Waqgħa tal-Avro Vulcan f'Ħaż-Żabbar fl-1975

inċident tal-ajru f'Malta

Il-waqgħa tal-Avro Vulcan f'Ħaż-Żabbar fl-1975 kienet inċident tal-avjazzjoni militari li seħħ f'Malta fl-14 ta' Ottubru 1975 meta ajruplan bomber Avro Vulcan B.2 iġġarraf wara li ma rnexxilux jinżel fl-ajruport tal-RAF f'Ħal Luqa. L-ajruplan iġġarraf f’żona residenzjali f'Ħaż-Żabbar, u nqatlu ħames membri tal-ekwipaġġ u persuna ċivili (Vinċenza Zammit) li kienet fl-art. Iż-żewġ bdoti rnexxielhom joħorġu u salvaw mill-inċident. It-tiġrif ikkawża ħsarat estensivi f’ħafna bini f’Ħaż-Żabbar.

Avro Vulcan B.2 bomber simili għal dak li waqgħa fuq Ħaż-Żabbar

Investigazzjoni tal-inċident iddikjarat li l-kawża ewlenija tal-inċident kien żball tal-pilota.

XM645 kien ajruplan bomber Avro Vulcan B.2 varat f'Marzu tal-1964.[1]

Fl-14 ta’ Ottubru 1975, l-ajruplan kien qed itir minn RAF Waddington fl-Ingilterra lejn l-ajruport tal-RAF f'Ħal-Luqa, Malta. [2] Il-bdot kien Flight Lieutenant G.R. Alcock, u l-ko-pilota kien Flying Officer E.G. Alexander, u ħames membri oħra tal-ekwipaġġ kienu wkoll abbord.[2] Alcock ħalla lil Alexander iwettaq l-avviċinament finali, iżda dan tal-aħħar ma kienx infurmat sew bil-problemi li nqalgħu meta niżel fuq runway qasira u mżerżqa bħal dik f’Ħal Luqa.[2]

L-Inċident

immodifika
 
Triq is-Santwarju f’Ħaż- Żabbar, fejn niżlu l-fdalijiet

B’Alexander isuq l-ajruplan, kellhom inżul iebes f’Ħal Luqa u qabżu r-runway. Fil-proċess l-ajruplan ġratlu ħsara fl-undercarriage tiegħu.[3] Skont xhud li ra dan kollu jseħħ, l-ajruplan mbagħad reġa’ tela' fl-ajru sa ma mess l-art madwar 600 feet (180 m) minn fejn niżel l-ewwel darba.[2] Kien hawn li l-kaptan Alcock ħa lura l-kontroll tal-ajruplan, u ddeċieda li jerġa’ jitla’ u jipprova nżul ieħor.[2]

Il-ġwienaħ tal-lemin ħa n-nar hekk kif tank tal-fjuwil kien ittaqqab mill-impatt inizjali.[3] Qabel ma l-ajruplan irnexxielu jirritorna lejn l-ajruport, il-membri tal-ekwipaġġ indunaw li kien tard wisq biex inżlu sew, u l-bdot u l-kopilota laħqu sparaw 'l barra mill-ajrupan.[2] L-ajruplan sploda f’nofs l-ajru ftit sekondi wara, u qatel lill-ħames membri tal-ekwipaġġ li kien baqa’ abbord, li ma kienux laħqu ħarbu mill-bieb tal-ekwipaġġ.[2]

Bosta fdalijiet, inklużi t-tankijiet tal-fjuwil tal-ajruplan, niżlu fit-triq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar u splodew mal-impatt. Partijiet oħra tal-ajruplan waqgħu fuq l-iskola u żoni oħra tal-belt. Kien hemm ħsarat estensivi fil-proprjetà fl-inħawi tal-impatt, u aktar minn 100 dar u ħanut u xi karozzi irrappurtaw ħsarat. Inqatlet mara li kienet miexja fit-triq, Vinċenza Zammit, filwaqt li madwar 20 persuna oħra li kienu fil-viċin sfaw feruti, uħud serjament.[2][4][5]

Il-pumpiera damu sigħat biex jitfu n-nirien ikkawżati mill-waqgħa tal-ajruplan.[2]

 
Plakka f’Ħaż-Żabbar bi skrizzjoni li tfakkar dan l-inċident

Saret inkjesta wara l-waqgħa, u l-konklużżjoni kien li dan ken "inċident evitabbli li fih ajruplan seta' jissalva ittajjar lejn l-art u qatel il-membri kollha tal-ekwipaġġ li kienu fuq wara."[3] Ir-rapport ikkritika lill-kaptan Alcock talli ppermetta lill-kopilota Alexander iwettaq l-avviċinament finali mingħajr ma jinfurmah b'mod adegwat dwar il-problemi li kienet tista' toffri r-runway ta' Ħal Luqa, u sabu negliġenti fl-immaniġġjar tal-ajruplan.[3]

Waħda mid-djar li ġarrbet ħsara estenzivi nbniet mill-ġdid a spejjes tal-RAF, u wara ngħatat l-isem Vulcan.[2]

Peress li l-ajruplan iġġarraf f’żona residenzjali u kkawża ħsarat kbar, l-għad ta' vittmi seta' kien ferm akbar.[2] Xi wħud min-nies ta' Malta interpretaw dan bħala miraklu.[2] Ftit jiem wara l-ħabta, fil-25 ta’ Ottubru 1975 saret purċissjoni bl-istatura tal-Madonna tal-Grazzja b'ringrazzjamet lil Alla u lil Ommu talli salvaw il-lokalità minn dak li seta’ kien diżastru ferm agħar.[5]

Il-Mużew tas-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar fih wirja żgħira permanenti relatata mal-inċident.[5][6][7]

Ara ukoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Dancey, Peter G. (2017). The Avro Vulcan: A History. Fonthill Media.
  2. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i Chetcuti, Kristina (14 October 2010). "The Vulcan tragedy over Zabbar, 35 years on". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2 February 2020.
  3. ^ a b ċ d Testa, Michael (17 October 2005). "Vulcan crash at Zabbar was 'avoidable'". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-6 February 2020.
  4. ^ Portelli, Eman (14 October 2019). "44 SENA MIT-TRAĠEDJA TAL-AJRUPLAN VULCAN LI ĠĠARRAF FUQ ĦAŻ-ŻABBAR" . Miġbur 27 April 2022.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  5. ^ a b ċ Żabbar: A living history (bl-Ingliż). Żabbar Local Council. 2000. ISBN 1871767156.
  6. ^ Rix, Juliet (2013). Malta and Gozo. Bradt Travel Guides. p. 181. ISBN 9781841624525.
  7. ^ Cini, George (9 September 2003). "Museum reopened displaying spellbinding collection of artefacts". Miġbur 27 April 2022.