Santa Luċija (Għawdex)

Santa Luċija huwa parti mir-raħal ta' Kerċem, f'Għawdex.

Santa Luċija (Għawdex)
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
VillaġġKerċem
Ġeografija
Koordinati 36°00′N 14°12′E / 36°N 14.2°E / 36; 14.2Koordinati: 36°00′N 14°12′E / 36°N 14.2°E / 36; 14.2
Santa Luċija (Għawdex) is located in Malta
Santa Luċija (Għawdex)
Santa Luċija (Għawdex)
Santa Luċija (Għawdex) (Malta)
Għoli 126 m
Demografija

L-isem oriġina mill-knisja li tinsab f'nofs ir-raħal. Il-kappella oriġinali ddedikata lil Santa Luċija ġiet irreġistrata mill-inkwiżitur Pietro Dusina fl-1575 waqt iż-żjara appostolika tiegħu.

Santa Luċija hija abitata minn nies tal-kampanja bi ftit djar antiki mibnija madwar il-knisja. Il-festa lokali f'ġieħ Santa Luċija tiġi ċċelebrata kull sena fl-eqreb Ħadd għat-13 ta' Diċembru, jum il-ġrajja liturġika tal-qaddisa. Saret ukoll tradizzjoni li jiġi ċċelebrat il-jum tal-festa bil-purċissjoni bil-vara ta' Santa Luċija jew Festival tad-Dawl, tipiku għall-pajjiżi Skandinavi, partikolarment l-Iżvezja.[1] F'dan il-jum isiru wkoll ħbejjeż ta' Luċija.

Santa Luċija hija unika f'Għawdex, bil-pjazza u t-tradizzjonijiet pittoreski tagħha. Il-pjazza tar-raħal hija mmarkata minn salib tal-ġebel tradizzjonali. Ir-raħal jinsab eżatt maġenb Kerċem u mdawwar b'kampanja mill-isbaħ. Iż-żona darba kienet magħrufa għan-nixxigħat tal-ilma ħelu tagħha u għadha waħda mill-aktar żoni ħodor f'Għawdex.

Santa Luċija tmiss mar-Rabat u ma' Kerċem u xi drabi meqjusa raħal separat minn Kerċem. Aċċessibbli minnha huwa l-promontorju ta' Għajn Abdul li jitla' għall-għerien tal-Mixta, is-sit tal-ewwel nies li għexu f'Għawdex. Wieħed jista' jaċċessa wkoll l-Għadira ta' San Rafael, u minn hemm, mogħdija fl-għelieqi parallela mal-irdumijiet twassal għal Ras il-Wardija, il-post tal-insedjament Puniku li kien jinkludi tempju żgħir.[2][3]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Festival of Light to be held at Santa Lucija this Saturday", Gozo News, Malta, 7 December 2010. Retrieved on 14 September 2016.
  2. ^ "Santa Luċija - Destination of Excellence", Visit Malta, Malta. Retrieved on 14 September 2016.
  3. ^ "The Hamlet of Santa Luċija", Visit Gozo, Malta. Retrieved on 14 September 2016.