Communications (16): 578.
  4. ^ "The Nobel Prize in Chemistry 2000". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  5. ^ "The Nobel Prize in Chemistry 2000". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  6. ^ Thomas, Ben (2013-05-10). "Article expired". The Japan Times (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  7. ^ "会員情報 - 白川英樹|日本学士院". www.japan-acad.go.jp. Miġbur 2022-08-20.
  8. ^ "Updated: Over Scientists' Objections, Japan Adopts State Secrets Law". www.science.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.