Torri tad-Dwejra

torrii ta' Lascaris fid-Dwejra, Għawdex

It-Torri tad-Dwejra[1] huwa torri tal-għassa żgħir fil-Bajja tad-Dwejra, San Lawrenz, li jinsab fil-gżira ta' Għawdex. Tlesta fl-1652 u huwa parti mit-torrijiet ta' Lascaris. Illum jinsab f'kundizzjoni tajba u miftuħ għall-pubbliku.

Torri tad-Dwejra
Torri tal-għassa
Parti minnLascaris towers Immodifika
Data meta nħoloq1652 Immodifika
KunflittIt-Tieni Gwerra Dinjija Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabSan Lawrenz Immodifika
Koordinati36°2′58″N 14°11′32″E, 36°2′58″N 14°11′31″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta Immodifika
Ikkummissjonat minnOrdni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann Immodifika
OperaturDin l-Art Ħelwa Immodifika
Deżinjazzjoni bħala wirtGrad 1 Immodifika
Indirizz stradaliTriq id-Dwejra Immodifika
Map

Huwa wieħed mill-erba' torrijiet tal-għassa tal-kosta li fadal f'Għawdex; l-oħrajn huma t-Torri tax-Xlendi, it-Torri ta' Mġarr ix-Xini u Torri ta' Sopu.

It-Torri tad-Dwejra nbena fl-1652 waqt it-tmexxija tal-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris, u kien iffinanzjat mill-Università ta' Għawdex. Huwa wieħed mit-torrijiet tal-Lascaris, u l-intenzjoni wara l-kostruzzjoni tiegħu kienet li jservi bħala torri tal-għassa u jħares l-inħawi tal-madwar mill-iżbarki tal-kursari. Dan it-torri, bħat-torrijiet l-oħra, seta' jikkomunika ma' fortifikazzjonijiet tad-difiża fil-qrib permezz tan-nar u d-duħħan, billejl u bi nhar rispettivament. L-ispejjeż għall-ġestjoni tat-torri kienu koperti bil-produzzjoni tal-melħ mis-salini li hemm qribu. Kien mgħammar bi tliet kanuni ta' 6 libbri fis-seklu tmintax. Fl-1744, il-Gran Mastru Pinto pprojbixxa l-aċċess għall-Ġebla tal-Ġeneral għax kien maħsub li faqqiegħ li jikber hemmhekk kellu poteri mediċinali, u t-Torri tad-Dwejra kien jintuża għall-ħarsien biex ħadd ma jitħalla jitla' fuq dik il-gżira żgħira.[2]

It-torri kien immexxi mir-Royal Malta Fencible Artillery bejn l-1839 u l-1873. Imbagħad kien abbandunat sal-1914, meta fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija ntbagħtu l-King's Own Malta Reġiment u r-Royal Malta Artillery. F'dan il-perjodu kien ġestit mill-Kumpanija Nru 3 b'żewġ (aktar tard b'erba') kanuni ta' 12-il libbra. It-torri reġa' ntuża fit-Tieni Gwerra Dinjija bħala post tal-għassa, u fis-27 ta' Marzu 1943, il-Kaptan Frank Debono u Carmelo Zahra, li kienu stazzjonati hemm, salvaw bdot tal-RAF li kien ikkraxxja l-Mark Vb Spitfire tiegħu fuq l-irdumijiet li jagħtu għall-bajja.[3]

It-torri kien mikri lil Gerald de Trafford fl-1956. Eventwalment ġie mgħoddi b'self lil Din l-Art Ħelwa fi stat ta' dilapidazzjoni.

 
It-Torri tad-Dwejra bit-Tieqa fl-isfond.

It-torri ġie restawrat minn Din l-Art Ħelwa bejn l-1997 u l-1999. Issa jinsab f'kundizzjoni tajba u miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas.[4]

Fil-kultura popolari

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Graham, Jimmy (4 July 2015). "Dwerja Tower, Gozo". Le Crac. Miġbur 11 July 2015.
  2. ^ "Dwejra Tower". Visit Gozo. Arkivjat minn l-oriġinal fl-12 March 2016. Miġbur 16 September 2014.
  3. ^ "Dwejra Tower". Malta Info Guide. Miġbur 17 May 2015.
  4. ^ "Dwejra Tower, Gozo". Din l-Art Ħelwa. Miġbur 16 September 2014.
  5. ^ Farrugia Randon, Stanley (2015). Heritage Saved – Din l-Art Ħelwa – 1965–2015. Luqa: Miller Distributors Ltd. pp. 163–170. ISBN 9789995752132.

Ħoloq esterni

immodifika