Djerba

gżira tat-Tuneżija

Djerba (/ˈdʒɜːrbə, ˈdʒɛərbə/; bl-Għarbi: جربة, b'ittri Rumani: Jirba, IPA: [ˈʒɪrbæ]; bit-Taljan: Meninge, Girba), ittrażlitterata wkoll bħala Jerba[1] jew Jarbah,[2] hija gżira Tuneżina u l-ikbar gżira tat-Tramuntana tal-Afrika b'erja ta' 514-il kilometru kwadru (198 mil kwadru), fil-Golf ta' Gabès, lil hinn mill-kosta tat-Tuneżija. Skont iċ-ċensiment tal-2004 kellha popolazzjoni ta' 139,544 ruħ, li telgħet għal 163,726 ruħ fiċ-ċensimenti tal-2014. Bis-saħħa tal-istorja twila u unika tagħha, it-Tuneżija daret lejn l-UNESCO biex tiżgura l-protezzjoni tal-gżira, u fl-2023 Djerba tniżżlet uffiċjalment fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji.[3]

Djerba
 Tuneżija
Amministrazzjoni
PajjiżTuneżija
Governorate of TunisiaGovernorat ta' Medenine
Ismijiet oriġinali جربة
Ġeografija
Koordinati 33°47′01″N 10°53′00″E / 33.7837°N 10.8833°E / 33.7837; 10.8833Koordinati: 33°47′01″N 10°53′00″E / 33.7837°N 10.8833°E / 33.7837; 10.8833
Djerba is located in Tunisia
Djerba
Djerba
Djerba (Tunisia)
Superfiċjenti 514 kilometru kwadru
Demografija
Popolazzjoni 175,820 abitanti (21 Settembru 2018)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1

Storja immodifika

Skont leġġenda Djerba kienet il-gżira tal-wikkiela tal-lotus fejn safa nawfragu Odissew fil-vjaġġ tiegħu fil-Baħar Mediterran.[4]

Il-gżira kienet tissejjaħ Meninx (bil-Grieg Antik: Μῆνιγξ)[5][6][7] sas-seklu 3 W.K. Strabo jikteb li kien hemm artal iddedikat lil Odissew.[8]

Il-gżira kienet ikkontrollata mir-Renju Normann ta' Sqallija darbtejn, fl-1135-1158 u fl-1284-1333. Matul it-tieni perjodu ġiet organizzata bi tmexxija fewdali, b'dawn li ġejjin bħala l-Mexxejja ta' Djerba:

  • 1284-1305: Ruġġieru I;
  • 1305-1307, u 1307-1310: Ruġġieru II (darbtejn);
  • 1310: Karlu;
  • 1310: Franġisk-Ruġġieru III.

Fis-seklu 14 inbena l-Kastell ta' Borj El Kebir fuq il-fdalijiet Rumani. Il-gvern Tuneżin ħa s-sjieda tal-kastell f'idejh fl-1903, u iktar 'il quddiem ikkonvertieh f'mużew.

Bis-saħħa ta' stħarriġ arkeoloġiku ta' Djerba fil-post, li twettaq bejn l-1995 u s-sena 2000 taħt il-awspiċji tal-Università ta' Pennsylvania, l-Akkademja Amerikana f'Ruma u l-Istitut Nazzjonali tal-Wirt Tuneżin, ġew żvelati iktar minn 400 sit arkeoloġiku, inkluż bosta vilel Puniċi u Rumani kif ukoll anfiteatru.[9]

Storja Lhudija immodifika

Skont l-istorja tagħhom bil-fomm, il-minoranza Lhudija ilha tgħix kontinwament fil-gżira għal iktar minn 2,500 sena. L-ewwel evidenza fiżika li jafu biha l-istoriċi tmur lura għas-seklu 11 u nstabet f'Cairo Geniza.[10][11]

Din il-komunità hija unika fid-dijaspora Lhudija minħabba l-perċentwal għoli mhux tas-soltu ta' Kohanim (il-kasta Lhudija ta' patrijiet li jitkellmu bl-Ebrajk), x'aktarx id-dixxendenti diretti ta' Aron, il-patri suprem ta' żmien Mosè. Skont it-tradizzjoni lokali, meta Nebuchadnezzar II waqqa' t-tempju ta' Salamun u qered il-Ġudea u l-belt ta' Ġerusalemm fil-586 Q.K., il-Kohanim li insedjaw Djerba kienu fost ir-refuġjati li rnexxielhom jevitaw is-skjavitù.[12]

Punt ewlieni f'din l-istorja bil-fomm ġie appoġġat b'testijiet ġenetiċi fir-rigward tal-applotip modali ta' Cohen li wrew li l-maġġoranza l-kbira tal-Lhud maskili f'Djerba li jsostnu li għandhom status ta' familja ta' Cohen kellhom antenat maskili antik komuni li jaqbel storikament ma' dak tal-Lhud maskili Ewropej u tal-Lvant Nofsani kważi kollha b'nisel tal-familja li jiġi mill-kasta Lhudija tal-patrijiet. B'hekk, il-gżira hija magħrufa minn bosta Lhud bħala l-gżira tal-Kohanim. Skont leġġenda, matul il-qerda tat-tempju, il-Kohanim, li kienu qaddejja tat-tempju fil-mument tal-qerda, ħarbu minn Ġerusalemm u sabu lilhom infushom fil-gżira ta' Djerba. Skont il-leġġenda l-Kohanim ġarrew magħhom il-bieb u xi ġebel mit-Tempju f'Ġerusalemm li mbagħad inkorporawhom fis-"sinagoga tal-għaġeb", magħrufa wkoll bħala Ghriba, li għadha teżisti f'Djerba.

Il-komunità Lhudija hija differenti minn komunitajiet oħra f'Djerba fl-ilbies, l-ismijiet personali u l-aċċenti. Ir-Rabbinat Lhudi ta' Djerba stabbilixxa eruv, li jistabbilixxi ż-żona komunali fil-belt li fiha l-Lhud jistgħu jittrasportaw l-oġġetti liberament bejn djarhom u l-pontijiet tal-komunità fix-Shabbat. Xi tradizzjonijiet huma distintivi tal-komunità Lhudija ta' Djerba, pereżempju t-talba tal-kiddush li tingħad lejlet l-Għid il-Kbir u xi ftit siltiet profetiċi li jinqraw f'ċerti Shabbat tas-sena.[13]

Waħda mis-sinagogi tal-komunità, is-sinagoga ta' El Ghriba, ilha tintuża b'mod kontinwu għal iktar minn 2,000 sena. Il-Lhud inqasmu f'żewġ komunitajiet prinċipali: il-Hara Kabira ("il-kwartier il-kbir"; bl-Għarbi: الحاره الكبيرة) u l-Hara Saghira ("il-kwartier iż-żgħir"; bl-Għarbi: الحاره الصّغيرة). Il-komunità tal-Hara Saghira identifikat lilha nnifisha ma' Iżrael, filwaqt li l-komunità tal-Hara Kabira identifikat lilha nnifisha ma' Spanja u l-Marokk.[14]

L-influss ta' Lhud li kien imiss lejn il-gżira ta' Djerba seħħ matul l-Inkwiżizzjoni Spanjola, meta l-popolazzjoni Lhudija Iberika tkeċċiet. Il-popolazzjoni Lhudija laħqet il-quċċata tagħha fiż-żmien meta t-Tuneżija kienet qed tiġġieled għall-indipendenza minn Franza fl-1881-1956. Fl-1940 kien hemm madwar 100,000 Lhudi-Tuneżin jew 15 % tal-popolazzjoni kollha tat-Tuneżija.[15]

 
Festival ta' Lag BaOmer f'Djerba.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-popolazzjoni Lhudija fil-gżira naqset b'mod sinifikanti minħabba l-emigrazzjoni lejn Iżrael u Franza. Fl-2011, il-komunità Lhudija residenti b'mod permanenti fil-gżira kienet tammonta għal madwar 1,000 ruħ, iżda bosta jerġgħu lura kull sena f'pellegrinaġġ.[16] Madankollu, ladarba ġie stabbilit l-Istat ta' Iżrael, u l-irvelli politiċi fil-Lvant Nofsani u fit-Tramuntana tal-Afrika bdew ifeġġu, bosta Lhud tkeċċew mit-Tuneżija. Għalkemm il-komunità Lhudija tat-Tuneżija kienet qed tonqos, il-komunità Lhudija tal-Hara Kebira kellha żieda fil-popolazzjoni minħabba n-natura tradizzjonali tagħha. Il-komunità ta' Djerba hija waħda mill-aħħar komunitajiet Lhud intatta għalkollox li għad fadal f'pajjiż b'maġġoranza Għarbija, wara li l-biċċa l-kbira telqu lejn Iżrael fid-dawl tal-pressjoni dejjem tiżdied mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni pro-Zionisti. Il-komunità Lhudija li l-iktar tosserva t-tradizzjonijiet qed tikber bis-saħħa tal-emigrazzjoni kbira ta' familji naturali u minħabba skola Lhudija Ortodossa ġdida għall-bniet li ġiet inawgurata dan l-aħħar fil-gżira, apparti ż-żewġ skejjel yeshiva tas-subien. Skont The Wall Street Journal, "Ir-relazzjonijiet bejn il-Lhud u l-Musulmani huma kumplessi — xierqa u ta' rispett, għalkemm mhux wisq qrib xulxin. L-irġiel Lhud jaħdmu mal-merkanti Għarab fis-suq, pereżempju, u għandhom rabtiet ta' ħbiberija ma' klijenti Musulmani".[17]

Il-kunflitti storiċi bejn il-Musulmani u l-Lhud fil-biċċa l-kbira ma kinux preżenti f'Djerba. Dan x'aktarx li huwa l-każ peress li f'xi punt fl-imgħoddi l-popolazzjoni kważi kollha tal-gżira kienet Lhudija, u għalhekk il-prattiki tal-popolazzjoni kważi kollha tikkondividi prattiki simili tal-ħajja ta' kuljum. Uħud minn dawn il-prattiki Lhud preżenti fl-unitajiet domestiċi Musulmani huma li jinxtegħlu x-xemgħat il-Ġimgħa filgħaxija, u t-tqegħid ta' matzot mas-saqaf minn rebbiegħa għall-oħra. Il-komunitajiet Lhud u Musulmani għexu flimkien b'mod paċifiku f'Djerba minkejja l-irvelli politiċi rigward il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina. Il-poplu ta' Djerba jsostni li ż-żewġ komunitajiet sempliċement jitolbu f'postijiet differenti, iżda xorta waħda kapaċi jgħixu flimkien. Mexxej Lhudi darba qal: "Aħna ngħixu flimkien, inżuru lill-ħbieb tagħna fil-btajjel reliġjużi. Naħdmu flimkien. Il-Musulmani jixtru l-laħam mill-biċċiera tagħna. Meta ma nistgħux naħdmu jew insajru fix-Shabbat, nixtru l-ħobż u l-ikel kosher mingħand il-Musulmani. It-tfal tagħna jilagħbu flimkien".[18]

Fil-11 ta' April 2002, Al-Qaeda sostniet li kienet responsabbli għal attakk bi trakk bomba qrib is-sinagoga famuża, li qatel 21 persuna (14-il turista Ġermaniż, 5 Tuneżini u 2 Franċiżi).[19]

Mir-"Rebbiegħa Għarbija", il-gvern Tuneżin estenda l-protezzjoni tiegħu u ħeġġeġ lil-Lhud jgħixu fil-gżira ta' Djerba. Parti mir-raġuni li Djerba tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kienet l-istorja Lhudija twila u unika fil-gżira.[20] Attwalment hemm 14-il sinagoga, 2 yeshivot u 3 ristoranti kosher.

Skola Lhudija fil-gżira ġiet mogħtija n-nar matul il-protesti nazzjonali li saru fl-2018, filwaqt li l-forzi tas-sigurtà f'Djerba tnaqqsu, peress li kienu impenjati bi sforzi ta' protezzjoni f'inħawi oħra tal-pajjiż. Dan l-attakk seħħ qalb bosta rvelli oħra li kienu qed iseħħu fit-Tuneżija dak iż-żmien.[21]

 
Il-Knisja Kattolika ta' San Ġużepp f'Houmt El Souk.

Storja ekkleżjastika immodifika

Il-belt ta' Girba fil-provinċja Rumana ta' Tripolitania (l-iktar fil-Libja moderna), li rriżultat f'isem il-gżira, kienet importanti biżżejjed biex ittella' isqof b'suffraġju mill-arċiveskovat tal-kapitali. Isqfijiet magħrufa tal-qedem jinkludu:

  • Proculus (l-Isqof ta' Maximus; 393);
  • Quodvultdeus (Isqof Kattoliku; 401-411) li attenda l-Kunsill ta' Kartaġni (411);
  • Euasius (Isqof Donatist; 411) li kien rivali fil-Kunsill ta' Kartaġni;
  • Urbanus (Isqof Kattoliku; 445-454);
  • Faustinus (Isqof Kattoliku; 484) li ġie eżiljat mir-Re Uneriku tar-Renju tal-Vandali;
  • Vincentius (Isqof Kattoliku; 523-525).

Il-Catholic Encyclopedia tal-1909 telenka żewġ isqfijiet biss: "Huma magħrufa mill-inqas żewġ isqfijiet ta' Girba, Monnulus u Vincent, li attendew fil-Kunsill ta' Kartaġni fil-255 u fil-525".[22]

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

Djerba: Xhieda ta' Xejra ta' Insedjament fi Gżira huwa t-titlu uffiċjali tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ddeżinjat fl-2023.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[3]

Klima immodifika

Djerba għandha klima sħuna tad-deżert (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: BWh) li kważi xxaqleb għal klima semiarida sħuna (BSh).

Data klimatika għal Djerba (1981-2010, temperaturi estremi 1898–preżent)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 31.8

(89.2)

35.2

(95.4)

35.0

(95.0)

38.6

(101.5)

43.7

(110.7)

46.0

(114.8)

46.1

(115.0)

46.3

(115.3)

42.8

(109.0)

42.3

(108.1)

34.4

(93.9)

28.6

(83.5)

46.3

(115.3)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 16.5

(61.7)

17.8

(64.0)

20.3

(68.5)

23.1

(73.6)

26.6

(79.9)

30.0

(86.0)

32.9

(91.2)

33.5

(92.3)

30.9

(87.6)

27.6

(81.7)

22.4

(72.3)

17.8

(64.0)

25.0

(76.9)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 12.9

(55.2)

13.7

(56.7)

15.8

(60.4)

18.3

(64.9)

21.8

(71.2)

25.2

(77.4)

27.8

(82.0)

28.7

(83.7)

26.7

(80.1)

23.4

(74.1)

18.6

(65.5)

14.5

(58.1)

20.6

(69.1)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 9.2

(48.6)

9.6

(49.3)

11.6

(52.9)

14.2

(57.6)

17.5

(63.5)

20.8

(69.4)

23.1

(73.6)

24.3

(75.7)

22.8

(73.0)

19.5

(67.1)

14.7

(58.5)

11.0

(51.8)

16.5

(61.7)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) 0.0

(32.0)

1.0

(33.8)

4.0

(39.2)

5.0

(41.0)

6.0

(42.8)

12.0

(53.6)

15.0

(59.0)

14.0

(57.2)

14.0

(57.2)

10.0

(50.0)

3.0

(37.4)

1.0

(33.8)

0.0

(32.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 27.4

(1.08)

14.3

(0.56)

15.9

(0.63)

11.8

(0.46)

5.1

(0.20)

1.4

(0.06)

0.3

(0.01)

1.3

(0.05)

20.3

(0.80)

36.2

(1.43)

27.2

(1.07)

41.3

(1.63)

202.5

(7.98)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 3.4 3.1 2.7 1.8 1.1 0.5 0.0 0.1 2.1 3.5 2.8 3.5 24.6
Umdità relattiva medja (%) 69 67 66 66 65 66 63 65 69 68 67 70 67
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 207.7 207.2 244.9 264.0 313.1 321.0 375.1 350.3 276.0 248.0 213.0 204.6 3,224.9
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 6.7 7.4 7.9 8.8 10.1 10.7 12.1 11.3 9.2 8.0 7.1 6.6 8.8
Sors 1: Institut National de la Météorologie (jiem ta' preċipitazzjoni/umdità/xemx 1961-1990)[23][24][25]
Sors 2: NOAA (umdità u xemx 1961-1990)[23]
Data klimatika għal Djerba
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. medja tal-baħar f'°C (°F) 16.0

(61.0)

15.0

(59.0)

16.0

(61.0)

17.0

(63.0)

19.0

(66.0)

22.0

(72.0)

26.0

(79.0)

28.0

(82.0)

27.0

(81.0)

25.0

(77.0)

22.0

(72.0)

18.0

(64.0)

20.9

(69.8)

Medja ta' sigħat ta' xemx binhar 10.0 11.0 12.0 13.0 14.0 14.0 14.0 13.0 12.0 11.0 10.0 10.0 12.0
Indiċi Ultravjola Medju 3 4 6 8 9 10 11 10 8 6 4 3 6.8
Sors 1: Weather2Travel (temperatura tal-baħar)[26]
Sors 2: Weather Atlas[27]

Santwarju tal-għasafar tal-passa immodifika

Djerba Bin El Ouedian hija art mistagħdra u ħabitat tal-għasafar tal-passa. Tinsab f'33° 40 'N, 10° 55 'E. Fis-7 ta' Novembru 2007 l-art mistagħdra ġiet inkluża fil-lista tas-siti Ramsar fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Ramsar, minħabba l-importanza tagħha bħala refuġju għall-għasafar.[28]

Referenzi immodifika

  1. ^ Jerba. Volume 15. Miġbur 2023-12-03.
  2. ^ "Converter: Arabic, ar, `alyrbiah`, العربية". www.uconv.com.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Djerba: Testimony to a settlement pattern in an island territory". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  4. ^ Polybius; Strabo 1.2.17.
  5. ^ "ToposText". topostext.org. Miġbur 2023-12-03.
  6. ^ "Polybius, Histories, book 1, chapter 39, section 2". www.perseus.tufts.edu. Miġbur 2023-12-03.
  7. ^ "Strabo, Geography, book 2, chapter 5, section 20". www.perseus.tufts.edu. Miġbur 2023-12-03.
  8. ^ "Strabo, Geography, book 17, chapter 3, section 17". www.perseus.tufts.edu. Miġbur 2023-12-03.
  9. ^ E. Fentress, A. Drine and R. Holod, eds. An Island in Time: Jerba Studies vol 1. The Punic and Roman Periods. Journal of Roman Archaeology Supplementary series 71,2009.
  10. ^ Teich, Shmuel (1982). The Rishonim. Brooklyn, New York: Mesorah Publications. ISBN 978-0-89906-452-9.
  11. ^ Department Of State. The Office of Electronic Information, Bureau of Public Affairs (2007-09-14). "Tunisia". 2001-2009.state.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  12. ^ "WATCH: Candle lighting in Djerba - a Jewish community to admire". The Jerusalem Post | JPost.com (bl-Ingliż). 2017-12-16. Miġbur 2023-12-03.
  13. ^ Udovitch, Abraham L.; Valensi, Lucette (1984). The Last Arab Jews: The Communities of Jerba, Tunisia. London, England: Harwood Academic Publishers. pp. 8–11, 24–25. ISBN 978-3-7186-0135-6.
  14. ^ Spector, Shmuel; Wigoder, Geoffrey (2001). The Encyclopedia of Jewish Life Before and During the Holocaust: A-J. New York: NYU Press. p. 312. ISBN 978-0-8147-9376-3.
  15. ^ Widman, Miriam (1994). "Behind The Headlines: Amid Sea of Muslim Neighbors, Tunisia Jews Observe Traditions". Jewish Telegraphic Agency.
  16. ^ "Sociologist Claude Sitbon, Do the Jews of Tunisia Have Reason to Be Afraid?" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  17. ^ Lagnado, Lucette (2015-02-13). "Tunisian Jewish Enclave Weathers Revolt, Terror; Can It Survive Girls' Education?" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  18. ^ Hanley, Delinda C. (December 2003). "Tunisian Jews Enjoy Religious Tolerance and Peace In Djerba". The Washington Report on Middle Eastern Affairs. Vol. 22, no. 10. pp. 46-49.
  19. ^ "Tunisian bomb attack trial opens" (bl-Ingliż). 2009-01-05. Miġbur 2023-12-03.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Regional Workshop on the World Heritage Nomination Process". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  21. ^ Amara, Tarek; Laessing, Ulf (2018-01-10). "Protests hit Tunisia for third night as PM warns of clampdown" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  22. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Girba". www.newadvent.org. Miġbur 2023-12-03.
  23. ^ a b "Statistika tat-temp". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ "Statistika ta' deċennju". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  25. ^ "Temp estrem f'Djerba". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  26. ^ Weather2Travel.com. "Djerba weather by month: monthly climate averages | Tunisia". Weather2Travel.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  27. ^ Atlas, Weather. "Yearly & Monthly weather - Djerba, Tunisia". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-03.
  28. ^ "Tunisia | The Convention on Wetlands, The Convention on Wetlands". www.ramsar.org. Miġbur 2023-12-03.