Torri tax-Xlendi
Torri tax-Xlendi huwa torri tal-għassa żgħir qrib il-Bajja tax-Xlendi, fil-limiti tal- Munxar, Għawdex. It-torri huwa wieħed mit-torrijiet ta' Lascaris u nbena fl-1650; bħalissa għaddejja minn restawr.
Data meta nħoloq | 1650 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Munxar |
Koordinati | 36°1′39″N 14°12′48″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Ikkummissjonat minn | Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann |
Operatur | Din l-Art Ħelwa |
Indirizz stradali | Triq tar-Ras |
Huwa l-eqdem mill-erba’ torrijiet tal-għassa li fadal f’Għawdex.[a] It-torrijiet Garzes u Marsalforn, li nbew qablu, inqerdu fis-sekli 18 u 19.
Storja
immodifikaIt-Torri tax-Xlendi ġie propost fl-1649 mill-Balliju Baldassare de Demandolx. Il-kostruzzjoni bdiet ftit wara, u kien lest sa Ġunju 1650. L-Università ta’ Għawdex ħallset l-ispiża tal-kostruzzjoni.
It-torri huwa rettangolari u d-disinn tiegħu huwa simili għal dak tat-torrijiet ta' Lascaris li nbew qablu f'Malta. B'differenza mit-torrijiet ta' Lascaris preċedenti, it-Torri tax-Xlendi għandu pjattaforma addizzjonali b'inklinazzjoni mal-bażi tiegħu fuq in-naħa tal-baħar. Għandu saqaf ċatt, fejn kienu mmuntati l-kanuni. Inizjalment kellu żewġ kanuni ta’ 6 libbri, li aktar tard ġew sostitwiti b’żewġ kanuni ta’ 4 libbri. Id-dħul għat-torri jsir permezz ta’ taraġ estern li jgħaqqad mal-uniku bieb, li jinsab fit-tieni sular. Oriġinarjament, it-torri kien taħt il-kmand ta' Capomastro, assistit minn bumbardier, u Aggiutante, li kollha kienu mħallsa mill-Università. Bil-lejl, tliet irġiel kienu jgħassu t-torri. Salini jinsabu qrib it-torri.
Sal-1681 kienet diġà f’kundizzjoni ħażina, u kellu bżonn it-tiswijja. Matul l-era Brittanika t-torri waqa' taħt ir-responsabbiltà tar-Royal Malta Fencible Regiment (1815–1861), li sar ir-Royal Malta Fencible Artillery (1861–81). Meta l-Fencible ġiet meħlusa mid-dmirijiet tagħha tal-għassa kostali fl-1873, it-torri kien abbandunat.[1]
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Pulizija tal-Kosta okkupat it-torri bħala post ta' osservazzjoni. Fl-1954 it-torri kien mikri lil persuni privati iżda eventwalment ġie abbandunat.
Illum
immodifikaIt-torri ngħata lill-Kunsill Lokali tal-Munxar u lil Din l-Art Ħelwa f’Ottubru 2009.[2] Huma qed jirrestawraw it-torri, u jaqsmu l-ispejjeż indaqs.[3]
Referenzi
immodifika- ^ "Xlendi Tower". Visit Gozo. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 March 2016. Miġbur 16 September 2014.
- ^ Agius, Joseph (5 January 2013). "The Xlendi tower saga". Times of Malta. Miġbur 17 May 2015.
- ^ "Xlendi Tower, Munxar, Gozo". Din l-Art Ħelwa. Miġbur 16 September 2014.
Noti
- ^ It-Torri ta' Santa Maria f'Kemmuna, li hija gżira li f'sens amministrattiv hija parti minn Għadex, inbena fl-1618.