Ġeorġja fil-Festival tal-Eurovision
Il-Ġeorġja iddebutat fl-2007 għat-52 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision.
Ġeorġja | |
---|---|
Stazzjon membru | GPB |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | 4 |
L-ewwel dehra | 2007 |
L-aqwa riżultat | 9 (2010, 2011) |
L-agħar riżultat | 12 (2007 |
Ħoloq esterni | |
Paġna fuq Eurovision.tv |
Debutt fl-2007
immodifikaFis-27 ta' Ottubru 2006, il-Ġeorġja, ikkonferma li huma xtaqu jieħdu sehem fil-Eurovision. F'dak iż-żmien, l-EBU kienu għadhom jillimitaw il-massimu ta' 40 pajjiż. Madanakollu, f'Marzu tal-2007, ġie imħabbar li t-42 appikant se jieħdu sehem fl-edizzjoni tal-2007 f'Ħelsinki. Huma rnexxielhom jikkwalifikaw mis-semifinali (fejn kisbu 123 punt u t-tmien post), u fil-finali kisbu t-tnax-il post (minn 24 parteċipant).
Daħla fl-2008
immodifikaIl-Ġeorġja għamlu t-tieni dehra tagħhom f'dan il-festival fl-edizzjoni tal-2008. Wara li għaddew mis-semifinali (fejn spiċċaw fil-ħames post b'107 punti), fil-finali marru post aħjar mill-edizzjoni preċedenti wara li kklassifikaw fil-ħdax-il post (minn 25).
Irtirar fl-2009
immodifikaMinħabba l-gwerra fl-Ossezja t'Isfel fl-2008, sar dibattitu min-naħa tal-Georgian Public Broadcasting (GBP) fuq jekk il-Ġeorġja għandhiex tieħu sehem f'Moska.[1] Iċ-ċermen tal-GPB stqarr li ma kinitx tkun xi ħaġa irrazzjonali jekk kienu jiddeċiedu li jirtiraw, imma kienu jinsabu lura fil-ħin minħabba li finali nazzjonali kienet se tiġi organizzata jekk kienu se jiddeċiedu li jipparteċipaw. Fit-28 ta' Awwissu 2008, ġie imħabbar li l-Ġeorġja se tirtira mill-edizzjoni tal-2009, fejn sostnew li huma jirrifjutaw li jikkompetu f'"pajjiż li jivvjola d-drittijiet tal-bniedem u l-liġijiet internazzjonali", u kif ukoll minħabba dubji fuq is-sigurtà tal-parteċipanti tagħhom.[2] Wara r-rebħ tal-Festival tal-Eurovision tat-Tfal tal-2008, li fih irċievu tnax-il punt mir-Russja, il-Ġeorġja reġgħet ħadet il-kuraġġ biex terġa' tipparteċipa fl-2009.[3]
Wara l-finali nazzjonali li saret fit-18 ta' Frar 2009, ġie magħżul il-grupp Stefane & 3G bil-kanzunetta fuq stil sebgħinijiet "We Don't Wanna Put In".[4] Madanakollu l-kanzunetta qajmet kontroversja kbira fuq il-lirika tagħha, li kienet tinkludi referenza politika persistenti lejn il-Prim Ministru Russu Vladimir Putin, liema stqarrija l-GPB ċaħdet.[5] L-EBU ma ħallietx lil din il-kanzunetta tikkompeti minħabba l-lirika tagħha, u staqsiet lill-GPB biex jew tbiddel il-lirika jew tintgħażel kanzunetta oħra. Il-GPB sostnew li ċ-ċaħda min-naħa tal-EBU kienet sforz il-pressjoni politika tar-Russja, u fil-11 ta' Marzu irtiraw definittivament mill-kompetizzjoni.[6]
Rappreżentanti
immodifikaSena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
2007 | Sopho Khalvashi | Visionary Dream | 12 | 97 | 8 | 123 |
2008 | Diana Gurtskaya | Peace Will Come | 11 | 83 | 5 | 107 |
2010 | Sopho Nizharadze | Shine | 9 | 136 | 3 | 106 |
2011 | Eldrine | One More Day | 9 | 110 | 6 | 74 |
2012 | Anri Jokhadze | I'm A Joker | X | X | 14 | 36 |
2013 | Nodi Tatishvili & Sophie Gelovani | Waterfall |
Votazzjoni
immodifikaIl-Ġeorġja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):
Nu. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Litwanja | 17 |
2 | Ukrajna | 16 |
3 | Armenja | 15 |
4 | Latvja | 14 |
= | Russja | 14 |
5 | Bjelorussja | 12 |
Il-Ġeorġja tat l-aktar punti lil (finali biss):
Nu. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Armenja | 24 |
2 | Ukrajna | 20 |
3 | Russja | 15 |
4 | Bjelorussja | 8 |
= | Greċja | 8 |
= | Turkija | 8 |
5 | Ażerbajġan | 7 |
Referenzi
immodifika- ^ Economou, Thanasis (2008-08-11). "Georgian participation in Eurovision 2009 now questioned" (bl-Ingliż). Oikotimes. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-06. Miġbur 2008-08-11.
- ^ van Tongeren, Mario (2008-08-28). "GPB officially withdraws from Eurovision 2009" (bl-Ingliż). Oikotimes. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-06. Miġbur 2008-08-28.
- ^ Floras, Stella (2008-12-19). "Georgia returns to the Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-19.
- ^ Marcus, Klier (2009-02-18). "Georgia: Stephane & 3G to Eurovision" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2009-02-18.
- ^ Lewis, Daniel (2009-03-10). "Georgian Eurovision entry sparks news frenzy" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2009-03-10.
- ^ "Georgia drops out of Eurovision over Putin song" (bl-Ingliż). 2009-03-11. Miġbur 2009-03-11.