Tchogha Zanbil
Tchogha Zanbil (bil-Persjan: چغازنبيل; bl-Elamit: Al Untas Napirisa, li mbagħad sar Dur Untash), spellut ukoll Choga Zanbil u Čoġā Zanbīl, huwa kumpless Elamit tal-qedem fil-provinċja ta' Khuzestan tal-Iran. Huwa wieħed mill-ftit żiggurat eżistenti 'l barra mill-Mesopotamja. Jinsab bejn wieħed u ieħor 30 kilometru (19-il mil) fix-Xlokk ta' Susa u 80 kilometru (50 mil) fit-Tramuntana ta' Ahvaz. Id-data tal-kostruzzjoni tal-belt mhix ċerta fil-kronoloġija tar-renju ta' Untash-Napirisha iżda ċertament f'xi żmien fis-seklu 14 jew 13 Q.K. Id-data maqbula konvenzjonalment hi l-1250 Q.K. Attwalment hu maħsub li l-belt kienet inqerdet mill-mexxej Neo-Assirjan Assurbanipal għall-ħabta tas-645 Q.K., flimkien mal-belt kapitali Elamita ta' Susa, għalkemm xi riċerkaturi jsostnu li tmiem l-okkupazzjoni seħħ fl-aħħar tas-seklu 12 Q.K.[1] Iż-żiggurat jitqies bħala l-aqwa eżempju ppreservat ta' monument piramidali mtarraġ mill-UNESCO. Fl-1979, Tchogha Zanbil sar l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Iran.[2]
Storja u etimoloġija
immodifikaIl-lingwa Elamita hija lingwa iżolata u Tchogha Zanbil tipikament tiġi tradotta bħala "tumbata b'għamla ta' qoffa".[3][4] Il-kumpless inbena għall-ħabta tal-1250 Q.K. mir-re Untash-Napirisha, b'mod prinċipali biex jingħata ġieħ lill-alla kbir Inshushinak. L-isem oriġinali tal-kumpless kien Dur Untash, li tfisser "ir-raħal ta' Untash", iżda ma tantx hu probabbli li kienu jgħixu bosta nies hemmhekk, apparti xi patrijiet u qaddejja. Il-kumpless huwa protett minn tliet ħitan konċentriċi li jiddefinixxu ż-żoni prinċipali tar-raħal. Mill-kitbiet imnaqqxa huwa magħruf li l-ħajt estern kellu seba' daħliet, li minnhom instabu tnejn biss. Il-ħajt nofsani kellu erba' daħliet u bejn il-ħajt estern u nofsani kien hemm tempju kondiviż iddedikat lid-divinità Elamita ewlenija Napirisha u lid-divinità Inshushinak.[5] Il-biċċa l-kbira tal-erja interna ta' 2.5 ettari hija meħuda għalkollox minn żiggurat kbir iddedikat lid-divinità prinċipali, li nbena fuq tempju kwadru preċedenti b'kompartimenti għall-ħżin li nbena wkoll minn Untash-Napirisha.
Iż-żona tan-nofs fiha ħdax-il tempju ddedikati lil divinitajiet oħra. Dawn jinkludu lil Nabu, Adad, Shala, Inanna, Ninegal, Humban, Shiamut, Pinikir, Manzat, u Nuska.[6] Hemm ukoll xi santwarji fil-Grigal taż-żiggurat iddedikati lid-divinitajiet Elamiti Isniqarab (Ishmekarab) u Kiririsha. Kitba mnaqqxa fil-brikks semmiet statwa tad-deheb iddedikata lid-divinità Nahhunte.[7] B'kollox instabu kitbiet imnaqqxa fuq il-brikks li jirrefereu għal 22 tempju, iżda kważi nofshom biss instabu. Fiż-żona ta' barra hemm palazzi rjali u palazz funebri li fih ħames oqbra rjali taħt l-art.[8]
Il-kostruzzjoni fis-sit, li kienet tinkludi ż-żoni kummerċjali u residenzjali, kompliet wara l-mewt ta' Untash-Napirisha b'bosta fażijiet ta' kostruzzjoni u s-sit baqa' jiġi okkupat sa ma nqered mir-re Assirjan Ashurbanipal għall-ħabta tas-645 Q.K. Xi studjużi jispekulaw, abbażi ta' għadd kbir ta' tempji u ta' santwarji f'Tchogha Zanbil, li Untash-Napirisha pprova joħloq ċentru reliġjuż ġdid (possibbilment bil-ħsieb li jissostitwixxi lil Susa) li jgħaqqad lid-divinitajiet tal-artijiet għoljin u tal-artijiet baxxi ta' Elam f'sit wieħed.
Iż-żiggurat oriġinarjament kien kbir 105.2 metri (345 pied) fuq kull naħa u għoli madwar 53 metru (174 pied), b'ħames saffi, u kien inkurunat b'tempju. Il-brikks tat-tajn kienu l-materjal bażiku tal-kumpless kollu. Iż-żiggurat ingħata faċċata tal-brikks moħmija, u għadd minnhom kellhom karattri kunejformi bl-ismijiet tad-divinitajiet bil-lingwi Elamiti u Akkadjani. Għalkemm iż-żiggurat issa għandu għoli ta' 24.75 metru (81.2 pied) biss, inqas minn nofs l-għoli oriġinali stmat, l-istat ta' preservazzjoni huwa tassew mill-aqwa.[9]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaTchogha Zanbil ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie ddeżinjat abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]
Arkeoloġija
immodifikaIs-sit, b'erja ta' 96 ettaru, oriġinarjament ġie skopert minn ġeologu li kien qed iwettaq l-esplorazzjoni għaż-żejt fl-inħawi. Huwa sab brikks b'kitba mnaqqxa u peress li kien arkeologu dilettant ħadha għand l-iskavaturi li dak iż-żmien kien qed jaħdmu fis-sit arkeoloġiku ta' Susa. Il-kitba mnaqqxa kienet deskrizzjoni tal-bini ta' belt sagra minn ċertu "Untash-Gal". Is-sit ġie mistħarreġ u skavat minn Roland de Mecquenem fl-1935-1939 u fl-1946.[10]
Tchogha Zanbil ġie skavat f'sitt staġuni (total ta' 21 xahar) bejn l-1951 u l-1962 minn Roman Ghirshman flimkien mal-Missjoni Arkeoloġika Franċiża. Matul l-iskavi tneħħew kważi 100,000 jarda kubika ta' radam, permezz ta' ekwipaġġ ta' bejn 100 ħaddiem sa 125 ħaddiem f'daqqa. L-iskavi esponew żona kwadra sagra ta' 1,300 pied kwadru mdawra b'ħajt u bit-tempji u l-ispazji fil-beraħ. Iż-żiggurat b'ħames saffi kien jinsab fiċ-ċentru ta' din iż-żona, bl-irkejjen orjentati lejn il-punti kardinali. Kull 11-il ringiela ta' brikks fiż-żiggurat kellha kitbiet imnaqqxa fuq il-brikks. Inbnew daħliet kbar fl-erba' naħat taż-żiggurat u tlieta minnhom bit-taraġ sat-tieni saff, u waħda tal-Lbiċ bit-taraġ sal-ħames u l-ogħla saff. F'kull daħla kien hemm statwi b'daqs in-nofs tad-daqs reali; waħda minnhom tat-terrakotta gglejżjata bil-blu, b'kitba mnaqqxa ddedikata lid-divinità Inshushinak. L-iskavi wrew li ż-żiggurat inbena f'żewġ fażijiet: l-ewwel fażi sat-tieni saff b'żewġ tempji, imbagħad it-tieni fażi sal-ħames saff. F'wieħed mit-tempji nstabu madumiet tal-ħġieġ bojod u suwed.[11] Ħames oqbra nstabu taħt il-kompartiment fl-ispazju fil-beraħ. Il-Qabar Nru 1 milli jidher qatt ma ntuża, il-kontenut tal-Qabar Nru V insteraq fl-antikità, il-Qabar Nru II kien fih il-fdalijiet parzjalment maħruqa ta' ħames individwi (li ġew kremati xi mkien ieħor), u l-Qabar Nru IV, mhux mimsus, kien fih il-katavru ta' mara adulta ta' bejn 40-60 sena akkumpanjata ma' oġġetti funebri.[12]
Instabu għadd ta' brikks bil-kitba mnaqqxa (b'kollox 5,257 brikksa bil-maġġoranza b'kitbiet imnaqqxa bl-Elamit u 67 brikksa b'kitbiet imnaqqxa bl-Akkadjan). Waħda minnhom kellha l-kitba mnaqqxa:
"Jien, Untaš-Napiriša, iben Humbanumena, ir-re ta' Anšan u ta' Susa, ansjuż li ħajti tkompli tkun waħda mimlija prosperità, sabiex niżgura li n-nisel tiegħi jibqa' jgawdi l-prosperità wkoll, bnejt tempju tal-brikks moħmija u santwarju tal-brikks igglejżjati; iddedikajtu lil Inšušinak ta' Siyan-kuk u bnejt ukoll torri-tempju. J'Alla dak li għamilt u stinkajt għalih, sabiex ikun rigal f'ismi, ikun aċċettabbli għal Inšušinak!".[13]
Dan l-aħħar is-sit ġie skavat minn Behzad Mofidi Nasrabadi fl-1999, fl-2002, fl-2004 u fl-2005. Sar ukoll stħarriġ bil-manjetometru fuq 35 ettaru mill-Università ta' Kiel, il-Ġermanja.[14][15][16]
Theddidiet
immodifikaL-esplorazzjoni taż-żejt minħabba ż-żieda fid-domanda globali thedded il-pedamenti tas-sit. Twettqu diversi testijiet sismiċi biex jiġu esplorati xi riżervi taż-żejt. It-tħaffir għaż-żejt twettaq saħansitra sa 300 metru (984 pied) 'il bogħod miż-żiggurat.[17]
Gallerija
immodifikaIktar qari
immodifika- Roman Ghirshman, "Tchoga Zanbil (Dur-Untash). Vol. I: La Ziggurat", Mémoires de la Délégation Archéologique en Iran, vol. 39, Geuthner, 1966.
- R. Ghirshman, "Tchoga Zanbil (Dur-Untash) Volume II: Temenos, Temples, Palais, Tombes", Memoires de la Delegation Archeologique en Iran, vol. 40 Geuthner, 1968.
- Plates M.J. Steve, "Tchoga Zanbil (Dur-Untash) 3: Textes Élamites et Accadiens", Mémoires de la Délégation Archéologique en Iran, vol. 41, Geuthner, 1967.
- Edith Porada, "Tchoga Zanbil (Dur-Untash). Vol. IV (only): La Glyptique", Memoires de la Delegation Archeologique en Iran, vol. 42, Geuthner, 1970.
- P. Amiet, "Martik et Tchoga Zanbil", Revue d'Assyriologie et d'Archéologie Orientale, vol. 84, no. 1, pp. 44–47, 1990.
- Ghirshman, R., "La Ziggourat de Tchoga-Zanbil près de Suse", Revue Archéologique, vol. 44, pp. 1–6, 1954.
- Ghirshman, R., "Nouveaux Travaux à La Ziggourat de Tchoga-Zanbil, Près Suse", Revue Archéologique, vol. 46, pp. 63–67, 1955.
- Roman Ghirshman, "La ziggourat de Tchoga-Zanbil (Susiane)", Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 98 lien Issue 2, pp. 233–238, 1954.
- Ghirshman, R., "La ziggourat de Tchoga-Zanbil près Suse", Revue Archéologique, vol. 49, pp. 1–9, 1957.
- Ghirshman, R., "The ziggurat of Choga Zanbil", Archaeology, vol. 8, no. 4, pp. 260–63, 1955.
- Roman Ghirshman, Campagne de fouilles à Tchoga-Zanbil, près de Suse, Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 99, iss. 1, pp. 112–113, 1955.
- Roman Ghirshman, "Cinquième campagne de fouilles à Tchoga-Zanbil, près Suse, rapport préliminaire (1955–1956)", Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 100, iss. 3, pp. 335–345, 1956.
- Ghirshman, Roman, "Cinquième campagne de fouilles à Tchoga-Zanbil, près Suse, 1955 - 1956. Rapport préliminaire", Arts Asiatiques, vol. 3, no. 3, pp. 163–82, 1956.
- Roman Ghirshman, "Les fouilles de Tchoga-Zanbil, près de Suse (1956)", Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 100, iss. 2, pp. 137–138, 1956.
- Roman Ghirshman, "VIe campagne de fouilles à Tchoga-Zanbil près de Suse (1956–1957) rapport préliminaire", Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 101, iss. 3, pp. 231–241, 1957.
- Ghirshman, R., "Les fouilles de Tchoga-Zanbil, près Suse (7e campagne, hivers 1958-1959)", Revue Archéologique, vol. 1, pp. 133–39, 1960.
- Roman Ghirshman, "FouiIles de Tchoga-Zanbil près de Suse, complexe de quatre temples", Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 103, iss. 1, pp. 74–76, 1959.
- Roman Ghirshman, "VIIe campagne de fouilles à Tchoga-Zanbil, près de Suse (1958–1959)", rapport préliminaire, Comptes rendus des séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres, vol. 103, iss. 2, pp. 287–297, 1959.
- Ghirshman, Roman. "Tchoga-Zanbil, Rapport Preliminaire de la VIIIe Campagne. (1960-1961)", Arts Asiatiques, vol. 8, no. 2, 1961, pp. 121–38.
- D. T. Potts, "The Archaeology of Elam: Formation and Transformation of an Ancient Iranian State", Cambridge University Press, 1999, ISBN 0-521-56496-4.
- François Vallat, "Légendes élamites de fragments de statues d’Un-taš-Napiriša et Tchoga Zanbil", Iranica antiqua 23, pp. 169–177, 1988.
Referenzi
immodifika- ^ R. Ghirshman, "The Ziggurat of Tchoga-Zanbil", Scientific American, vol. 204, pp. 69-76, 1961.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Tchogha Zanbil". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-29.
- ^ Roger Blench, Matthew Spriggs (eds.), "Archaeology and Language I: Theoretical and Methodological Orientations", Routledge, 1997, p. 125.
- ^ Roger D. Woodard (ed.), "The Ancient Languages of Mesopotamia, Egypt and Aksum", Cambridge University Press, 2008, p. 3.
- ^ Carlson, Evan, "Inscribed and Uninscribed Spaces in Al Untash Napirisha: Interaction and Segregation in a Late Second-Millennium De Novo Capital", Iran, vol. 52, pp. 29-52, 2014.
- ^ F. Pomponio, "Nabu, II culto e la figura di un dio del Pantheon babilonese ed assiro", StSem. 51, 1978.
- ^ A. Bramanti, "NA", Band 9 Nab - Nuzi, edited by A. Bramanti, J. Fechner, M. Greiner, S. Heigl, N. Morello, Erich Ebeling, Bruno Meissner and Michael P. Streck, Berlin, Boston: De Gruyter, pp. 1-191, 2001.
- ^ Hosseini, Sara; Niroumand, Hamed; Burcu Gültekin, Arzuhan; Barceló, Juan Antonio; Osmadi, Atasya (2020). "Structural analysis of earth construction's vaults: Case of underground tombs of Chogha Zanbil". Revista de la construcción. 19 (3): 366–380.
- ^ "Tchogha Zanbil Susa, Iran". web.archive.org. 2018-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2023-12-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Mecquenem, R. de and Michaion, J., "Recherches à Tchogha Zembil", Mémoires de la Mission Archéologique en Iran 33, Presses Universitaires de France, Pariġi, 1953.
- ^ Ghirshman, Roman, "Quatrième Campagne de Fouilles à Tchoga-Zanbil Près Suse (1954-1955)", Arts Asiatiques, vol. 2, no. 3, pp. 162–77, 1955.
- ^ Carter, Elizabeth, "Landscapes of Death in Susiana During the Last Half of the 2nd Millennium B.C.", Elam and Persia, edited by Javier Álvarez-Mon and Mark B. Garrison, University Park, USA: Penn State University Press, pp. 45-58, 2011.
- ^ "RIMI nn (P388073)". CDLI (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-29.
- ^ Mofidi Nasrabadi, B., "Untersuchungen zu Sied lungsstrukturen in der Peripherie von Cogä Zanbil (Dur Untas)", AMT 35-36, pp. 241-65, 2003-4.
- ^ Mofidi Nasrabadi, B., "Archäologische Ausgrabungen und Untersuchungen in Cogä Zanbil", Agenda Verlag, Münster, 2007.
- ^ Mofidi Nasrabadi, B., "Planungsaspekte und die Struktur der altorientalischen neugegründeten Stadt in Chogha Zanbil", Shaker Verlag, Achen, 2013.
- ^ "CHN NEWS". web.archive.org. 2007-10-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-10-12. Miġbur 2023-12-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)