Walter Michael Ebejer

Walter Michael Ebejer (Ħad-Dingli, 3 ta' Awwissu 1929 - 2021) huwa missjunarju Malti, professur u isqof irtirat tal-Knisja Kattolika. Mill-1977 sal-2007 kien Isqof ta' União da Vitória, il-Brażil.

Walter Michael Ebejer
1. isqof djoċesan

3 Diċembru 1976 - 3 Jannar 2007 - João Bosco Barbosa de Sousa (en) Translate
Dioceses: Roman Catholic Diocese of União da Vitória (en) Translate
Ħajja
Twelid Dingli, 3 Awwissu 1929
Nazzjonalità Brażil
Grupp etniku Maltin
Mewt União da Vitória (en) Translate, 11 Ġunju 2021
Edukazzjoni
Lingwi Portugiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku

Bijografija immodifika

Ebejer twieled Ħad-Dingli, Malta, fit-3 t'Awwissu 1929 lil Ġużeppi Ebejer u Marija Ġużeppa mwielda Cutajar. Hu daħal l-Ordni tad-Dumnikani u studja fil-Kulleġġ ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, Malta, u kompla l-edukazzjoni tiegħu fir-Renju Unit. Fl-24 ta' Jannar 1954, Ebejer ġie ordnat saċerdot tal-Ordni Dumnikani fl-età ta' 24.[1] Fl-1956, hu ggradwa fil-filosofija u teoloġija mill-Kulleġġ ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, u wara fl-1973, hu ggradwa u kiseb il-liċenzja fit-teoloġija summa cum laude mill-Angelicum f'Ruma.

Fl-1957, Ebejer mar il-Brażil bħala missjunarju fl-istat ta' Goiás. Mill-1961 sal-1969 ħadem xogħol pastorali fit-Tramuntana ta' Parana u kien is-superjur tal-Ordni Dumnikani ta' Malta mill-1969 sal-1973. Wara nħatar lekċerer fil-Università Kattolika Pontifikali ta' Parana u fl-Università Kattolika Studium Theologicum. Hu sar ukoll il-kappillan ta' Matinhos sal-1976.

Fl-1976 il-Papa Pawlu VI ħatar lil Ebejer bħala l-ewwel isqof tad-Djoċesi ta' União da Vitória. Fis-6 ta' Marzu 1977, hu ġie kkonsagrat isqof mill-Arċisqof Carmine Rocco, in-Nunzju Appostoliku għal Brażil f'dak iż-żmien. Wara 37 sena bħala ragħaj tad-djoċesi, Ebejer irtira fl-età ta' 77, f'Jannar 2007.[2]

L-Isqof Walter Ebejer kien ħu l-kittieb Francis Ebejer.

Referenzi immodifika

  1. ^ http://www.catholic-hierarchy.org/bishop/bebejer.html
  2. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2016-03-23.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)