Sit arkeoloġiku ta' Al-Balid
Is-Sit Arkeoloġiku ta' Al-Balid huwa park arkeoloġiku li jinsab f'Al Balīd (bl-Għarbi: البليد), Salalah, Dhofar, l-Oman. Huwa wieħed mill-erba' komponenti tal-Art tal-Inċens li sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]
Il-fdalijiet fil-park jagħmlu parti mill-belt tal-qedem ta' Z̧afār (bl-Għarbi: ظفار) li tkopri wkoll l-inħawi biswit Ar Rubāţ (bl-Għarbi: الرباط). Z̧afār, li ngħatat isimha mill-Governorat ta' Dhofar, kienet belt portwali importanti għall-kummerċ tal-inċens fil-Medju Evu, wara d-deklin tal-port fil-qrib ta' Khor Rori. L-isem Ruman għall-belt kien il-Metropoli ta' Saffara u kienet magħrufa primarjament għall-kollokazzjoni tagħha, flimkien ma' Ubar, fuq il-mapep imfassla minn Tolomew, l-astronomu u ġeografu minn Lixandra, l-Eġittu.
Il-belt żaruha bosta vjaġġaturi famużi, fosthom Marco Polo, Ibn Battuta, Ibn al-Mujawir u Zheng He. Il-belt qabdet tmajna fis-sekli 16 u 17 minħabba diversi raġunijiet, fosthom l-għeluq tal-laguna ta' Khawr al Balīd u l-invażjonijiet tal-Portugiżi, tat-Torok u tal-Mamluk.
Is-sit reġa' ġie skopert fl-1992 minn tim immexxi minn Nicholas Clapp u l-arkeologu Juris Zarins tal-Università Statali tal-Lbiċ ta' Missouri.
Il-park jinkludi wkoll il-Mużew tal-Art tal-Inċens.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaL-Art tal-Inċens ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Land of Frankincense". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-30.