Edward de Bono

kittieb u filosfu Malti

Edward Charles Francis Publius de Bono (twieled fid-19 ta' Mejju 1933 – miet fid-9 ta' Ġunju 2021)[1] kien tabib, psikologu, kittieb, inventur u filosfu Malti. Huwa vvinta t-terminu ħsieb laterali, kiteb il-ktieb Six Thinking Hats, u kien minn ta' quddiem fit-tagħlim tal-ħsieb bħala suġġett fl-iskejjel.[2]

Edward de Bono
Ħajja
Twelid Malta, 19 Mejju 1933
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
L-ewwel lingwa Ingliż
Mewt Malta, 9 Ġunju 2021
Edukazzjoni
Alma mater Christ Church
Trinity College PhD fil-filosofija
Università ta' Malta
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
Lingwi Ingliż
Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
psikologu
filosofu
għalliem fl-università
Impjegaturi Università ta' Cambridge
Università ta' Pretoria
Premjijiet

Ħajja u karriera

immodifika

Edward Charles Francis Publius de Bono twieled f'Malta fid-19 ta' Mejju 1933.[3] Ingħata l-edukazzjoni tiegħu l-ewwel fil-Kulleġġ ta' St. Edward's f'Malta, u mbagħad kompla fl-Università ta' Malta sakemm kiseb lawrija fil-mediċina. Imbagħad, huwa kompla fl-Università ta' Oxford, ir-Renju Unit permezz ta' borża ta' studju ta' Rodi (bl-Ingliż: Rhodes Scholarship) fl-1953, fejn kiseb Masters fil-psikoloġija u l-fiżjoloġija.[4] Huwa rrappreżenta lil Oxford fil-polo u għamel żewġ rekords bil-kenura. Imbagħad kompla jistudja fit-Trinity College ta' Cambridge fejn kiseb dottorat fil-mediċina. Huwa ngħata Dottorat onorarju fid-Disinn (DDes) mill-Istitut Rjali tat-Teknoloġija ta' Melbourne u LLD onorarju mill-Università ta' Dundee.[5]

De Bono kellu karigi fil-fakultajiet tal-universitajiet ta' Oxford, Cambridge (fejn għen biex tiġi stabbilita skola medika fl-università), Londra u Harvard. Huwa kien professur fl-Università ta' Malta, fl-Università ta' Pretoria, l-Afrika t'Isfel, fl-Università tal-Ingilterra Ċentrali (issa msejħa l-Università tal-Belt ta' Birmingham) u fl-Università tal-Belt ta' Dublin, l-Irlanda. De Bono kellu wkoll ir-rwol ta' Professur tal-Ħsieb ta' Da Vinci fl-Università tat-Teknoloġija Avvanzata f'Tempe, Arizona, l-Istati Uniti. Huwa kien wieħed mis-27 Ambaxxaturi għas-Sena Ewropea tal-Kreatività u l-Innovazzjoni fl-2009.

Bħala dak li vvinta t-terminu "ħsieb laterali", de Bono kiteb 85 ktieb li ġew tradotti f'46 lingwa. Huwa għallem il-metodi tal-ħsieb tiegħu lill-aġenziji tal-gvern, lill-klijent korporattivi, lill-organzizzazzjonijiet u lill-individwi, b'mod privat jew pubbliku f'sessjonijiet ta' gruppi. Huwa ppromwova ċ-Ċentru Dinji għall-Ħsieb Ġdid (2004-2011), ibbażat f'Malta, li kien japplika l-Għodod tal-Ħsieb għad-disinn ta' soluzzjonijiet u ta' politiki fuq il-livell ġeopolitiku.

Fl-1976, de Bono ħa sehem f'dibattitu fuq ir-radju għall-BBC mal-filosfu Brittaniku A.J. Ayer, rigward is-suġġett tad-demokrazija effettiva.

Mill-Erbgħa, it-8 ta' Settembru 1982, il-BBC xandru sensiela ta' 10 programmi ta' kull ġimgħa bit-titlu de Bono's Thinking Course (il-Kors tal-Ħsieb ta' de Bono).[6] Matul il-programmi, Edward de Bono spjega kif il-ħiliet tal-ħsieb setgħu jittejbu bl-attenzjoni u bil-prattika. Is-sensiela ġiet ripetuta s-sena ta' wara u ġie ppubblikat ktieb bl-istess titlu bħala akkumpanjament tas-sensiela.

F'Mejju 1994, huwa ta lekċer ta' nofs siegħa msejħa Opinions (Opinjonijiet) li xxandret fuq it-televiżjoni fuq il-Kanal 4 u sussegwentement ġiet ippubblikata f'The Independent bit-titlu Thinking Hats On.[7]

Fl-1995, huwa ħoloq il-film dokumentarju futuristiku, 2040: Possibilities by Edward de Bono, dwar lekċer lil udjenza ta' nies maħruġa minn friża krijoġenika għas-soċjetà kontemporanja fl-2040.

Fl-2005 huwa ġie nnominat (u wasal sax-shortlist) għall-Premju Nobel għax-Xjenza Ekonomika.

L-iskejjel minn iktar minn 20 pajjiż inkludew l-għodod tal-ħsieb ta' de Bono fil-kurrikulu tagħhom, u huwa ta konsulenza u lekċers fil-livell ta' bordijiet f'bosta mill-korporazzjonijiet ewlenin fid-dinja.

Konvint li t-triq 'il quddiem għall-umanità hija lingwaġġ aħjarC, huwa ppubblika The Edward de Bono Code Book fis-sena 2000. F'dan il-ktieb huwa ppropona għadd ta' kelmiet ġodda bbażati fuq numri, fejn kull kombinament ta' numri jirrappreżenta idea jew sitwazzjoni utli li attwalment ma għandhiex rappreżentazzjoni b'kelma waħda. Pereżempju, il-kodiċi 6/2 ta' de Bono jfisser "Agħtini l-puntdivista tiegħi u jien nagħtik il-puntdivista tiegħek". Tali kodiċi jista' jintuża f'sitwazzjonijiet fejn wieħed mill-interlokuturi jew it-tnejn li huma f'tilwima mhux qed jagħmel/jagħmlu biżżejjed sforz biex jifhem/jifhmu l-perspettiva tal-ieħor/ta' xulxin.[8]

L-asterojde 2541 Edebono skoperta minn Luboš Kohoutek issemmiet għalih.

Ħajja personali

immodifika

Fl-1971 de Bono żżewweġ lil Josephine Hall-White u flimkien kellhom żewġ subien, Caspar u Charlie. Iktar 'il quddiem iddivorzjaw.[9]

Ideat oħra

immodifika
 
Edward de Bono fl-2009.

De Bono ivvinta l-logħba L, li introduċa fil-ktieb tiegħu The Five-Day Course in Thinking.

Fis-sena 2000, de Bono ta konsulenza lil kumitat tal-Uffiċċju Barrani tar-Renju Unit li parzjalment il-kunflitt bejn l-pajjiżi Għarab u Iżrael jaf huwa dovut għal livelli baxxi ta' żingu fin-nies li jieklu ħobż mingħajr ħmira (eż. ħobż ċatt bħal pita). De Bono sostna li l-livelli baxxi ta' żingu jwasslu għal żieda fil-livell ta' aggressjoni. Huwa ssuġġerixxa li jiġu ttrasportati vażetti ta' Marmite biex jikkumpensaw għal-livelli baxxi ta' żingu.[10][11]

Edward de Bono sostna li l-kumpaniji setgħu jiġbru l-flus bħalma jagħmlu l-gvernijiet jagħmlu issa – billi jistampawhom. Huwa ressaq l-idea ta' valuta privata bħala jedd fuq prodotti jew servizzi pprovduti mill-emittent tal-valuta. B'hekk l-IBM kieku toħroġ "dollari tal-IBM" – teorikament li jissarfu għal tagħmir tal-IBM, iżda prattikament li jissarfu wkoll għal vawċers oħra jew flus kontanti. Sabiex skema bħal din taħdem, l-IBM kien ikollha titgħallem iġġestixxi l-provvista tal-flus sabiex tiżgura li — b'wisq vawċers jissarfu għal ftit wisq prodotti — l-inflazzjoni ma teqridx il-valur tal-kreazzjonijiet tal-kumpanija. Iżda l-kumpaniji jridu jkunu kapaċi jġestixxu dik il-kwistjoni mill-inqas bil-ħeffa tal-gvernijiet, b'mod partikolari għaliex huma ma għandhomx votanti lil min iwieġbu.[12]

It-tliet kitbiet ta' kritika ppubblikati tax-xogħol ta' de Bono jenfasizzaw in-nuqqas ta' evidenza li tappoġġa l-proposti tiegħu.

F'Handbook of Creativity, Robert J. Sternberg jikteb:

Fil-fehma tagħna, jagħmel ħsara lill-istudju xjentifiku tal-kreattività b'mod indaqs, il-mod kif fil-qasam, fil-ħsieb popolari, qishom ħadu r-riedni f'idejhom dawk li jsegwu l-hekk imsejjaħ approċċ pragmatiku. Dawk li jsegwu dan l-approċċ f'moħħhom primarjament kellhom l-iżvilupp tal-kreattività, u t-tieni li jifhmuha, iżda kważi qatt ma ħadu ħsieb jittestjaw il-validità tal-ideat tagħhom dwarha. [...] X'aktarx li l-iżjed wieħed favur dan l-approċċ huwa Edward De Bono, li x-xogħol tiegħu dwar il-ħsieb laterali u aspetti oħra tal-kreattività kellu milli jidher suċċess kummerċjali konsiderevoli.[13] (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Frameworks For Thinking hija evalwazzjoni ta' 42 qafas tal-ħsieb popolari mwettqa minn tim ta' riċerkaturi. Rigward Edward de Bono huma jiktbu:

[huwa] iktar interessat fl-utilità tal-iżvilupp tal-ideat iktar milli l-wiri bil-provi tal-affidabbiltà jew tal-effikaċja tal-approċċ tiegħu. Ma tantx hemm evidenza tar-riċerka li turi li t-titjib ġeneralizzat fil-prestazzjoni tal-ħsieb jista' jiġi attribwit lil taħriġ fl-użu tas-CoRT (Cognitive Research Trust) jew tal-għodod tat-Thinking Hats. Evalwazzjoni bikrija tas-CoRT irrapportat dwar benefiċċji sinifikanti għall-istudenti bi Bżonnijiet Edukattivi Speċjali... Madankollu, fi studju iktar reċenti ma' tfal aboriġini Awstraljani (Ritchie u Edwards, 1996), ma tantx instabet evidenza ta' ġeneralizzazzjoni għajr fil-qasam tal-ħsieb kreattiv.[14] (traduzzjoni mhux uffiċjali)

F'taqsira tax-xogħol tal-1985 ta' de Bono f'Conflicts: A Better Way to Resolve Them, M. Afzalur Rahim, professur distint tal-immaniġġjar fl-Università tal-Punent ta' Kentucky b'enfasi partikolari fuq l-immaniġġjar tal-kunflitti fl-organizzazzjonijiet, jispjega li, fir-rigward tal-qasam ta' riċerka ta' Rahim stess, "l-approċċ ta' de Bono favur l-eliminazzjoni totali tal-kunflitt mhijiex differenti mill-approċċi tal-klassiċisti. Dan l-approċċ rigward l-indirizzar tal-kunflitt jistona għalkollox mal-ħsieb modern u għaldaqstant huwa insodisfaċenti".[15] (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Xogħlijiet ippubblikati

immodifika

Lista parzjali ta' kotba ta' de Bono tinkludi:

  • The Use of Lateral Thinking (1967) ISBN 978-0-14-013788-0, fejn ġie introdott it-terminu "ħsieb laterali"
  • New Think (1967, 1968) ISBN 978-0-380-01426-2
  • The Five-Day Course in Thinking (1968), fejn ġiet introdotta l-logħba L
  • The Mechanism of Mind (1969), Intl Center for Creative Thinking 1992, stampat mill-ġdid: ISBN 978-0-14-013787-3
  • Lateral Thinking: Creativity Step by Step, (1970), Harper & Row 1973 paperback: ISBN 978-0-06-090325-1
  • The Dog-Exercising Machine (1970)
  • Technology Today (1971)
  • Practical Thinking (1971)
  • Lateral Thinking for Management (1971)
  • Po: A Device for Successful Thinking (1972), ISBN 978-0-671-21338-1,fejn ġiet introdott it-terminu "Po"
  • Children Solve Problems (1972) ISBN 978-0-14-080323-5, ISBN 978-0-06-011024-6 (1974, stampat mill-ġdid)
  • Po: Beyond Yes and No (1973), ISBN 978-0-14-021715-5
  • Eureka!: An Illustrated History of Inventions from the Wheel to the Computer (1974)
  • Teaching Thinking (1976)
  • The Greatest Thinkers: The Thirty Minds That Shaped Our Civilization (1976), ISBN 978-0-399-11762-6
  • Wordpower: An Illustrated Dictionary of Vital Words (1977)
  • The Happiness Purpose (1977)
  • Opportunities: A handbook for business opportunity search (1978)
  • Future Positive (1979)
  • Atlas of Management Thinking (1981)
  • De Bono's Thinking Course (1982)
  • Learn-To-Think: Coursebook and Instructors Manual ma' Michael Hewitt-Gleeson de Saint-Arnaud (1982), ISBN 978-0-88496-199-4
  • Tactics: The Art and Science of Success (1985)
  • Conflicts: A Better Way to Resolve them (1985)
  • Masterthinker's Handbook (1985)
  • Six Thinking Hats (1985) ISBN 978-0-316-17831-0
  • I Am Right, You Are Wrong: From This to the New Renaissance: From Rock Logic to Water Logic (1968) ISBN 978-0-670-84231-5
  • Six Action Shoes (1991)
  • Handbook for the Positive Revolution (1991) ISBN 978-0-14-012679-2
  • Serious Creativity: Using the Power of Lateral Thinking to Create New Ideas (1992) ISBN 978-0-00-255143-4 – a summation of many of De Bono's ideas on creativity
  • Sur/Petition (1992) ISBN 978-0-88730-543-6
  • Water Logic: The Alternative to I am Right You are Wrong (1993) ISBN 978-1-56312-037-4
  • Parallel thinking: from Socratic thinking to de Bono thinking (1994) ISBN 978-0-670-85126-3
  • Teach Yourself How to Think (1995)
  • Textbook of Wisdom (1996) ISBN 978-0-670-87011-0
  • How to Be More Interesting (1998)
  • Simplicity (1999)
  • New Thinking for the New Millennium (1999)
  • Why I Want To Be King of Australia (1999)
  • The De Bono Code Book (2000) ISBN 978-0-14-028777-6
  • How to Have A Beautiful Mind (2004)
  • Six Value Medals (2005) ISBN 978-0-09-189459-7
  • H+ (Plus): A New Religion (2006) ISBN 978-0-09-191047-1
  • How to Have Creative Ideas (2007) ISBN 978-0-09-191048-8
  • Free or Unfree? : Are Americans Really Free? (2007) ISBN 978-1-59777-544-1
  • Intelligence, Information, Thinking (2007) ISBN 978-1-84-218133-1
  • Six Frames For Thinking About Information (2008) ISBN 978-1-40-702316-8
  • The Love of Two Cockroaches (2009) ISBN 978-9-99-326159-9
  • Think! Before It's Too Late (2009) ISBN 978-0-09-192409-6
  • Lateral Thinking – An Introduction (2014) ISBN 978-0-09-195502-1
  • Bonting – Thinking to Create Value (2016) ISBN 978-9-99-575019-0

De Bono kiteb ukoll bosta artikli ppubblikati f'ġurnali b'rieżami tal-pari jew f'ġurnali oħra, inkluż The Lancet u Clinical Science.

Iktar qari

immodifika
  • Piers Dudgeon: Breaking Out of the Box: The Biography of Edward de Bono. Londra: Headline, 2001. ISBN 978-0-7472-7142-0.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Edward de Bono obituary". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-06-10. Miġbur 2022-09-02.
  2. ^ "When anyone can be a money issuer". Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-05-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "News Archive - News, sport and travel archive - Telegraph". web.archive.org. 2011-05-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-06-11. Miġbur 2022-09-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Rhodes Scholar Database - Rhodes Trust". Rhodes House - Home of The Rhodes Scholarships (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-02.
  5. ^ "Honorary Degrees". University of Dundee (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-02.
  6. ^ "BBC Programme Index". genome.ch.bbc.co.uk. Miġbur 2022-09-02.
  7. ^ "Thinking hats on, please: In the first of three essays this week on". The Independent (bl-Ingliż). 1994-05-01. Miġbur 2022-09-02.
  8. ^ de Bono, Edward (2000). The de Bono Code Book. p. 52.
  9. ^ "Edward de Bono obituary". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-06-10. Miġbur 2022-09-02.
  10. ^ Lloyd, John; Mitchinson, John (2006). The Book of General Ignorance. Faber & Faber.
  11. ^ "De Bono's Marmite plan for peace in Middle Yeast". The Independent (bl-Ingliż). 1999-12-19. Miġbur 2022-09-02.
  12. ^ "WIRED 2.05: DIY Cash". yoz.com. Miġbur 2022-09-02.
  13. ^ Sternberg, R.J.; Lubart, T.L. (28 October 1998). "Handbook of Creativity". Cambridge University Press. pp. xi–xii. ISBN 9780521572859.
  14. ^ Moseley, D; Baumfield, V.; Elliott, J.; Higgins, S.; Miller, J.; Newton, D. (2006). "De Bono's lateral and parallel thinking tools". Frameworks for Thinking A Handbook for Teaching and Learning. Cambridge University Press. ISBN 978-0-511-48991-4.
  15. ^ Rahim, M. Afzalur (2011). Managing conflict in organizations (4th ed.). New Brunswick NJ: Transaction. p. 12. ISBN 978-1-4128-4425-3.