Giovanni Paisiello
Giovanni Paisiello (jew Paesiello; twieled fid-9 ta’ Mejju 1740 – miet fil-5 ta’ Ġunju 1816) kien kompożitur Taljan tal-era klassika, u kien l-iktar kompożitur popolari tal-opri tal-aħħar tas-seklu 18. L-istil tal-opri tiegħi influwenza lil Mozart u lil Rossini, u l-mużika tiegħu ġiet imħaddna minn Haydn u minn Beethoven.[1]
Giovanni Paisiello | |||
---|---|---|---|
1776 - 1785 | |||
Ħajja | |||
Isem propju | Giovanni Gregorio Cataldo Paisiello | ||
Twelid | Roccaforzata (en) u Taranto, 9 Mejju 1740 | ||
Nazzjonalità | Renju ta’ Napli | ||
Mewt | Napli, 5 Ġunju 1816 | ||
Familja | |||
Konjuga/i | Cecilia Pallini (en) | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Taljan | ||
Għalliema |
Francesco Durante Joseph Doll (en) Carlo Cotumacci (en) Girolamo Abos | ||
Studenti |
uri | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | kompożitur | ||
Xogħlijiet importanti | Nina (en) | ||
Moviment artistiku | opra |
Ħajja
immodifikaPaisiello twieled f’Taranto fir-reġjun tal-Puglia u ġie mgħallem mill-Ġiżwiti hemmhekk. Sar magħruf għall-vuċi tiegħu fil-kant u fl-1754 intbagħat fil-Konservatorju ta’ San Onofriju f’Napli, fejn studja mal-għalliem tiegħu Francesco Durante, u eventwalment sar assistent maestro. Għat-teatru tal-Konservatorju, li huwa telaq fl-1763, kiteb xi intermezzi, u wieħed minnhom tant ġibed l-attenzjoni tan-nies li ġie mistieden jikteb żewġ opri, La Pupilla u Il Mondo al Rovescio, għal Bologna, u opra oħra, Il Marchese di Tidipano, għal Ruma.[2]
Għal xi snin għex f’Napli, fejn ir-reputazzjoni tiegħu saret stabbilita ferm. Minkejja l-popolarità ta’ Niccolò Piccinni, Domenico Cimarosa u Pietro Guglielmi, li kienu rivali tiegħu u li kien jgħir ħafna għas-suċċessi tagħhom, huwa pproduċa sensiela ta’ opri li kellhom suċċess kbir. Waħda minnhom, L'ldolo cinese, kellha impatt qawwi fuq il-pubbliku Naplitan. Mozart, meta kien żgħir, iltaqa’ miegħu f’Bologna fl-1771.[3]
Fl-1772, Paisiello beda jikteb il-mużika tal-knisja, u kkompona requiem għal Gennara di Borbone tad-dinastija renjanti. Fl-istess sena żżewweġ lil Cecilia Pallini, u fiż-żwieġ kollox kien ward u żahar. Fl-1776, Paisiello ġie mistieden f’San Pietruburgu mill-Imperatriċi Katerina l-Kbira tar-Russja, u baqa’ jgħix hemm għal tmien snin, fejn ipproduċa, fost ix-xogħlijiet tiegħu, il-kapulavur tiegħu, Il barbiere di Siviglia, li f’qasir żmien saret popolari fl-Ewropa kollha. Id-destin ta’ din l-opra tirrappreżenta epoka fl-istorja tal-arti Taljana; dan għaliex magħha ntemm żmien is-soffistikatezza ġentili tal-maestri tas-seklu 18 biex iħalli spazju għall-brillantezza kbira tal-perjodu ta’ wara.[4]
Meta, fl-1816, Gioachino Rossini fassal verżjoni mużikali riveduta tal-librett, bit-titlu ta’ Almaviva ossia la inutil precauzione, is-segwaċi ta’ Paisiello rribellaw. L-opra ta’ Rossini, issa magħrufa bħala Il barbiere di Siviglia, issa hija rikonoxxuta bħala l-aqwa xogħol ta’ Rossini, filwaqt li l-opra ta’ Paisiello ma tantx tiġi prodotta spiss wisq — donnha xi episodju stramb ta’ vendetta poetika tad-destin, peress li Paisiello nnifsu ħafna snin qabel kien għamel l-almu tiegħu biex jisboq il-fama ta’ Giovanni Battista Pergolesi billi jfassal mill-ġdid il-librett tal-intermezz famuż tiegħu, La serva padrona.[5]
Paisiello telaq mir-Russja fl-1784, u, wara li pproduċa Il Re Teodoro fi Vjenna, l-Awstrija, beda jaħdem għal Ferdinandu IV ta’ Napli, fejn ikkompona ħafna mill-aqwa opri tiegħu, fosthom Nina u La Molinara. It-tenur Ingliż Michael Kelly kien preżenti għal laqgħa oħra bejn Paisiello u Mozart. Wara bosta intriċċi, li rriżultaw mill-bidliet politiċi u dinastiċi ta’ dak iż-żmien, Paisiello ġie mistieden f’Pariġi (1802) minn Napuljun Bonaparte, li ħames snin qabel kien baqa’ impressjonat minn marċ kompost minnu għall-funeral tal-Ġeneral Hoche. Napuljun ittrattah fuq wiċċ l-idejn, filwaqt li injora sew lil żewġ kompożituri iktar famużi, Luigi Cherubini u Étienne Méhul, li huwa jħares lejhom bl-istess mod kif kien iħares lejn Cimarosa, Guglielmi u Piccinni.[6]
Paisiello kkonduċa l-mużika ta’ Napuljun fit-Tuileries b’paga ta’ 10,000 frank u 4,800 frank għall-akkomodazzjoni, iżda xejn ma rnexxielu jikkonċilja l-pubbliku Pariġin, li laqgħet l-opra tiegħu Proserpine b’mod biered, tant li fl-1803, huwa talab u b’mhux ftit diffikultà kiseb il-permess li jirritorna l-Italja, minħabba li martu kienet marida. Meta reġa’ lura f’Napli, Paisiello reġa’ ngħata l-istess karigi li kellu bis-saħħa ta’ Ġużeppi Bonaparte u Joachim Murat, iżda ried wisq minnu nnifsu, u ma rnexxielux jissodisfa t-talbiet għal ideat ġodda. Il-prospetti tiegħu kienu prekarji wkoll. Is-setgħa tal-familja Bonaparte kienet waslet fl-aħħar u l-waqgħa tal-familja kellha effett fuq is-suċċess ta’ Paisiello wkoll. Il-mewt ta’ martu fl-1815 kompliet tefgħetu lura sew. Saħħtu marret lura malajr, u l-għira kostituzzjonali tal-popolarità tal-oħrajn kompliet iżżidlu t-tħassib u tieklu minn ġewwa.[2]
Paisiello kkompona 94 opra, li huma magħrufa għall-melodiji grazzjużi u sbieħ tagħhom. X’aktarx li l-iktar kitba mużikali magħrufa tiegħu hija "Nel cor più non mi sento" minn La Molinara, immortalizzata meta Beethoven ikkompona xi varjazzjonijiet ibbażati fuqha. Kitba vokali famuża oħra hija "Chi vuol la zingarella" minn I zingari in fiesta, li toħloq mużika drammatika għax-xena ta’ tfajla żingara attraenti. Paisiello kiteb ukoll ħafna mużika tal-knisja, fosthom tmien quddisiet; kif ukoll 51 kompożizzjoni strumentali u ħafna kanzunetti individwali. Huwa kkompona wkoll l-Inno al Re, l-innu nazzjonali tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet. Diversi manuskritti ta’ bosta mill-opri tiegħu ġew ippreżentati lil-librerija tal-British Museum mingħand Domenico Dragonetti.[2]
Il-librerija tal-Gerolamini f’Napli għandha kompilazzjoni ta’ manuskritti interessanti bl-opinjonijiet ta’ Paisiello dwar il-kompożituri kontemporanji, u joħorġu fid-dieher lil Paisiello bħala kritiku pjuttost sever, speċjalment fil-konfront tax-xogħol ta’ Pergolesi.[2]
Il-Grove Concise Dictionary of Music jinnota li "Paisiello kien wieħed mill-iktar kompożituri tal-opri ta’ suċċess fi żmienu. Il-biċċa l-kbira tat-80 opra tiegħu huma komiċi u jużaw stil sempliċi, dirett u spirituż, b’karatterizzazzjoni iktar inċiżiva u b’melodiji li influwenzat lil Mozart. L-opri serji tiegħu għandhom inqas mill-konvenzjonalità tal-kitba vokali virtwuża; dawk li għamel ir-Russja huma l-eqreb għall-approċċ ta’ ‘riforma’ ta’ Gluck."[7]
Xogħlijiet
immodifikaOpri
immodifika- R 1.00 La moglie in calzoni (18.2.1764, Modena)
- R 1.01 Il ciarlone (12.5.1764, Bologna) – intilfet
- R 1.02 I francesi brillanti (24.6.1764, Bologna)
- R 1.03 Madama l'umorista, o Gli stravaganti (26.1.1765, Modena) – intilfet
- R 1.04 L'amore in ballo (il-karnival tal-1765, Venezja)
- R 1.05 La mascherata delle nozze di Bacco e d'Arianna (11.2.1765, Modena)
- I bagni d'Abano (ir-rebbiegħa tal-1765, Parma)
- Il negligente (1765, Parma)
- Pulcinella vendicato nel ritorno di marechiaro (1765, Napli, it-Teatru Bellini)
- R 1.05a Le virtuose ridicole (1765, Parma)
- R 1.06 Le nozze disturbate (il-karnival tal-1776, Venezja)
- R 1.07 Le finte contesse (2.1766, Ruma Valle) [Il Marchese di Tulissano?]
- R 1.08 La vedova di bel genio (ir-rebbiegħa tal-1766, Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.09 Le 'mbroglie de le Bajasse (il-karnival tal-1767, Napli) – intilfet
- R 1.09a La serva fatta padrona (is-sajf tal-1769, Napli) - it-tieni verżjoni ta’ Le 'mbroglie de le Bajasse
- R 1.10 L'idolo cinese (ir-rebbiegħa tal-1767, Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.11 Licenza għal L'idolo cinese
- R 1.12 Lucio Papirio dittatore (is-sajf tal-1767, Napli, it-Teatro di San Carlo)
- R 1.13 Il furbo malaccorto (ix-xitwa tal-1767, Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.14 Alceste in Ebuda, ovvero Olimpia (20.1.1768, Napli, it-Teatro di San Carlo)
- R 1.15 Le nozze di Peleo e Tetide (31.5.1768, Napli PR) [Festa teatrale in musica]
- R 1.16 Licenza għal Peleo
- R 1.17 La luna abitata (is-sajf tal-1768, Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.18 La finta maga per vendetta (il-ħarifa? tal-1768, Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.19 L'osteria di Marechiaro (ix-xitwa tal-1768, Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.20 La Claudia vendicata (imwettqa bħala l-att nru III ta’ L'osteria 1770, Napli)
- R 1.21 Don Chisciotte della Mancia (is-sajf tal-1769, Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.22 L'arabo cortese (ix-xitwa tal-1769 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.23 La Zelmira, o sia La marina del Granatello (is-sajf tal-1770 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.24 Le trame per amore (7.10.1770 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.25 Demetrio (ir-Randan tal-1771, Modena)
- R 1.26 Annibale in Torino (16.1.1771 Torino, Teatro Regio di Torino)
- R 1.27 La somiglianza de' nomi (ir-rebbiegħa tal-1771 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.28 and 1.29 I scherzi d'amore e di fortuna (is-sajf tal-1771 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.30 Artaserse (26.12.1771 Modena)
- R 1.31 Semiramide in villa (il-karnival tal-1772 Ruma, Teatro Capranica)
- R 1.32 Motezuma (1.1772 Ruma, Dame)
- R 1.33 La Dardanè (ir-rebbiegħa tal-1772 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.34 Gli amante comici (il-ħarifa tal-1772 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- Don Anchise Campanone (1773 Venezja) [rev. Gli amante comici]
- R 1.35 L'innocente fortunata (il-karnival tal-1773 Venezja)
- R 1.36 Sismano nel Mogol (il-karnival tal-1773 Milan, Teatro Regio Ducale)
- R 1.37 Il tamburo (ir-rebbiegħa tal-1773 Napli, it-Teatru l-Ġdid) [Il tamburo notturno]
- R 1.38 La semplice fortunata (is-sajf tal-1773, Napli)
- R 1.39 Alessandro nell'Indie (26.12.1773 Modena) – framment
- R 1.40 AndRumada (il-karnival tal-1774 Milan, Teatro Regio Ducale)
- R 1.41 Il duello (ir-rebbiegħa tal-1774 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.42 Il credulo deluso (il-ħarifa tal-1774 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.43 La frascatana (il-ħarifa tal-1774 Venezja, San Samuele) [L'infante de Zamora]
- R 1.44 Il divertimento dei numi (4.12.1774 Napli, Reale)
- R 1.45 Demofoonte (il-karnival tal-1775 Venezja, San Benedetto)
- R 1.46 La discordia fortunata (il-karnival tal-1775 Venezja, San Samuele) [L'avaro deluso]
- R 1.47 Le astuzie amorose (ir-rebbiegħa tal-1775 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.48 Socrate immaginario (il-ħarifa tal-1775 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.49 Il gran Cid (3.11.1775 Firenze, Teatro La Pergola)
- R 1.50 Le due contesse (3.1.1776 Ruma, it-Teatro Capranica fil-Palazzo alla Valle)
- R 1.51 La disfatta di Dario (il-karnival tal-1776 Ruma, Teatro Argentina)
- R 1.52 Dal finto il vero (ir-rebbiegħa tal-1776 Napli, it-Teatru l-Ġdid)
- R 1.53 Il finto spettro (26.12.1776, Mannheim)
- R 1.54 Nitteti (28.1.1777 San Pietruburgu)
- R 1.55 Lucinda e Armidoro (il-ħarifa tal-1777 San Pietruburgu)
- R 1.56 Achille in Sciro (6.2.1778 San Pietruburgu)
- R 1.57 Lo sposo burlato (24.7.1778 San Pietruburgu)
- R 1.58 Gli astrologi immaginari (14.2.1779 San Pietruburgu, il-Hermitage) [I filosofi immaginari], [Le philosophe imaginaire]
- R 1.59 Demetrio (13.6.1779, Tsarskoye Selo)
- R 1.60 Il matrimonio inaspettato (1779 Kammenïy Ostrov) [La contadina di spirito]
- R 1.61 La finta amante (5.6.1780 Mogilev) [Camiletta]
- R 1.62 Alcide al bivio (6.12.1780 San Pietruburgu, il-Hermitage)
- R 1.63 La serva padrona (10?.9.1781 Tsarskoye Selo)
- Il duello comico (1782 Tsarskoye Selo) [rev. Il duello]
- R 1.64 Il barbiere di Siviglia, ovvero La precauzione inutile (26.9.1782 San Pietruburgu)
- R 1.65 Il mondo della luna (1782 Kammenïy Ostrov)
- R 1.66 Il re Teodoro in Venezia (23.8.1784 Vjenna, Burg)
- R 1.67 Antigono (12.10.1785 Napli, it-Teatro di San Carlo)
- R 1.68 L'amor ingegnoso, o sia La giovane scaltra (il-karnival tal-1785 Padova)
- R 1.69 La grotta di Trofonio (12.1785 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.70 Olimpiade (20.1.1786 Napli, Teatro di San Carlo)
- R 1.71 Le gare generose (ir-rebbiegħa tal-1786 Napli, Teatro dei Fiorentini) [Gli schiavi per amore; Le bon maître, ou L'esclave par amour]
- R 1.72 Pirro (12.1.1787 Napli, Teatro di S Carlo)
- Il barbiere di Siviglia, ovvero La precauzione inutile [rev] (1787 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.73 Giunone e Lucina (8.9.1787 Napli, Teatro di San Carlo)
- R 1.74 La modista raggiratrice (il-ħarifa tal-1787 Napli, Teatro dei Fiorentini) [La scuffiara amante, o sia Il maestro di scuola napolitano; La scuffiara raggiratrice]
- R 1.75 Fedra (1.1.1788 Napli, Teatro di San Carlo)
- R 1.76 L'amor contrastato (il-karnival tal-1789 Napli, Teatro dei Fiorentini) [L'amor contrastato o sia La molinarella]
- R 1.77 Catone in Utica (5.2.1789 Napli, Teatro di San Carlo)
- R 1.78 Nina, o sia La pazza per amore (25.6.1789 Caserta)
- R 1.79 I zingari in fiera (21.11.1789 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.80 Le vane gelosie (ir-rebbiegħa tal-1790 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.81 Zenobia in Palmira (30.5.1790 Napli, Teatro di San Carlo)
- La molinara (1790 Vienna) [rev. L'amor contrastato]
- Nina, o sia La pazza per amore [rev] (1790 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.82 Ipermestra (6.1791 Padova)
- R 1.83 La locanda (16.6.1791 Londra, il-Pantheon) [La locanda di falcone; Lo stambo in Berlina]
- R 1.84 I giuochi d'Agrigento (16.5.1792 Venezja, Fenice)
- Il fanatico in Berlina (1792 Napli, Teatro dei Fiorentini) [rev. La locanda]
- R 1.85 Il ritorno d'Idomeneo in Creta (il-ħarifa tal-1792 Perugia) – intilfet
- R 1.86 Elfrida (4.11.1792 Napli, Teatro di S Carlo) [Adevolto]
- R 1.87 Elvira (12.1.1794 Napli, Teatro di S Carlo)
- R 1.88 Didone abbandonata (4.11.1794 Napli, Teatro di S Carlo)
- Nina, o sia La pazza per amore [rev 2] (1795 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- Chi la dura la vince (9.6.1797 Milan)
- R 1.89 La Daunia felice (26.6.1797 Foggia, Palazzo Dogana)
- R 1.90 Andromaca (4.11.1797 Napli, Teatro di San Carlo)
- R 1.91 L'inganno felice (1798 Napli, Teatro dei Fiorentini)
- R 1.92 L'isola disabitata (3.7.1799, Lisbon) – intilfet
- R 1.93 La Pace
- R 1.94 Proserpine (28.3.1803 Pariġi, Opéra)
- R 1.95 Elisa (19.3.1807 Napli, Teatro di San Carlo) [+ Mayr]
- R 1.96 I pittagorici (19.3.1808 Napli, Teatro di San Carlo)
Kantati sekolari
immodifika- R 2.01 – L'Ebone (intilfet)
- R 2.02 – La sorpresa delli Dei (intilfet)
- R 2.03 – 2 Notturni
- R 2.04 – La Partenza
- R 2.05 – La Libertà e Palinodia a Nice
- R 2.06 – Il Ritorno di Perseo
- R 2.07 – Amor vendicato
- R 2.08 – Il Genio Poetico Appagato
- R 2.09 – Cantata epitalamica (intilfet)
- R 2.10 – Canone a 4 voci
- R 2.11 – Le nozze di Silvio e Clori
- R 2.12 – La Volontaria
- R 2.13 – Il mio bene, il mio tesoro
- R 2.14 – Cantata għal għeluq snin il-Prinċep Felice ta’ Lucca
- R 2.15 – Tirsi a Fille
- R 2.16 – Fille a Tirsi
- R 2.17 – La Lontananza di Tirsi
- R 2.18 – La scusa
- R 2.19 – Riede omai la nuova aurora
- R 2.20 – 3 Notturni għal 2 soprani
Oratorji, passjonijiet u kantati sagri u kantati sagri
immodifika- R 3.01 – Jephte sacrificium (intilfet)
- R 3.02 – La Passione di Nostro Signor Gesù Cristo
- R 3.03 – Passio secundum Mattheum
- R 3.04 – Passio di San Giovanni
- R 3.05 – Il transito di San Luigi Gansaga
- R 3.06 – Cantata fatta in occasione della transalazione del sangue di S. Gennaro
- R 3.07 – Baldassare
- R 3.08 – Cantata per la Sollenit‡ del SS. Corpo di Cristo
- R 3.09 – Cantata per la transalazione del sangue del glorioso martire S. Gennaro
- R 3.10 – Il fonte prodigioso di Orebre (intilfet)
- R 3.11 – Passio per la domenica delle Palme
- R 3.12 – Passio per il venerdi Santo
Mużika sagra għall-kappelli tal-mexxejja
immodifikaKompożizzjonijiet għall-kappelli ta’ Napuljun jew ir-Re Ġużeppi.
- R 4.01 – Virgam virtutis tuae f’F major
- R 4.02 – Quddiesa f’F major
- R 4.03 – Absit sonitus tubae f’D major
- R 4.04 – Quddiesa f’A major
- R 4.05 – Veni ferox, veni f’G minor
- R 4.06 – Quddiesa f’C major
- R 4.07 – Splendete o coeli f’G major
- R 4.08 – Quddiesa f’G major
- R 4.09 – Coeli stella amica f’E-flat major
- R 4.10 – Quddiesa f’F major
- R 4.11 – Non est in vita amara f’C major
- R 4.12 – Quddiesa f’B-flat major
- R 4.13 – Quddiesa Pastorali għall-Milied f’G major
- R 4.14 – Quddiesa għal Ħadd il-Palm u tal-Passjoni f’F major
- R 4.15 – Veni sancte spiritus f’E-flat major
- R 4.16 – Quddiesa għall-inkurunazzjoni ta’ Napuljun I f’B-flat major
- R 4.17 – Deh resplende o clara stella f’D major
- R 4.18 – Gratiae sint Deo devotae f’E-flat major
- R 4.19 – Splendete o coeli f’G major
- R 4.20 – Sitibundi desolati f’D minor
- R 4.21 – Alma fax et casti f’E-flat major
- R 4.22 – Quddiesa f’D major
- R 4.23 – Ne lucem Bene f’B-flat major
- R 4.24 – Altas Olympi fores f’A major
- R 4.25 – Rosae lux e coelo f’A major
- R 4.26 – Quddiesa f’F major
- R 4.27 – Vivat Deus f’C major
- R 4.28 – Si mare ferox murmurat f’F major
- R 4.29 – Coeli stella amica f’E-flat major
- R 4.30 – Non est in vita amara f’C major
- R 4.31 – Heu nos jam velum f’E-flat major
- R 4.32 – Quis est? f’C major
- R 4.33 – Quddiesa f’C major
- R 4.34 – Absit sonitus tubae f’D major
- R 4.35 – In tuo beato ardore f’G major
- R 4.36 – O mortales summo ardore f’D major
- R 4.37 – Quddiesa f’D major
- R 4.38 – Quddiesa għat-Tlugħ is-Sema ta’ Santa Marija f’G major (1809)
- R 4.39 – Sagro trattenimento musicale f’B-flat major
- R 4.40 – Sagro componimento musicale f’C major
- R 4.41 – Sagro componimento musicale f’G major
- R 4.42 – Quddiesa għat-Tlugħ is-Sema ta’ Santa Marija f’G major (1811)
- R 4.43 – Quddiesa f’E-flat major
- R 4.44 – Quddiesa għat-Tlugħ is-Sema ta’ Santa Marija f’C major
- R 4.45 – Quddiesa f’B-flat major
- R 4.46 – Te Deum breve f’G major
- R 4.47 – Laudate pueri f’E minor
- R 4.48 – Salvum fac Domine f’B-flat major
Quddisiet (għajr dawk għall-kappelli tal-mexxejja)
immodifika- R 5.01 – Missa Defunctorum f’C minor
- R 5.02 – Quddiesa f’G major
- R 5.03 – Quddiesa f’D major
- R 5.04 – Quddiesa f’F major
- R 5.05 – Quddiesa f’D major
- R 5.06 – Quddiesa f’B-flat major
- R 5.07 – Agnus Dei f’G major
- R 5.08 – Quddiesa f’F major
- R 5.09 – Quddiesa f’C major
- R 5.10 – Quddiesa f’F major
- R 5.11 – Quddiesa f’C major (dubjuża)
Kitbiet għall-Quddisiet Ordinarji
immodifika- R 5.51 – Introduzzjoni, offertorju u tqarbin għall-Quddiesa f’F major
- R 5.52 – Introduzzjoni, talb tal-fidili u offertorju
- R 5.53 – Introduzzjoni, gradwal, offertorju, wara t-tqarbin u risponsorju
- R 5.54 – Gradwal: Omnes de Saba venient f’G major
- R 5.55 – Offertorju: Te gloriosus chorus f’D major
Salmi, innijiet jew antifoni għall-Quddisiet
immodifika- R 5.56 – Veni sancte spiritus f’D major
- R 5.57 – Exsulta jam cor meum f’D major
- R 5.58 – Stabat Mater del Pergolese f’C minor
- R 5.59 – Libera me Domine f’D minor
- R 5.60 – Caro mea vere est cibus f’B-flat major
- R 5.61 – Benedictus Rex f’B-flat major
Salmi, kantiċi, innijiet jew antifoni
immodifika- R 6.01 – Te Deum f’B-flat major
- R 6.02 – Te Deum f’C major
- R 6.03 – Hymn: O salutaris hostia f’A major
- R 6.04 – Dixit Dominus f’A major
- R 6.05 – Antiphon: Domine ad adjuvandum f’F major
- R 6.06 – Dixit Dominus f’F major
- R 6.07 – Antiphon: Domine ad adjuvandum f’G major
- R 6.08 – Dixit Dominus f’C major
- R 6.09 – Dixit Dominus f’D major
- R 6.10 – Dixit Dominus f’G major
- R 6.11 – Dixit Dominus f’D major
- R 6.12 – Dixit Dominus f’G major
- R 6.13 – Salm: Confitebor tibi f’A major
- R 6.14 – Salm: Laudate pueri f’E-flat major
- R 6.15 – Salm: Laudate pueri f’C major
- R 6.16 – Salm: Laudate pueri f’C major
- R 6.17 – Salm: Laetatus sum f’D minor
- R 6.18 – Salm: Magnificat f’C major
- R 6.19 – Salm: Magnificat f’G major
- R 6.20 – Litanija f’G major
- R 6.21 – Responsoria Nativitatis Domini f’E minor
- R 6.22 – Responsorji għall-Ġimgħa Mqaddsa
- R 6.23 – Responsorji għal Ħamis ix-Xirka
- R 6.24 – Responsorji għall-Ġimgħa l-Kbira
- R 6.25 – Lamentazione prima f’C major
- R 6.26 – Lamentazione seconda f’G major
- R 6.26 – Lamentazione terza f’F major
- R 6.28 – Lezzjoni għal lejliet Ħamis ix-Xirka
- R 6.29 – Christus factus est f’A minor
- R 6.30 – Miserere a 5 f’D minor
- R 6.31 – Innu: Pange lingua f’C minor
- R 6.32 – Innu: Tantum ergo f’A major
- R 6.33 – 3 Tantum ergo għal soprano
- R 6.34 – Hymn: Tantum ergo f’C major
- R 6.35 – Antifona: Benedicat f’F major
- R 6.36 – Antifona: Regina coeli f’B-flat major
- R 6.37 – Antifona: Salve Regina f’E-flat major
- R 6.38 – Antifona: Ave maris stella f’F major
Moteti
immodifika- R 7.01 – Motet: Astra coeli f’C major
- R 7.02 – Motet: O luminosa aurora f’G major
- R 7.03 – Motet: In corde intrepido f’C major
- R 7.04 – Motet: Mille furis f’C major
- R 7.05 – Motet: Absit sonitus f’D major
Xogħlijiet strumentali
immodifika- R 8.01 – Kwartett tal-Kordi Nru 1 f’C major
- R 8.02 – Kwartett tal-Kordi Nru 2 f’A major
- R 8.03 – Kwartett tal-Kordi Nru 3 f’D major
- R 8.04 – Kwartett tal-Kordi Nru 4 f’E-flat major
- R 8.05 – Kwartett tal-Kordi Nru 5 f’E flat major
- R 8.06 – Kwartett tal-Kordi Nru 6 f’C
- R 8.07 – Kwartett tal-Kordi Nru 7 f’E-flat major
- R 8.08 – Kwartett tal-Kordi Nru 8 f’G major
- R 8.09 – Kwartett tal-Kordi Nru 9 f’A major
- R 8.10 – Kunċert tat-Tastieri Nru 1 f’C
- R 8.11 – Kunċert tat-Tastieri Nru 2 in F major
- R 8.12 – 4 Divertimenti għall-istrumenti tan-nifs f’E-flat major
- R 8.13 – 12-il Divertiment għall-istrumenti tan-nifs
- R 8.14 – Kollezzjoni ta’ rondos u capriccios għat-tastieri
- R 8.15 – Kunċert tat-Tastieri Nru 3 f’A major
- R 8.16 – Kunċert tat-Tastieri Nru 4 in G minor
- R 8.17 – Kunċert tat-Tastieri Nru 5 f’D major
- R 8.18 – Kunċert tat-Tastieri Nru 6 in B-flat major
- R 8.19 – Kunċert tat-Tastieri Nru 7 f’A major
- R 8.20 – Kunċert tat-Tastieri Nru 8 f’C
- R 8.21 – Sonata tal-vjolin f’E major
- R 8.22 – Marche funèbre pour le Général Hoche f’C
- R 8.23 – Andante għall-kornamuża u għall-arpa f’C
- R 8.24 – 3 Kitbiet għall-Banda Militari
- R 8.25 – Sinfonija f’C
Xogħlijiet ta’ awtentiċità dubjuża
immodifika- R E.02 – Sinfonija f’E-flat major
- R E.06 – Kwartett tal-Flawt Op. 23 Nru 2 f’D major
- R E.07 – Kwartett tal-Flawt Op. 23 Nru 5 f’G major
- R E.08 – Kwartett tal-Flawt Op. 23 Nru 4 f’G major
- R E.09 – Kwartett tal-Flawt Op. 23 Nru 1 f’C
- R E.10 – Kwartett tal-Flawt Op. 23 Nru 3 f’E minor
- R E.11 – Kwartett tal-Flawt Op. 23 Nru 6 f’G major
- R E.13 – Marche du Premier Consul f’B-flat major
- R 8.14 – Kunċert tal-Mandolina f’E-flat major
- R 8.15 – Kunċert tal-Mandolina f’C
- R 8.16 – Kunċert tal-Mandolina f’G major
Xogħlijiet edukattivi
immodifika- Regole per bene accompagnare il partimento o sia il basso fondamentale sopra il Cembalo[8]
- 298 Disposizione su partimenti ta’ Giovanni Paisiello, żewġ volumi kbar miktubin bl-idejn, x’aktarx miktuba mill-istudent tiegħu Auguste Louis de Talleyrand.
Edizzjonijiet
immodifika- Stefano Faglia, Franca Saini (ed.): Il Mondo della Luna, Saint Petersburg, 1783. Monza, Accademia Musicale IAMR, 2006. Parma, L'oca del Cairo Edizioni Musicali, 2006.
Referenzi
immodifika- ^ The Complete Classical Music Guide. DK. 2012. p. 106. ISBN 9781465401342.
- ^ a b ċ d Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Paisiello (or Paesiello), Giovanni (1741–1816)". Encyclopædia Britannica. 20 (11th ed.). Cambridge University Press.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Paisiello (or Paesiello), Giovanni (1741–1816)". Encyclopædia Britannica. 20 (11th ed.). Cambridge University Press.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Paisiello (or Paesiello), Giovanni (1741–1816)". Encyclopædia Britannica. 20 (11th ed.). Cambridge University Press.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Paisiello (or Paesiello), Giovanni (1741–1816)". Encyclopædia Britannica. 20 (11th ed.). Cambridge University Press.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Paisiello (or Paesiello), Giovanni (1741–1816)". Encyclopædia Britannica. 20 (11th ed.). Cambridge University Press.
- ^ "Paisiello, Giovanni" Archived September 18, 2008, at the Wayback Machine, Grove Concise Dictionary of Music via Gramophone
- ^ Giovanni Paisiello: Regole per bene accompagnare il partimento o sia il basso fondamentale sopra il Cembalo. [Praxis und Theorie des Partimentospiels], vol. 1, ed. by Ludwig Holtmeier, Johannes Menke and Felix Diergarten, Florian Noetzel Verlag, Wilhelmshaven 2008, ISBN 978-3-7959-0905-5.