Tazza tal-Konfederazzjonijiet
It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali, li ssir kull erba' snin mill-FIFA. Dan it-turnew jinvolvi lir-rebbieħa individwali tal-kampjonati tas-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA (CAF, CONMEBOL, UEFA, AFC, OFC, CONCACAF) flimkien mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u l-pajjiż ospitu, biex iġib in-numru ta' parteċipanti għal tmienja.
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1992 |
Nru. ta' timijiet | 8 |
Reġjun | Internazzjonali (FIFA) |
Ċampjin attwali | Brażil |
L-aktar rebħiet | Brażil (3 titli) |
Sit elettroniku | fifa.com |
Storja
immodifikaL-ewwel Tazza tal-Konfederazzjonijiet (li kienet għadha ma tissejaħx hekk) saret fl-1992 ġewwa l-Arabja Sawdija, u dan l-istess pajjiż ospita ż-żewġ edizzjonijiet suċċessivi tal-1995 u l-1997. L-ewwel edizzjoni rat lill-Arġentina terfa' l-"King Fahd Cup", f'isem ir-Re u l-Prim Ministru tal-Arabja Sawdija li kien beda dan it-turnew, quddiem tliet avversarji oħra li kienu l-Istati Uniti, il-Kosta tal-Avorju u l-Arabja Sawdija. Fl-1995 in-numru ta' parteċipanti ġie estiż għal sitt f'żewġ gruppi ta' tlieta. Ir-rebbieħa kienet id-Danimarka b'rebħa sorpriża fil-finali kontra l-Arġentina bl-iskor ta' 2–0.
Fl-1997 il-FIFA organizzat direttament dan it-turnew u n-numru ta' parteċipanti kiber għal tmienja. Il-Brażil ta' Romario rebħet din l-edizzjoni b'rebħa ta' 6–0 fuq is-sorpriża tal-kampjonat, l-Awstralja. L-edizzjoni tal-1999 rat it-trijonf tal-ospiti tal-Messiku; suċċess li kellu aktar importanza wara r-rebħa ta' 4–3 fil-finali kontra l-finalisti telliefa tat-Tazza tad-Dinja preċedenti, il-Brażil, li kienu għadhom iżommu t-titlu ta' din il-kompetizzjoni f'idejhom. L-edizzjoni tal-2001 saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun u serviet ta' prova ġenerali għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena suċċessiva organnizzata mill-istess żewġ pajjiż. Franza ħarġu rebbieħa fuq il-finalisti Ażjatiċi tal-Ġappun bl-iskor ta' 1–0.
Fl-2003 it-turnew sar fi Franza, u kienu huma stess li baqgħu jżommu dan it-titlu; din id-darba l-vittma fil-finali kien il-Kamerun. Din l-edizzjoni tibqa' mfakkra għat-telfa traġika tal-Kameruniż Marc Viven Foe, waqt il-partita tas-semifinali bejn il-Kolombja u l-Kamerun; fis-73 tal-partita, il-midfilder waqa' mal-art wara li tilef sensieh. Minkejja t-tentattivi kollha mit-tobba u l-assistenti mediċi, il-plejer miet siegħa wara.
Sa issa, l-aħħar edizzjoni tal-2005, ġiet ospitat fil-Ġermanja, il-pajjiż li ospita fis-sena ta' wara t-Tazza tad-Dinja. Il-Brażiljani reġgħu ħarġu rebbieħa, din id-darba bl-iskor ta' 4–1 fuq ir-rivali eterni tal-Arġentina. Protagonista ta' din l-edizzjoni kien Adriano, li spiċċa l-aqwa skorer b'ħames gowls.
Riżultati
immodifikaKing Fahd Cup
immodifikaSena | Ospitu | Finali | Partita għat-tielet post | ||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
Rebbieħ | Riżultat | Finalista tellief | It-tielet post | Riżultat | Ir-raba' post | ||
1992[1] Dettalji |
Arabja Sawdija | Arġentina |
3–1 | Arabja Sawdija |
Stati Uniti |
5–2 | Kosta tal-Avorju |
1995[1] Dettalji |
Arabja Sawdija | Danimarka |
2–0 | Arġentina |
Messiku |
1–1 (5–4 pen) |
Niġerja |
Tazza tal-Konfederazzjonijiet
immodifikaSena | Ospitu | Finali | Partita għat-tielet post | ||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
Rebbieħ | Riżultat | Finalista tellief | It-tielet post | Riżultat | Ir-raba' post | ||
1997 Dettalji |
Arabja Sawdija | Brażil |
6–0 | Awstralja |
Repubblika Ċeka |
1–0 | Urugwaj |
1999 Dettalji |
Messiku | Messiku |
4–3 | Brażil |
Stati Uniti |
2–0 | Arabja Sawdija |
2001 Dettalji |
Korea t'Isfel Ġappun |
Franza |
1–0 | Ġappun |
Awstralja |
1–0 | Brażil |
2003 Dettalji |
Franza | Franza |
1–0 (gowl tad-deheb) |
Kamerun |
Turkija |
2–1 | Kolombja |
2005 Dettalji |
Ġermanja | Brażil |
4–1 | Arġentina |
Ġermanja |
4–3 (ħb) |
Messiku |
2009 Dettalji |
Afrika t'Isfel | Brażil |
3–2 | Stati Uniti |
Spanja |
3–2 (ħb) |
Afrika t'Isfel |
Timijiet nazzjonali ta' suċċess
immodifikaTim | Titli | Finalista tellief |
---|---|---|
Brażil | 3 (1997, 2005, 2009) | 1 (1999) |
Franza | 2 (2001, 2003*) | - |
Arġentina | 1 (1992) | 2 (1995, 2005) |
Danimarka | 1 (1995) | |
Messiku | 1 (1999*) | |
Awstralja | - | 1 (1997) |
Kamerun | - | 1 (2003) |
Ġappun | - | 1 (2001*) |
Arabja Sawdija | - | 1 (1992*) |
Stati Uniti | - | 1 (2009) |
- *: ospiti
Plejers
immodifikaL-aqwa skorers
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista tal-iskorers fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Poż. | Plejer | Gowls | Dettall |
---|---|---|---|
1 | Cuauhtémoc Blanco | 9 | 3 fl-1997 u 6 fl-1999 |
Ronaldinho | 9 | 6 fl-1999 u 3 fl-2005 | |
3 | Adriano | 7 | 2 fl-2003 u 5 fl-2005 |
Romário | 7 | 7 fl-1997 | |
5 | Marzouk Al-Otaibi | 6 | 6 fl-1999 |
Parteċipazzjoni
immodifikaTim | 1992 |
1995 |
1997 |
1999 |
2001 |
2003 |
2005 |
2009 |
Total |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Brażil | - | - | R | F | 4 | 1R | R | R | 6 |
Messiku | - | 3 | 1R | R | 1R | - | 4 | - | 5 |
Ġappun | - | 1R | - | - | F | 1R | 1R | - | 4 |
Arabja Sawdija | F | 1R | 1R | 4 | - | - | - | - | 4 |
Stati Uniti | 3 | - | - | 3 | - | 1R | - | F | 4 |
Arġentina | R | F | - | - | - | - | F | - | 3 |
Awstralja | - | - | F | - | 3 | - | 1R | - | 3 |
New Zealand | - | - | - | 1R | - | 1R | - | 1R | 3 |
Kamerun | - | - | - | - | 1R | F | - | - | 2 |
Eġittu | - | - | - | 1R | - | - | - | 1R | 2 |
Franza | - | - | - | - | R | R | - | - | 2 |
Ġermanja | - | - | - | 1R | - | - | 3 | - | 2 |
Afrika t'Isfel | - | - | 1R | - | - | - | - | 4 | 2 |
Bolivja | - | - | - | 1R | - | - | - | - | 1 |
Kanada | - | - | - | - | 1R | - | - | - | 1 |
Kolombja | - | - | - | - | - | 4 | - | - | 1 |
Kosta tal-Avorju | 4 | - | - | - | - | - | - | - | 1 |
Repubblika Ċeka | - | - | 3 | - | - | - | - | - | 1 |
Danimarka | - | R | - | - | - | - | - | - | 1 |
Greċja | - | - | - | - | - | - | 1R | - | 1 |
Iraq | - | - | - | - | - | - | - | 1R | 1 |
Italja | - | - | - | - | - | - | - | 1R | 1 |
Korea t'Isfel | - | - | - | - | 1R | - | - | - | 1 |
Niġerja | - | 4 | - | - | - | - | - | - | 1 |
Spanja | - | - | - | - | - | - | - | 3 | 1 |
Tuneżija | - | - | - | - | - | - | 1R | - | 1 |
Turkija | - | - | - | - | - | 3 | - | - | 1 |
Emirati Għarab Magħquda | - | - | 1R | - | - | - | - | - | 1 |
Urugwaj | - | - | 4 | - | - | - | - | - | 1 |
- 1R: Eliminat fl-Ewwel Rawnd
- F: Finalist
- R: Rebbieħ
Referenzi
immodifika- ^ a b L-ewwel żewġ edizzjonijiet kienu fil-fatt taħt l-isem King Fahd Cup. Il-FIFA irrikonoxxiet dawn l-edizzzjonijiet bħala Tazez tal-Konfederazzjoni. Ara http://www.fifa.com/tournaments/archive/tournament=101/awards/.