Għajnuna:Kategoriji

(Rindirizzat minn Għajnuna:Kategorija)
Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna
Indiċi

Kontenut
Kif tirreġistra
Kif timmodifika artiklu
Kif tibda artiklu
Skop u użu tal-kategoriji
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Gwida essenzjali
Wikiketta
Konvenzjonijiet

Ħoloq

Politika u linji gwida
Mistoqsijiet rikorrenti
Paġna tal-provi
Il-Pjazza
Kunsens
Sondaġġi

Il-Kategoriji jiġu wżati biex bihom jinġabru flimkien artikli ta' ċerta suġġett. Dan isir billi ġo artiklu jitqiegħed link li jirrapreżenta kategorija. Il-kategoriji jidhru fil-parti t'isfel ta' l-artiklu. Dawk li jużaw il-wikipedija, meta jmorru fuq il-link ta' kategorija, għandhom isibu miġbura taħtha, ġol-paġna tal-kategorija, l-artikli kollha fil-qasam ta din il-kategorija.

Kategorija tiġi irrapreżentata b'Wiki-Link bil-prefiss "Category:" u l-isem tal-kategorija warajha:

[[Kategorija:isem tal-kategorija]]

Meta ndaħħlu notazzjoni ta' din il-forma ġo paġna, inkunu għamilna referenza għall-kategorija. Jekk kategorija b'dan l-isem ma tkunx għada teżisti, allura nkunu ħloqna paġna tal-kategorija f'dak il-mument.

Ġerarkija ta' Kategoriji

immodifika

Il-kategoriji stess ukoll jistgħu, b'mod simili, jinġabru fi gruppi; b'hekk suġġett jiġi mqassam f'oqsma differenti filwaqt li tinżamm ir-relazzjoni bejn kategorija u oħra. Meta, ngħidu aħna, link ta' kategorija A jitqiegħed ġo paġna ta' kategorija B, A isir qasam aktar speċifiku ta' B. B'hekk, il-kategoriji, kif wkoll l-artikli miġbura taħthom, awtomatikament jiġu ordnati f'ġerarkija.

Struttura b'mezz ta' Ġerarkiji

immodifika

Ta' spiss, meta il-kontribuzzjonijiet jiżdiedu, inkunu nixtiequ nagħtu aktar ordni lill-artikli u nqegħduhom f'relazzjoni ma' xulxin. Ta' min jiftakar illi l-istruttura nnifisha wkoll hi forma importanti ta' informazzjoni!!. Il-ġerarkiji huma wieħed mil-meżżi kif nistgħu noħolqu struttura.

Nieħdu eżempju: Nixtiequ nqiegħedu artiklu fuq ċertu kompożitur Ġermaniz f'ġerarkija ta' kategoriji. Jekk insegwu klassifikazzjoni mill-kategorija l-aktar wiesgħa sa dik l-aktar speċifika aħna nistgħu nieħdu linja bħal din:

Kategorija:Mużika
  '->Kategorija:Mużiċisti
    '->Kategorija:Kompożituri
      '->Kategorija:Kompożituri skond in-nazzjonalità
        '->Kategorija:Kompożituri Ġermaniżi


Jista' però, xi ħadd jargumenta wkoll illi nistgħu nsegwu linja oħra; ngħidu aħna:

Kategorija:nies
   '->Kategorija:nies skond is sengħa tagħhom
     '->Kategorija:Mużiċisti
       '->Kategorija:Kompożituri
         '->Kategorija:Kompożituri skond in-nazzjonalità
           '->Kategorija:Kompożituri Ġermaniżi


Skond mil-liema suġġett tibda biex tfittex, iż-żewg strutturi huma validi u bl-istess mira, f’xi ħin ser naslu fil-kategorija Kompożituri Ġermaniżi. B'dan ninnutaw wkoll illi jista' jkun hemm ħafna kategoriji ewlenin u illi friegħi miż-żewġ kategoriji ewlenin jistgħu isegwu linji rispettivi fejn jiltaqgħu f'kategorija komuni. Dan ifisser illi l-wikipedja tiġi strutturata minn aktar minn ġerarkija waħda.

Ara ukoll

immodifika