Klassifika dinjija tal-FIFA
Il-Klassifika dinjija tal-FIFA, magħrufha uffiċjalment bħala The FIFA/Coca-Cola World Ranking għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni, hija sistema ta' klassifikazzjoni tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel tal-futbol. It-timijiet li huma membri tal-FIFA, il-federazzjoni li tħares il-logħba tal-futbol madwar id-dinja, huma pożizzjonati skont ir-riżultati tal-logħob tagħhom, bit-timijiet bl-aktar suċċess ikunu fl-aktar postijiet għoljin. Introdotta f'Diċembru tal-1992, tmien timijiet waslu sal-quċċata (l-Arġentina, il-Belġju, il-Brażil, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands u Spanja), fejn il-Brażil qatta' l-aktar żmien fl-ogħla pożizzjoni.
It-timijiet huma mogħtija punti skont ir-riżultati f'logħbiet internazzjonali li huma rikonoxxuti mill-FIFA. Is-sistema għaddiet minn diversi emendi, partikularment sabiex tindirizza kritika fuq il-kalkoli li kienu qegħdin jintużaw li ma kienux qegħdin jirriflettu s-saħħa relattiva tat-timijiet nazzjonali. Minn Awwissu tal-2018, il-verżjoni attwali tal-klassifika adottat is-sistema tal-Elo li tintuża fiċ-ċess.
Storja
immodifikaF'Diċembru tal-1992, il-FIFA ppubblikat lista tal-membri tagħha skont il-pożizzjoni tagħhom biex tipprovdi bażi ta' paragun tas-saħħa relattiva ta' dawn it-timijiet. Minn Awwissu ta' wara, din il-lista bdiet tiġi aġġornata frekwentament, għal pubblikazzjoni mensili.[1] Bidliet importanti saru fl-1999 u fl-2006, wara kritika fuq is-sistema.[2] Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 minn meta beda l-użu tal-klassifiki.
Aġġornament tal-1999
immodifikaMeta l-klassifika ġiet introdotta għall-ewwel darba, tim kien jirċievi punt għal pari u tliet punti għal rebħa f'partiti rikonoxxuti mill-FIFA - xebh kbir mas-sistema tradizzjonali ta' kampjonat. Din kienet sistema aktarx faċli, u l-FIFA mal-ewwel indunat illi kien hemm diversi fatturi li kienu qed jaffettwaw l-logħob internazzjonali. Biex tilħaq aktar l-objettivi ta' paragun korrett tas-saħħa tat-timijiet nazzjonali, is-sistema tbiddlet. It-tibdil li sar kienu dawn:
- il-klassifika tal-punti kienet maqsuma minn fattur ta' għaxra
- il-metodu ta' kalkolu tbiddel biex jiġbor ukoll fatturi oħra li jinkludu:
- in-numru ta' gowls li ġew skurjati jew li sofrew
- jekk il-partita ntlgħabitx barra jew ġewwa darhom
- l-importanza tal-partita jew kompetizzjoni
- is-saħħa tar-reġjun
- punti fissi ma baqgħux jingħataw aktar għal rebħa jew pari
- it-tim li jitlef kellu ċans li jikseb xi punti
Żewġ unuri ġodda ġew introdotti bħala parti mis-sistema:
Il-bidliet li saru għal din is-sistema kienu kumplessi, imma għen biex jiżviluppaha u ssir aktar komprensiva.
Aġġornament tal-2006
immodifikaIl-FIFA ħabbret li s-sistema tal-klassifika kienet se tiġi aġġornata wara t-Tazza tad-Dinja 2006. Il-perjodu ta' evalwazzjoni kien imnaqqas minn tmienja għal erba' snin, u metodu aktar sempliċi ta' kalkolu kien implimentat. Il-gowls skurjati, u l-vantaġġ tal-partiti li jintlagħbu ġewwa jew barra minn darhom ma baqgħux aktar jingħataw importanza, u aspetti oħra tal-kalkolu, bħall-importanza tal-partita, ġew reviżati. Is-sett il-ġdid tal-klassifika reviżata u l-metodoloġija ta' kalkolu ġew imħabbra fit-12 ta' Lulju 2006.
Din il-bidla saret minħabba l-krìtika tas-sistema ta' qabel. Ħafna entużjasti tal-futbol ħassew li ma kinitx sewwa, speċjalment meta kienu paragunati ma' sistemi ta' klassifika oħra u ma kinitx tirrispondi għall-bidliet tal-prestazzjoni tat-timijiet nazzjonali. Timijiet mir-Repubblika Ċeka sal-Istati Uniti kienu s-sorpriża fil-postijiet l-aktar għoljin tal-klassifika, fejn ġabu krìtika akbar u affetwaw negativament fuq il-kredibilita tas-sistema. L-eliminazzjoni ta' dawn iż-żewġ timijiet kmieni fit-Tazza tad-Dinja 2006 ġabu aktar fidi fil-krìtika li kienu jsiru.
L-ewwel postijiet fil-klassifika
immodifikaMeta s-sistema kienet introdotta, il-Ġermanja ddebutat bħala l-aqwa tim fil-klassifika wara żmien ta' dominanza fl-aħħar tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn spiċċat dejjem fil-finali u rebħet darba. Il-Brażil ħadu l-ewwel post fil-fażi preliminarju għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn rebħu tmienja u tilfu waħda mid-disa' partiti ta' kwalifikazzjoni, u skurjaw għoxrin gowl u sofrew erba' biss. L-Italja ħadu l-ewwel post għal żmien qasir wara wkoll suċċess fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, wara li l-ewwel post reġa' ġie miksub mill-Ġermanja.
Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir tal-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-Tazza tad-Dinja 1994, sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. Franza ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 1998 u tal-Kampjonati Ewropej 2000. Is-suċċess tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 2002 reġgħet tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar tal-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja. Xahar wara l-Arġentina ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja rritornaw fl-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-Copa América 2007 f'Lulju, il-Brażil irritornaw fl-ewwel post, imma f'Ottubru posthom reġgħu kisbuh l-Arġentina. F'Lulju 2008, Spanja ħadu l-ewwel post għall-ewwel darba, wara li rebħu l-Kampjonati Ewropej 2008. Il-Brażil reġgħu ħadu l-ewwel post wara li rebħu t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 u Spanja reġgħet ħadet it-titlu f'Novembru tal-2009 wara li rebħu l-partiti kollha fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. F'April tal-2010, il-Brażil reġgħu telgħu l-ewwel.
L-użu tal-klassifika
immodifikaDawn il-klassifiki huma wżati mill-FIFA biex tara l-progress u l-abilità kurrenti tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tan-nazzjonijiet membri, u kif ukoll biex tipparaguna t-timijiet nazzjonali.[1] Huma huma wkoll użati bħala parti tal-kalkolu li jsir biex jikklassifikaw lit-timijiet għal kompetizzjonijiet. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, il-klassifiki ġew użati biex jirranġaw il-gruppi fil-kompetizzjonijiet li jinvolvu lill-membri tal-CONCACAF (bl-użu tal-klassifika ta' Mejju), tal-CAF (bil-klassifika ta' Lulju), u tal-UEFA, bl-użu tal-klassifika posposta ta' Novembru 2007.
Din il-klassifika tintuża' biex tiddetermina r-rebbieħa taż-żewġ unuri annwali għat-timijiet nazzjonali skont il-bażi tal-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki.
Unuri
immodifikaKull sena l-FIFA tagħti żewġ unuri għan-nazzjonijiet membri, ibbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki ta' matul is-sena. Dawn huma:
Tim tas-Sena
immodifikaIt-Tim tas-Sena hu unur mogħti lit-tim nazzjonali li fl-aqwa sebgħa logħbiet tas-sena rċieva l-akbar ammont ta' punti. It-tabella t'hawn taħt turi l-aqwa tliet timijiet ta' kull sena.
Sena | L-ewwel post | It-tieni post | It-tielet post |
---|---|---|---|
1993 | Ġermanja | Italja | Brażil |
1994 | Brażil | Spanja | Żvezja |
1995 | Brażil | Ġermanja | Italja |
1996 | Brażil | Ġermanja | Franza |
1997 | Brażil | Ġermanja | Repubblika Ċeka |
1998 | Brażil | Franza | Ġermanja |
1999 | Brażil | Repubblika Ċeka | Franza |
2000 | Netherlands | Ħonduras | Italja |
2001 | Ħonduras | Kolombja | Kosta Rika |
2002 | Brażil | Franza | Spanja |
2003 | Brażil | Franza | Spanja |
2004 | Brażil | Franza | Arġentina |
2005 | Brażil | Repubblika Ċeka | Netherlands |
2006 | Brażil | Italja | Arġentina |
2007 | Arġentina | Brażil | Italja |
2008 | Spanja | Ġermanja | Netherlands |
2009 | Spanja | Netherlands | Ġermanja |
2011 | Spanja | Netherlands | Ġermanja |
2012 | Spanja | Ġermanja | Arġentina |
2013 | Spanja | Ġermanja | Arġentina |
2014 | Ġermanja | Arġentina | Kolombja |
2015 | Belġju | Arġentina | Spanja |
2016 | Arġentina | Brażil | Ġermanja |
L-Aqwa Progress tas-Sena
immodifikaL-Aqwa Progress tas-Sena huwa unur mogħti lit-tim li jkun għamel l-iktar progress matul dik is-sena fil-klassifika dinjija. Fil-klassifika tal-FIFA, dan mhuwiex sempliċi t-tim li tela' l-aktar postijiet, imma jsir kalkolu minħabba li aktar ma' tim ikun fl-aktar postijiet għolja, aktar ikun diffiċli biex jikseb aktar punti.[1] Il-kalkolu li jintuża' hu n-numru ta' punti fi tmiem is-sena (ż) immultiplikat man-numru ta' punti li kiseb matul dik is-sena (y). It-tim bl-ikbar total jirċievi dan l-unur. It-tabella t'hawn taħt turi l-aktar tliet timijiet li għamul progress ta' kull sena.[3]
Sena | L-ewwel post | It-tieni post | It-tielet post |
---|---|---|---|
1993 | Kolombja | Portugall | Marokk |
1994 | Kroazja | Brażil | Użbekistan |
1995 | Ġamajka | Trinidad u Tobago | Repubblika Ċeka |
1996 | Afrika t'Isfel | Paragwaj | Kanada |
1997 | Jugożlavja | Bosnja-Ħerzegovina | Iran |
1998 | Kroazja | Franza | Arġentina |
1999 | Slovenja | Kuba | Użbekistan |
2000 | Niġerja | Ħonduras | Kamerun |
2001 | Kosta Rika | Awstralja | Ħonduras |
2002 | Senegal | Wales | Brażil |
2003 | Baħrejn | Oman | Turkmenistan |
2004 | Ċina | Użbekistan | Kosta tal-Avorju |
2005 | Gana | Etjopja | Żvizzera |
2006 | Italja | Ġermanja | Franza |
Waqt li ma sar l-ebda unur uffiċjali għall-movimenti li seħħew fl-2007, il-FIFA ħarġet lista tal-'Aqwa Progress' fil-klassifiki tal-2007.[4] Madanakollu, il-metodu ta' kalkoli tbiddel skont id-differenza fil-punti tal-klassifiki matul il-kors tas-sena (aktar milli l-metodu wżat fl-unur uffiċjali mill-1993 sal-2006). Ir-riżultati għas-snin riċenti huma bbażati skont metodu simili.
Sena | L-aqwa progressur | It-tieni l-aqwa | It-tielet l-aqwa |
---|---|---|---|
2007 | Możambik | Norveġja | Kaledonja l-Ġdida |
2008 | Spanja | Montenegro | Russja |
2009 | Brażil | Alġerija | Slovenja |
2010 | Netherlands | Montenegro | Botswana |
2011 | Wales | Sierra Leone | Bosnja-Ħerzegovina |
2012 | Kolombja | Ekwador | Mali |
2013 | Ukrajna | Armenja | Stati Uniti |
2014 | Ġermanja | Slovakkja | Belġju |
2015 | Turkija | Ungerija | Nikaragwa |
2016 | Franza | Perù | Polonja |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ "FIFA/Coca-Cola World Ranking Procedure". FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-07-09. Miġbur 2008-08-05.
- ^ "Revised FIFA/Coca-Cola World Ranking". FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. 2006-07-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-07. Miġbur 2008-03-28.
- ^ "Best Mover of the Year". FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-11-16. Miġbur 2008-09-05.
- ^ "L-Aqwa Progress tas-Sena, riżultati tal-2007" (PDF). FIFA.com (bl-Ingliż). Fédération internationale de Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-09-20.