Temi Zammit
Sir Themistocles Zammit (30 ta' Settembru 1864 - 2 ta' Novembru 1935) (magħruf bħala Temi Zammit) kien arkeologu u storiku, professur tal-kimika, tabib, riċerkatur u kittieb Malti.
Temi Zammit | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 30 Settembru 1864, 1864 |
Nazzjonalità | Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda |
Mewt | 2 Novembru 1935 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Lingwi |
Malti Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
arkeologu storiku kimiku biologu kittieb tabib |
Impjegaturi |
Università ta' Malta Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija |
Premjijiet |
Karriera
immodifikaWara li ggradwa fil-mediċina mill-Università ta' Malta, Zammit speċjalizza fil-batterjoloġija f'Londra u f’Pariġi. L-iskoperta tiegħu fl-1905 tal-ħalib imniġġeż bħala vettur għat-trażmissjoni tal-bruċellożi fil-bnedmin (B. melitensis) li tinsab fid-demm tal-mogħoż – ikkontribwiet ħafna għall-eliminazzjoni mill-gżejjer tad-deni biered u għaliha ġie rikonoxxut bħala Kavallier mir-Re Ġorġ V tal-Ingilterra.
Kien l-awtur ta' diversi xogħlijiet letterarji fil-lingwa Maltija. Ippubblika ukoll Il-Gżejjer ta' Malta u l-Ġrajja Tagħhom, storja tal-gżejjer Maltin, u skava bosta siti arkeoloġiċi importanti, bħall-Ipoġew u t-Tempji ta' Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l-Imnajdra, li minn dak iż-żmien ġew dikjarati Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Skava wkoll il-Katakombi ta' San Pawl tar-Rabat. Temi Zammit ingħata d-Dottorat Honoris Causa mill-Università ta' Oxford.
Temi Zammit serva bħala Rettur (1920-1926) tal-Università ta' Malta u kien l-ewwel Direttur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta.
Kien miżżewweġ lil Aloisia Barbaro di San Giorgio u kellhom żewġ ulied, Charles u Sophia.
Referenzi
immodifikaHaas LF, Sir David Bruce (1855-1931) and Thermistocles Zammit (1864-1935), Journal of Neurology, Neurosurgery & Psychiatry, vol. 70, ħarġa 4, 2001, p. 520
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Temi Zammit (Themistocles Zammit) |