Frankinċens

reżina aromatika li meta tinħaraq tirrilaxxa l-inċens

Il-frankinċens huwa reżina aromatika miksub mis-siġra Boswellia thurifera jew B. sacra li meta tinħaraq tirrilaxxa l-inċens. Spiss "frankinċens" u "inċens" jintużaw bħala sinonomi.[1]

Frankinċens mill-Jemen

Il-frankinċens (l-isem jirreferi għall-preminenza bħala inċens veru jew frank) huwa magħruf ukoll bħala libien, kelma li ġejja mill-Għarbi al-lubán ("il-ħalib"), bħala referenza għas-sustanza mħallta estratta mis-siġra tal-libien.[2]

Il-frankinċens kien jintuża ħafna fir-riti reliġjużi. Skont il-Vanġelu ta' Mattew 2:11, id-deheb, il-frankinċens u l-mirra kienu t-tliet rigali li s-Slaten Maġi ġabu lil Ġesù mil-Lvant. L-iżvilupp tal-Kristjaneżmu ħonoq is-suq tal-frankinċens fis-seklu 4 W.K., id-deżertifikazzjoni għamlet ir-rotot tal-karovana li kienu jgħaddu minn Rub al Khali jew il-"Kwartier Vojt" tal-Arabja iktar diffiċli, u żdied il-ħtif min-nomadi Partiċi fil-Lvant Qarib; dawn il-fatturi kollha flimkien għenu biex nixxfu s-suq tal-frankinċens wara t-300 W.K.

Jingħad li l-Imperatur Ruman Neruni ħaraq ħażna ta' sena ta' frankinċens li kien intiż għall-belt ta' Ruma fil-funeral ta' martu, Poppaea.

Il-belt mitlufa ta' Ubar, xi drabi identifikata ma' Irem, f'dak li hu l-Oman illum il-ġurnata, huwa mifhum li kienet ċentru tas-swieq ta' frankinċens tul it-"Triq tal-Inċens' li reġgħet ġiet skoperta reċentement. Ubar kienet ġiet skoperta fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20 u attwalment hija sit arkeoloġiku skavat.

Iktar qari

immodifika
  • The Road to Ubar: Finding the Atlantis of the Sands by Clapp Nicholas ISBN 0-395-95786-9 (1999).
  • Frankincense & Myrrh: A Study of the Arabian Incense Trade - Groom, Nigel ISBN 0-86685-593-9 (1981).
  • Gold, Frankincense, and Myrrh: An Introduction to Eastern Christian Spirituality - Maloney George A ISBN 0-8245-1616-8 (1997).
  • Frankincense & Myrrh : Through the Ages, and a complete guide to their use in herbalism & aromatherapytoday - Watt, Martin & Sellar, Wanda ISBN 0-85207-306-2 (2004).

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Frankincense trees—of biblical lore—are being tapped out for essential oils". Animals (bl-Ingliż). 2019-12-13. Miġbur 2023-04-30.
  2. ^ In Great Britain At The University Press Oxford (1933). The Oxford English Dictionary Volume Iv.