Dante Bonfim Costa Santos

Dante Bonfim Costa Santos (twieled fit-18 ta' Ottubru 1983), komunement magħruf bħala Dante, huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala difensur ma' Nice.

Dante
Informazzjoni personali
Isem sħiħDante Bonfim Costa Santos
Twelid18 ta' Frar 1983 (1983-02-18) (41 sena)
SalvadorBrażil
Tul1.89 m
RwolDifensur ċentrali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliNice
Numru4
Mixtliet
1998Catuense Futebol SA
1999Galícia Esporte Clube
2000Capivariano FC
2001Esporte Clube Juventude
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2004Juventude
2004–2006Lille
2006–2007Charleroi
2007–2009Standard Liège
2009–2012Borussia Mönchengladbach
2012–2015Bayern Munich
2015–2016VfL Wolfsburg
2016–Nice
Tim nazzjonali
2013–2014Brażil

Karriera immodifika

Bayern Munich immodifika

Fis-26 ta' April 2012, huwa kien miftiehem li jissieħeb ma Bayern Munich għall-bidu tal-istaġun 2012–13 għas-somma stmata ta' 4.7 miljun ewro.[1] Dante għamel impatt immedjat ma' Bayern fejn beda kull logħba minbarra waħda tal-istaġun 2012–13. Huwa skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu għat-tim fir-rebħa komda ta' 5-0 kontra Hannover 96 fl-24 ta' Novembru 2012.[2]

Internazzjonali immodifika

Dante irċieva l-ewwel sejħa tiegħu għat-tim nazzjonali Brażiljan fil-21 ta' Jannar 2013 mill-kowċ Luiz Felipe Scolari bħala parti mill-iskwadra għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra, fis-6 ta' Frar ġewwa Wembley Stadium.[3] Huwa kien mal-ewwel ħdax fil-logħba, fejn l-Ingilterra rebħu 2-1 wara l-gowls ta' Wayne Rooney u Frank Lampard.[4]

Statistika immodifika

Gowls internazzjonali immodifika

# Data Post Avversarju Punteġġ Gowl Kompetizzjoni
1 22 ta' Ġunju 2013 Salvador, Brażil   Italja 1–0 4–2 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
2 16 ta' Novembru 2013 Miami, Stati Uniti   Ħonduras 2–0 4–0 Logħba ta' ħbiberija

Unuri immodifika

Standard Liège
Bayern Munich

Referenzi immodifika

  1. ^ "Dante-Wechsel von Gladbach zu Bayern perfekt". welt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2012-09-30.
  2. ^ "Spielfreudiger FCB demontiert müde 96er". kicker.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2013-01-29.
  3. ^ "Felipão chama Ronaldinho e Júlio César para reestreia pela Seleção". globoesporte.globo.com (bil-Portugiż). 2013-01-22. Miġbur 2013-01-22.
  4. ^ "England 2-1 Brazil" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-02-06. Miġbur 2013-02-07.

Ħoloq esterni immodifika