Fábio Pereira da Silva

(Rindirizzat minn Fabio Pereira da Silva)

Fábio Pereira da Silva, magħruf ukoll bħala sempliċement Fábio jew Fábio da Silva (Petrópolis, 9 ta' Lulju 1990) huwa futboler li attwalment jilgħab bħala difensur laterali mat-tim ta' Nantes. Ma' ħuh tewmi, Rafael, kien jilgħabu flimkien ma' Manchester United wara li ffirmaw mal-klabb Ingliż fi Frar tal-2007.

Fábio
Informazzjoni personali
Isem sħiħFábio Pereira da Silva
Twelid9 ta' Lulju 1990 (1990-07-09) (34 sena)
Petrópolis, Rio de JaneiroBrażil
Tul1.68 m
RwolDifensur laterali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliNantes
Numru2
Mixtliet
2005–2008Fluminense
Karriera professjonali
SninKlabb
2008–2014Manchester United
2012–2013Queens Park Rangers (self)
2014–2016Cardiff City
2016–2018Middlesbrough
2018–Nantes
Tim nazzjonali
2011Brażil

Karriera

immodifika

Fábio beda l-karriera tiegħu fil-futbol bħala midfilder difensiv mal-klabb ta' Boa Esperança, però beda jilgħab bħala difensur laterali meta ngħaqad ma' Fluminense. Matul turnew tan-Nike li sar ġewwa Tokjo, il-prestazzjonijiet ta' Fábio u ta' ħuħ Rafael laqtu għajn il-klabb ta' Manchester United. Iż-żewġ klabb waslu fi qbil fuq it-trasferiment tal-plejers fi Frar tal-2007, u t-tewmin ingħaqdu mal-klabb Ingliż f'Jannar tal-2008 minkejja li kienu għadhom qatt ma dehru mal-ewwel tim tal-klabb Brażiljan.

Fábio kellu jistenna sal-24 ta' Jannar 2009, sabiex jagħmel id-debutt tiegħu li wasal fir-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Tottenham Hotspur, mirbuħa 2–1 mit-tim tal-United. Madanakollu, l-ewwel logħba tiegħu kellha tintemm qabel minħabba li weġġa' fil-pexxun. Nhar is-16 ta' Awwissu, wasal id-debutt tiegħu fil-Premier League fil-logħba tal-ftuħ tal-istaġun 2009–10 kontra Birmingham City. Fl-1 ta' April, 2010, Fábio iffirma estensjoni tal-kuntratt li se jżommu mal-klabb sa Ġunju 2014.[1] L-ewwel gowl tiegħu wasal fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic li ntlagħbet fis-26 ta' Frar 2011. Nhar it-28 ta' Mejju 2011, Fábio beda l-finali tal-UEFA Champions League kontra Barcelona li United tilfu 3–1.

Fit-2 ta' Lulju 2012, fi sforz sabiex jikseb aktar esperjenza, hu ġie misluf lil Queens Park Rangers għal sena.[2] Id-debutt tiegħu sar fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fit-telfa ta' 5–0 kontra Swansea City. L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb ta' Londra wasal f'logħba mill-FA Cup, fit-telfa ta' 4–2 kontra MK Dons.

Internazzjonali

immodifika

Grazzi għall-prestazzjonijiet konvinċenti ma' Manchester United, Fábio ġie msejjaħ mal-Brażil nhar it-22 ta' Settembru 2011, u ddebutta kontra l-Kosta Rika nhar is-7 ta' Ottubru 2011 fir-rebħa ta' 1–0 għall-Brażil.

Statistika

immodifika

Statistika korretta sat-12 ta' Mejju 2013[3]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Manchester United 2008–09 0 0 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
2009–10 5 0 1 0 2 0 2 0 1 0 11 0
2010–11 11 1 4 1 2 0 7 0 1 0 25 2
2011–12 5 0 0 0 3 0 7 0 0 0 15 0
Queens Park Rangers 2012–13 21 0 1 1 1 0 23 1
Manchester United 2013–14 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
Total 21 1 7 1 7 0 16 0 2 0 53 2
Total tal-karriera 42 1 8 2 8 0 16 0 2 0 76 3
Manchester United

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Fabio da Silva extends Manchester United deal to 2014" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-04-01. Miġbur 2010-04-01.
  2. ^ "Man Utd's Fabio Da Silva makes QPR loan move" (bl-Ingliż). BBC. 2012-07-02. Miġbur 2012-07-02.
  3. ^ "Fabio". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2010-01-23.

Ħoloq esterni

immodifika