Girolamo Abos
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Girolamo Abos (Valletta, 15 ta' Novembru 1715 – Napli, Ottobru 1760) kien kompożitur u għalliem Malti.
Girolamo Abos | |||
---|---|---|---|
1749 - | |||
Ħajja | |||
Twelid | Valletta, 15 Novembru 1715, 16 Novembru 1715 | ||
Nazzjonalità | Malta | ||
Mewt | Napli, Ottubru 1760 | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Conservatorio di Sant'Onofrio in Capuana | ||
Għalliema |
Gaetano Greco Francesco Durante Leonardo Leo | ||
Studenti |
uri
| ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | kompożitur | ||
Impjegaturi | Conservatorio della Pietà dei Turchini | ||
Moviment | mużika Barokka | ||
Moviment artistiku | opra |
Missieru kien Gian-Tommaso Abos u ommu Rosa Farrugia. Nannuh, Giovanni Abos, kien Franċiż minn Castellane. Fl-1729 beda jistudja l-mużika fil-Konservatorju dei Poveri di Gesù Cristo ta' Napli, l-ewwel taħt Gaetano Greco u mbagħad taħt Francesco Durante. Kuġinuh Carol Farrugia, li kien uditore ta' bosta Granmastri tal-Ordni ta' San Ġwann, ħallaslu l-istudji tiegħu. Ma nafux jekk Abos qattx mar lura Malta imma żgur li żamm kuntatt. Pereżempju il-maestro di cappella Melchiorre Sammartin, il-castrato soprano Antonio Rubino, il-castrato contralto Antonio Goja u l-vjolinista Paolo Papa, kollha mill-Conservatorio di Sant'Onofrio a Porta Capuana saru membri tal-cappella di musika tal-knisja konventwali tal-Ordni ta' San Ġwann. Barra minn hekk iż-żewġ uliedu li nafu bihom Gaetano (t. 1754) u Maria Josepha (t. 1753) bagħathom Malta biex jieħu ħsiebhom kuġinuh Carol Farrugia. Maria Josepha daħlet soru Benedittina fil-kunvent ta' Santa Skolastika l-Birgu u mietet ta' 40 sena. Ħuha miet qabel kellu 20 sena. Abos kien iżżewweġ lil Angela Gautier fl-1752.
L-ewwel opra ta' Abos tiegħu ittellgħet fl-1742 fil-belt ta' Napli fit-Teatro Nuovo. Din kienet l-opra buffa Le due zingare simili. Fl-istess sena kien secondo maestro ma' Francesco Feo fl-iScuola dei Poveri di Gesù u fl-1743 laħaq koadjutur ta' Ignazio Prota, ta' Leonardo Leo u, wara ta' Durante fil-Conservatorio di Sant'Onofrio a Porta Capuana. Fl-1754 ħa l-pożizzjoni ta' secondo maestro fil-Conservatorio della Pietà dei Turchini. Fl-1756 mar Londra biex jieħu l-post ta' klaviċembalista fit-teatru Taljan. Irtira mit-tagħlim fl-1759.
Barra li kien għalliem kien spiss jagħmilha ta' maestro di cappella f'diversi knejjes f'Napli. Ikkompona xi tużżana opri li kellhom suċċess varjabbli. Però dawn kienu neqsin mill-oriġinalità u vivaċità tipika tal-opri Naplitani tal-epoka. Ix-xogħol tiegħu l-iżjed magħruf hu mingħajr dubju l-opra Tito Manlio, rappreżentata għalll-ewwel darba f'Napli fit-teatru San Carlo fl-1751 u mtella' wkoll Londra fl-1756. Kiteb ukoll diversi kompożizzjonijiet sagri, li fihom imita l-iżjed lil Durante.
Opri
immodifikaHemm 14-il opra ta' Abos li nafu bihom; is-sena u l-belt jirreferu għall-ewwel rappreżentazzjoni.
- Le due zingare simili (opra buffa, librett ta' Antonio Palomba, [1742, Napli, Teatro Nuovo)
- Il geloso (kummiedja, librett di Antonio Palomba, Ħarifa tal-1743, Napli, Teatro dei Fiorentini)
- Le furberie di Spilletto (kummiedja, karnival tal-1744, Firenze, Teatro del Cocomero)
- La serva padrona (opra buffa, librett ta' Gennaro Antonio Federico, karnival 1744, Napli)
- La moglie gelosa (kommiedja, librett ta' Antonio Palomba, 1745, Napli, Teatro dei Fiorentini)
- Adriano in Siria (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Metastasio, karnival 1746, Firenze, Teatro alla Pergola)
- Artaserse (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Metastasio, karnival 1746,Venezja, Teatro di San Giovanni Crisostomo)
- Pelopida (dramma għall-mużika, librett ta' Gaetano Roccaforte, 1747, Ruma, Teatro Argentina)
- Alessandro nelle Indie (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Metastasio, karnival 1747, Ancona, Teatro La Fenice)
- Arianna e Teseo (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Pariati, 26 ta' Diċembru 1748, Ruma, Teatro delle Dame)
- Tito Manlio (dramma għall-mużika, librett ta' Gaetano Roccaforte, 30 ta' Mejju 1751, Napli, Teatro San Carlo)
- Erifile (dramma għall-mużika, librett ta' Giovanni Battista Neri, 1752, Ruma, Teatro delle Dame)
- Lucio Vero o sia Il Vologeso (opra serja, librett ta' Apostolo Zeno, 18 ta' Diċembru 1752, Napli, Teatro San Carlo)
- Il Medo (dramma għall-mużika, librett ta' Carlo Innocenzo Frugoni, 1753, Torin, Teatro Regio)
Bibljografija
immodifikaStabat Mater Gerolamo Abos ed. Joseph Vella Bondin Recent Researches in the Music of the Classical Era, Nru 68, A-R Editions, Inc., Middleton, Wisconsin 2003, ISBN 0-59579-531-0.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Girolamo Abos (Girolamo Abos) |
- Girolamo Abos fid-Dizionario Biografico Treccani
- [1]