Henri Fantin-Latour

pittur u litografu Franċiż (1836-1904)

Henri Fantin-Latour (twieled fl-14 ta' Jannar 1836 – miet fil-25 ta' Awwissu 1904)[1] kien pittur u litografu Franċiż magħruf l-iktar għall-pitturi tal-fjuri u għar-ritratt fi gruppi ta' artisti u ta' kittieba Pariġini.[2]

Henri Fantin-Latour
Ħajja
Isem propju Ignace-Henri-Jean-Théodore Fantin-Latour
Twelid Grenoble, 14 Jannar 1836, 25 Jannar 1836, 1836
Nazzjonalità Franza
Mewt Buré (en) Translate, 25 Awwissu 1904
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Montparnasse
Kawża tal-mewt  (Lyme disease (en) Translate)
Familja
Missier Théodore Fantin-Latour
Konjuga/i Victoria Dubourg (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Beaux-Arts de Paris
École nationale supérieure des arts décoratifs (en) Translate
Lingwi Franċiż
Għalliema Louis-Alexandre Péron (en) Translate
Théodore Fantin-Latour (en) Translate
Horace Lecoq de Boisbaudran (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
illustratur botaniku
litografu
artist grafiku
tipografu
artist viżiv
Post tax-xogħol Pariġi
Londra
Xogħlijiet importanti The Reading (en) Translate
A Studio at Les Batignolles (en) Translate
Un coin de table (en) Translate
Influwenzat minn Rembrandt
Paolo Veronese (mul) Translate
Sħubija Groupe des Batignolles (en) Translate
Société du Jing-lar (en) Translate
Moviment Realiżmu
Simboliżmu
Impressjoniżmu
Psewdonomu Fantin-Latour, Ignace Henri Jean Theodore
Moviment artistiku natura mejta
pittura tal-fjuri
pittura storika
pittura mitoloġika
pittura ritratt

Bijografija

immodifika

Huwa twieled bħala Ignace Henri Jean Théodore Fantin-Latour f'Grenoble, Isère. Bħala żagħżugħ, huwa ngħata lezzjonijiet tat-tpinġija mingħand missieru li kien artist.[3] Fl-1850 beda jattendi l-Ecole de Dessin, fejn studja ma' Lecoq de Boisbaudran. Wara li studja fl-École des Beaux-Arts f'Pariġi mill-1854, huwa qatta' ħafna mill-ħin tiegħu jikkopja x-xogħlijiet tal-pitturi l-kbar antiki fil-Mużew ta' Louvre. Għalkemm Fantin-Latour għen lil diversi artisti żagħżagħ li mbagħad saru assoċjati mal-Impressjoniżmu, inkluż Whistler u Manet, ix-xogħol ta' Fantin baqa' bi stil konservattiv.

Whistler ġibed l-attenzjoni fuq ix-xogħol ta' Fantin fl-Ingilterra, fejn il-pitturi tiegħu tan-natura mejta tant inħatfu li saħansitra "prattikament lanqas kien hemm traċċi tagħhom fi Franza matul ħajtu". Minbarra l-pitturi realistiċi tiegħu, Fantin-Latour ħoloq litografiji immaġinattivi ispirati mill-mużika ta' wħud mill-kompożituri klassiċi l-kbar. Fl-1876, Fantin-Latour attenda spettaklu taċ-ċiklu ta' Ring f'Bayreuth, il-Ġermanja, li ħass li tassew misslu qalbu. Iktar 'il quddiem huwa ppubblika litografiji ispirati minn Richard Wagner f'La revue wagnérienne, li komplew jissodaw ir-reputazzjoni tiegħu fost l-avant-guarde ta' Pariġi bħala pittur antinaturalista.[4]

Fl-1875, Henri Fantin-Latour iżżewweġ lill-pittriċi Victoria Dubourg, u mbagħad qatta' s-sjuf tiegħu fil-proprjetà tal-villeġġatura tal-familja ta' martu f'Buré, Orne fil-parti t'isfel tan-Normandija, fejn miet fil-25 ta' Awwissu 1904.

Huwa ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta' Montparnasse, Pariġi, Franza.

Marcel Proust isemmi x-xogħol ta' Fantin-Latour f'In Search of Lost Time:

"Bosta idejn ta' tfajliet żgħażagħ ma jkunx kapaċi jagħmlu dak li qed nara jien hemmhekk", qal il-Prinċep, hu u jipponta lejn il-pitturi mhux kompluti bl-akkwarelli tas-Sinjura de Villeparisis. U staqsiha jekk kinitx rat il-pittura tal-fjuri ta' Fantin-Latour li kienet għadha kemm tpoġġiet għall-wiri. (The Guermantes Way)

L-ewwel wirja ewlenija f'gallerija tar-Renju Unit f'40 sena saret fil-Mużew ta' Bowes f'April 2011. Il-Musée du Luxembourg ippreżenta wirja retrospettiva tax-xogħol tiegħu fl-2016-2017 intitolata "À fleur de peau".

Il-pittura Bukkett Ward intużat għall-album ta' New Order Power, Corruption & Lies ta' Peter Saville fl-1983.

Kollezzjonijiet pubbliċi bix-xogħlijiet ta' Fantin-Latour

immodifika
  • Il-Gallerija tal-Arti ta' Aberdeen, l-Iskozja
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Armand Hammer, California, l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija tal-Arti ta' New South Wales, Sydney, l-Awstralja
  • Il-Gallerija tal-Arti tal-Università ta' Rochester, il-Belt ta' New York, l-Istati Uniti
  • L-Istitut tal-Arti ta' Chicago, l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija ta' Arthur Ross, l-Università ta' Pennsylvania, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew ta' Ashmolean, l-Università ta' Oxford, ir-Renju Unit
  • Il-Mużewijiet u l-Gallerija tal-Arti ta' Birmingham, ir-Renju Unit
  • Il-Mużew ta' Bowes, il-Kontea ta' Durham, ir-Renju Unit
  • Il-British Museum, Londra, ir-Renju Unit[5]
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Carnegie, Pittsburgh, Pennsylvania, l-Istati Uniti
  • L-Istitut tal-Arti ta' Clark, Williamstown, Massachusetts, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Cleveland, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Dallas, l-Istati Uniti
  • L-Istitut tal-Arti ta' Detroit, l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija u l-Ġonna ta' Dixon, Tennessee, l-Istati Uniti
  • Il-Mużewijiet tal-Belle Arti ta' San Francisco, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew ta' Fitzwilliam, l-Università ta' Cambridge, ir-Renju Unit
  • Il-Mużew tal-Fondazzjoni Bemberg, Toulouse, Franza
  • Il-Fondazzjoni E.G. Bührle, Zürich, l-Iżvizzera
  • Il-Mużew ta' Hammer, Los Angeles, l-Istati Uniti
  • Il-Mużewijiet tal-Arti tal-Università ta' Harvard, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew tal-Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Honolulu, Hawaii, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew tal-Arti tal-Università ta' Indiana, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew ta' J. Paul Getty, Los Angeles, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew ta' Kröller-Müller, Otterlo, in-Netherlands
  • Il-Gallerija tal-Arti ta' Lady Lever, Bebington, ir-Renju Unit
  • La Piscine, Roubaix, Franza
  • Il-Mużew tal-Arti tal-Kontea ta' Los Angeles, l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija tal-Arti ta' MacKenzie, Regina, Saskatchewan, il-Kanada
  • Il-Mużew tal-Arti tal-Belt ta' Manchester, ir-Renju Unit
  • Il-Mużew tal-Arti Metropolitana (MoMA), il-Belt ta' New York, l-Istati Uniti[6]
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Montreal, il-Kanada
  • Il-Mużew ta' Grenoble, Franza
  • Il-Mużew tal-Arti Moderna, Pariġi, Franza
  • Il-Mużew ta' Picardie, Amiens, Franza
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Bordeaux, Franza
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Lyon, Franza
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Pau, Franza
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Reims, Franza
  • Il-Mużew ta' Geelvinck, Amsterdam, in-Netherlands
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Rouen, Franza
  • Il-Mużew ta' Orsay, Pariġi, Franza
  • Il-Mużew ta' Louvre, Pariġi, Franza
  • Il-Mużew tal-Ursolini, Mâcon, Franza
  • Il-Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti ta' Buenos Aires, l-Arġentina
  • Il-Mużew ta' Calouste Gulbenkian, Liżbona, il-Portugall
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Boston, l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija Nazzjonali ta' Washington D.C., l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija Nazzjonali tal-Kanada, Ottawa, il-Kanada
  • Il-Gallerija Nazzjonali ta' Londra, ir-Renju Unit
  • Il-Mużew Nazzjonali ta' Wales, Cardiff, ir-Renju Unit[7]
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Nelson-Atkins, il-Belt ta' Kansas, Missouri, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew ta' Norton Simon, Pasadena, California, l-Istati Uniti[8]
  • Iċ-Ċentru tal-Arti tal-Ħabs l-Antik, Albany, Texas, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Philadelphia, l-Istati Uniti
  • Ir-Rijksmuseum, Amsterdam, in-Netherlands
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Saint Louis, l-Istati Uniti[9]
  • Il-Mużew tal-Arti ta' San Diego, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Smart, l-Università ta' Chicago, l-Istati Uniti
  • Tate Gallery, Londra, ir-Renju Unit
  • Il-Mużew ta' Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja[10]
  • Il-Mużew tal-Arti ta' Toledo, Ohio, l-Istati Uniti
  • Il-Kollezzjonijiet tal-Università ta' Liège, il-Belġju
  • Il-Mużew tal-Arti tal-Università ta' Michigan, l-Istati Uniti
  • Il-Mużew ta' Van Gogh, Amsterdam, in-Netherlands
  • Victoria and Albert Museum, Londra, ir-Renju Unit
  • Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Virginia, l-Istati Uniti
  • L-Atenew ta' Wadsworth, Hartford, l-Istati Uniti
  • Il-Gallerija tal-Arti ta' Winnipeg, l-Istati Uniti

Biblijografija

immodifika
  • Gibson, Frank F., The art of Henri Fantin-Latour, his life and work, London, Drane's ltd., 1924.
  • Lucie-Smith, Edward, Henri Fantin-Latour, New York, Rizzoli, 1977.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Henri Fantin-Latour | French painter | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  2. ^ Rosenblum, Robert, Paintings in the Musée d'Orsay, New York: Stewart, Tabori & Chang, 1989. ISBN 978-1-55670-099-6. p. 162.
  3. ^ Poulet, Anne L., & Murphy, A. R., Corot to Braque: French Paintings from the Museum of Fine Arts, Boston, Boston: The Museum, 1979. ISBN 978-0-87846-134-9. p. 73.
  4. ^ Sloan, Rachel (2009). "The Condition of printmaking: Wagnerism and printmaking in France and Britain". Art History. 32 (3): 545–577.
  5. ^ "drawing | British Museum". The British Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  6. ^ "Henri Fantin-Latour | MoMA". The Museum of Modern Art (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  7. ^ "Larkspurs | Art Collections Online". Museum Wales (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  8. ^ "About the Collection". Norton Simon Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  9. ^ "Asters in a Vase". Saint Louis Art Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.
  10. ^ "Fantin-Latour, Henri". Museo Nacional Thyssen-Bornemisza (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-25.