Mużew tas-Santwarju ta' Ħaż-Żabbar

mużew fis-Santwarju tal-Grazzja ta' Ħaż-Żabbar

Lua error in Module:WikidataIB at line 1498: assign to undeclared variable 'parttbl'.Il-Mużew tas-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar (bl-Ingliż: Żabbar Sanctuary Museum) huwa l-mużew Parrokkjali ta' Ħaż-Żabbar, Malta, li jikkonsisti f'artifatti li jvarjaw mill-preistorja sal-lum. Il-maġġoranza tal-affarijiet fil-mużew għandhom tema reliġjuża, filwaqt li oħrajn huma sekulari. Huwa mużew mibni apposta li waqt l-ippjanar tiegħu qajjem kontroversja dwar l-istruttura ta’ barra f’qalba storika, ħdejn il-knisja parrokkjali.

Mibni f'nofs is-seklu 20, il-mużew kien rinnovat fl-2003, u issa għandu tliet sulari għall-wirjiet. Huwa mmexxi minn kumitat u grupp ta’ voluntiera u taħt d-direzzjon tal-Arċipriet ta’ Ħaż-Żabbar. Il-mużew huwa miftuħ għal tliet sigħat kuljum, mid-disgħa ta’ filgħodu sa nofsinhar, bi ħlas għal kull persuna (żewġ ewro fl-2023). Il-miżati tad-dħul u d-donazzjonijiet imorru għall-manutenzjoni tal-mużew u l-preservazzjoni tal-kollezzjoni.

Il-mużew infetaħ minn Monsinjur Joseph Zarb.[1] Wara li Zarb inħatar Kappillan ta' Ħaż-Żabbar, fl-1943, malajr induna bl-opportunità li s-santwarju tal-Madonna tal-Grazzji kellu f'termini ta' artifatti awtentiċi u storiċi. Billi kien riċerkatur u studjuż, huwa elenka l-affarijiet kollha tas-santwarju – fosthom armi, ktajjen tal-iskjavi, mudelli ta’ vapuri, vestimenti tal-knisja, faċċati tal-artal u pitturi vottivi – li kellha l-Parroċċa. Iktar tard ippubblika l-affarijiet elenkati fi ktieb.[2]

Fil-passat, ftit mill-wirt tal-parroċċa kien sottovalutat, qabel il-ftuħ tal-mużew, u mhux magħruf fejn kienu xi affarijiet kellhom qabel.[3] F’ċertu żmien, il-parroċċa kellha madwar 300 ex-voto, iżda issa dawn niżlu għal madwar 85 li jdhru fil-mużew.[4] L-artifatti kienu fil-biċċa l-kbira offerti lill-patruna tar-raħal, il-Madonna tal-Grazzji, miġbura matul is-snin minn nies minn oqsma differenti.[5] Il-biċċa l-kbira tal-ex-voto ġew mogħtija minn membri tal-Ordni ta’ San Ġwann u baħrin fuq ix-xwien.[6]

Bil-bini u l-ftuħ tal-mużew, Zarb irnexxielu jżomm u jippreserva kollezzjoni kbira ta’ artifatti,[2] li jmorru lura lejn żminijiet preistoriiċi , żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, żmien l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta, il-perjodu Brittaniku sas-seklu 20. Malta. Xi oġġetti mis-seklu 21 huma inklużi wkoll fil-kollezzjoni.

F’nofs is-seklu 20, is-santwarju rċieva żjara uffiċjali mill-Isqof Mikiel Gonzi meta inkuruna lill-Madonna b'Ġesù Bambin, fi tpinġija fuq xogħol venerabbli tas-seklu 18 tal-Madonna tal-Grazzji.[7]

Ix-xogħolijiet li jidhru fil-mużew jikkonsistu f'donazzjonijiet li saru minn individwi. Ħafna mill-artifatti u l-pitturikienu jinsabu fis-santwarju qabel iddaħħlu fl-mużew. Uħud mill-artifatti tal-mużew inxtraw minn irkantijiet.

Wirjiet selettivi fil-mużew jinkludu: [8]

 
Il-pannelli Alcantara
  • 85 pittura ex-voto,[4] 74 minnhom huma relatati mal-baħar. Din il-ġabra tinkludi l-akbar numru ta’ pitturi votivi f’Malta li ngħataw mill-Kavallieri ta’ San Ġwann;[9]
  • żewġ sedani, [5] wieħed użat mill-Gran Mastri Rafael u Nicolas Cotoner, u l-ieħor mill-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch zu Bolheim li tah direttament lis-santwarju. Hompesh ta wkoll żewġ pitturi, arloġġ Malti esebit fil-mużew u armatura sħiħa ta’ kavallier ċerimonjali mżejna bit-teknika aqua fortis;[8]
  • pittura kontemporanja tal-karrakka <i id="mwWQ">Santa Anna</i>, u mudell ta' skola navali tal-vapur tal-linja San Gioacchino tal-1767; [10] [11]
  • affresk medjevali tal-Madonna tal-Grazzji misjub fil-kappella ta’ Santa Dumnika f’Ħaż-Żabbar, u ġabra ta’ midalji u muniti; [8][5]
  • kamra ddedikata għall-waqgħa tal-Avro Vulcan f'Ħaż-Żabbar fl-1975[5] u oġġetti marbuta tat-Tieni Gwerra Gwerra;[8]
  • pannelli tal-injam tal-kawba mill-vapur RMS <i id="mwbA">Alcantara</i>;[8]
  • artal portabbli akbar mis-soltu;[12]
  • katalett tal-pesta użat fl-1813.[13][14]
 
Pittura tal-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch zu Bolheim fil-mużew

Fil-mużew huma esebiti diversi xogħlijiet tal-arti, ħafna minnhom b’tema reliġjuża li qabel kienu miżmuma fis-santwarju.[2] Il-pitturi jinkludu xogħlijiet ta’ Rocco Buhagiar, Gannikol Buhagiar, Rafel Bonnici Calì, [15] Michele Busuttil, Tousaint Busuttil, Giuseppe Calì,[5] Giuseppe Maria Caruana, Giovanni Battista Conti, Giuseppe D'Arena, Stefano Erardi, Rafael Gagliardi, Tommaso Madiona, Mattia Preti,[5] Italo Horatio Serge, Filippo Venuti u Francesco Zahra.

Pitturi oħra fil-mużew ġew mogħtija minn individwi matul iż-żmien.[2] Tnejn minnhom huma l-Battalja ta’ Vjenna tal-1683, u oħra li turi l-port ta’ Messina fis-seklu 18. Hemm ukoll buzzetti ta’ pitturi fis-santwarju.

Fl-1952, saru pjanijiet biex jinbena mużew biswit il-knisja parrokkjali biex jiġu esebiti l-oġġetti tas-santwarju.[16] Id-disinn ta' faċċata tal-mużew fuq stil Barokk ħoloq kontroversja mal-awtorità tal-ippjanar, madankollu l-permess kien sussegwentement approvat. L-ewwel ġebla tpoġġiet fit-2 ta’ Settembru, 1952.[bżonn referenza] Fil-5 ta’ Settembru, 1954 il-mużew infetaħ minn Jackie Frendo Azzoppardi u mbierek minn Monsinjur Emmanuel Galea.[16]

Dan kien it-tieni mużew Parrokkjali, wara l-Mużew tal-Katidral fl-Imdina, u l-ewwel mużew li nbena apposta f’Malta.[5]

Fl-2003, il-mużew reġa’ nfetaħ wara li ngħalaq għal rinnovazzjoni fuq inizjattiva tal-kappillan Anton Cassar.[8][17] L-affarijiet issa huma mifruxa fuq iż-żewġ sulari tal-bini, u pjattaforma fl-ewwel sular.

Amministrazzjoni

immodifika

Il-mużew huwa r-responsabbiltà tal-Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar . Kummissjoni ta’ sitt voluntiera, u l-Kappillan attwali li jservi bħala president, jidderieġu l-operat tagħha ta’ kuljum, inkluż il-manutenzjoni u r-restawr tal-affarijiet.

Id-dħul finanzjarju tal-mużew huwa primarjament minn donazzjonijiet pubbliċi aktar milli mill-miżatii tad-dħul.

Il-mużew huwa ġeneralment miftuħ kuljum, għal tliet sigħat, bejn id-9am u nofsinhar.[8][5]

Aktar qari

immodifika
  • Dina (13 March 2010). "Żabbar Sanctuary Museum". Malta daily photo. Birżebbuġa. Arkivjat minn l-oriġinal fl-7 March 2017.
  • Theuma, Ġużeppi (2010). Gwida tal-Mużew tas-Santwarju, Ħaż-Żabbar. Żabbar: Żabbar Sanctuary Commission.
  • Zarb, Ġużeppi (1951). Naval History of the Order and the Sanctuary of Żabbar. Progress Press: Times of Malta. pp. 1–16. OCLC 642901757.
  • Plane crash over Zabbar. "Zabbar". malta.com. Arkivjat mill-oriġinal fl-17 September 2016. Miġbur 1 January 2024.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link). malta.com. Archived from the original on 17 September 2016.
  • Museum reopening, deadcart, opening date, etc. Cini, George (9 September 2003). "Museum reopened displaying spellbinding collection of artefacts". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-18 August 2016.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Bonnici, Alexander (1969). "Review: Joseph Zarb (1969) Zabbar sanctuary and the knights of St. John. Veritas Press". Melita Historica. 5 (2): 192.
  2. ^ a b ċ d Bonnici Cali, Rafel (1981). "Ex Voto u Wegħdiet" (PDF). web.archive.org (bil-Malti). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-18. Miġbur 2023-12-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Grima, Joseph F. (1978). "The Order of St. John's Galley Squadron at Sea" (PDF). web.archive.org (bil-Malti). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-16. Miġbur 2023-12-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ a b Vella, Fiona (4 March 2014). "Zabbar Sanctuary Museum". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 March 2017.
  5. ^ a b ċ d e f ġ g Rix, Juliet (2013). Bradt Travel Guides. Bradt Travel Guides. p. 181. ISBN 9781841624525.
  6. ^ Ċitazzjoni vojta (għajnuna)
  7. ^ Bonnici, Joseph; Cassar, Michael (2004). A Chronicle of Twentieth Century Malta. Book distributors limited. p. 215. ISBN 9789990972276.
  8. ^ a b ċ d e f ġ "Zabbar Sanctuary Museum". maltapass.com.mt. Miġbur 15 February 2015.
  9. ^ "History Culture and Society in thee Mediterranean World". Journal of Mediterranean Studies (bl-Ingliż). Malta: Mediterranean Institute, University of Malta. 70: 9–10. 1999.
  10. ^ Buhagiar, Mario (1989). The Order's early legacy in Malta: the Sovereign Military Hospitaller Order of St. John of Jerusalem of Rhodes and of Malta. Said International. p. 34. ISBN 9781871684308.
  11. ^ Quintano, Anton (2003). The Maltese-Hospitaller sailing ship squadron: 1701-1798. Publishers Enterprises Group. p. 79. ISBN 9789990903478.
  12. ^ Portable altars in Malta. Fondazzjoni Patrimonju Malti. 2009. p. 134. ISBN 9789993210016.
  13. ^ Vella, Fiona; Gatt, Oliver (2018). "An Eerie Discovery: The 1813 Plaque Cart, Haz-Zabbar". Bizarre Malta: a look beyond the obvious. Book Distributors Limited. pp. 127–130. ISBN 978-999577-333-5.
  14. ^ "K". 26 February 2019.
  15. ^ Bonavia, Carmel (2 September 2012). "Late 16th-century Żabbar painting is restored". Times of Malta.
  16. ^ a b "Żabbar Sanctuary Museum". maltain360.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 August 2016. Miġbur 15 February 2015.
  17. ^ Cini, George (9 September 2003). "Museum reopened displaying spellbinding collection of artefacts". Times of Malta. Miġbur 27 April 2022.

Ħoloq esterni

immodifika