Art tal-Inċens

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Oman

L-Art tal-Inċens hija żona fl-Oman tul ir-Rotta jew it-Triq tal-Inċens. Iż-żona tinkludi s-siġar tal-inċens fil-Park ta' Wadi Dawkah, is-sit arkeoloġiku ta' Sumhuram f'Khor Rori, il-fdalijiet ta' oażi tal-karovani fis-sit arkeoloġiku ta' Shishr (jew Ubar) u s-sit arkeoloġiku ta' Al-Balid, li kienu kruċjali għall-kummerċ Medjevali tal-inċens.

Is-siġra tal-Boswellia sacra fil-Park ta' Wadi Dawkah li minnha jiġi l-inċens.

Iż-żona b'erba' siti tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000 bħala r-Rotta jew it-Triq tal-Inċens u fl-2005 l-isem tas-sit inbidel għal l-Art tal-Inċens.[1]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

L-Art tal-Inċens ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Land of Frankincense". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-30.