Tim nazzjonali tal-futbol tal-Litwanja
Litwanja | |
Assoċċazzjoni | Lithuanian Football Federation |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | Valdas Urbonas [1] |
Captain | Tomas Danilevičius |
L-Aktar Dehriet | Aurelijus Skarbalius (65) |
L-Aktar Gowls | Tomas Danilevičius (13) |
Grawnd Nazzjonali | S.Darius u S.Girėnas Stadium |
L-Ewwel Internazzjonali | Litwanja 0 - 5 Estonja (Kaunas, Litwanja; 24 ta' Ġunju, 1923) |
L-Ikbar Rebħa | Litwanja 7 - 0 Estonja (Riga, Latvja; 20 ta' Mejju, 1995) |
L-Ikbar Telfa | Eġittu 10 - 0 Litwanja (Pariġi, Franza; 1 ta' Ġunju, 1924) |
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Litwanja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Litwanja u hu kkontrollat mil-Lithuanian Football Federation. Huma laggħbu l-ewwel logħba fl-1923. Fl-1940, il-Litwanja kienet magħquda taħt l-isem ta' l-Unjoni Sovjetika; il-pajjiż reġa' kiseb l-indipendenza fl-1990 u lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Georgia fis-27 ta' Mejju ta' l-istess sena.
Storja Riċenti
immodifikaFis-snin disgħin, il-Litwanja stabilixxiet preżenza rispettabli fil-fażijiet ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej: it-tielet post fil-grupp ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1996 u għat-Tazza tad-Dinja 1998. Fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2004 huma kienu għal darba oħra favoriti li jikkwalifikaw u rnexxielhom jiksbu pari kontra l-Ġermanja u rebħa f'darhom kontra l-Iskozja - però telfa ta' 1-0 kontra l-Iskozja fl-aħħar logħba, telfitilhom kull speranza. Alavolja spiċċaw fil-ħames post fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, huma xorta kienu kompetittivi.
Il-Litwanja irnexxielhom jiksbu pari ta' 1-1 kontra r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja 2006, l-Italja, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 fit-2 ta' Settembru 2006, fejn din kienet l-ewwel logħba kompetittiva għat-tim Taljan wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja.
Storja tal-Kompetizzjonijiet
immodifika- 1930 - Ma ħaditx sehem
- 1934 sa l-1938 - Ma kkwalifikatx
- 1950 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Unjoni Sovjetika
- 1994 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx
- 1963 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Unjoni Sovjetika
- 1996 sa l-2008 - Ma kkwalifikatx
L-aqwa 10 skorers tal-Litwanja
immodifikaMill-15 ta' Novembru 2012
# | Plejer | Karriera | Gowls (Preż) | Avg/logħba |
---|---|---|---|---|
1 | Tomas Danilevičius | 1998– | 19 | (71)0.271 |
2 | Antanas Lingis | 1928–1938 | 12 | (33)0.363 |
3 | Edgaras Jankauskas | 1991–2008 | 10 | (56)0.178 |
4 | Virginijus Baltušnikas | 1990–1998 | 9 | (42)0.214 |
5 | Jaroslavas Citavičius | 1926–1933 | 8 | (24)0.333 |
= | Valdas Ivanauskas | 1990–2000 | 8 | (28)0.285 |
= | Darius Maciulevičius | 1991–2005 | 8 | (38)0.210 |
= | Robertas Poškus | 1999– | 8 | (48)0.166 |
9 | Artūras Fomenka | 1996–2003 | 7 | (23)0.304 |
= | Tomas Ražanauskas | 1995–2011 | 7 | (41)0.170 |
- Plejers Bold għadhom stabbiliti fit-tim.