Qormi FC

(Rindirizzat minn Qormi F.C.)

Qormi Football Club hu klabb tal-futbol Malti bbażat f'Ħal Qormi.

Qormi FC
Isem sħiħ Qormi Football Club
Ismijiet oħra Sofor u Suwed
Tat-Tażmanja
Tal-Ħobż
Fundazzjoni 1961
Grawnd Grawnd Nazzjonali Ta' Qali
Ta' Qali
Kampjonat Premier League Malti
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Qormi FC kien iffurmat fl-1961, wara l-amalgamazzjoni ta' Qormi Youngsters u Ħal Qormi United, li huwa minn fejn il-klabb akkwista l-motto tiegħu Fl-Għaqda s-Saħħa. Il-klabb jiċċelebra s-60 anniversarju fl-2021.

Qormi FC huwa affiljat mal-Malta Football Association (MFA) li huwa l-korp ewlieni tal-futbol f'Malta. In-nursery ta' Qormi FC għandha kważi 200 żagħżugħ li huma affiljati magħha.

Il-kuluri uffiċjali ta' Qormi huma l-isfar u l-iswed.

L-akbar rivali sportivi ta' Qormi huma Żebbug Rangers FC mill-belt ġara ta' Ħaż-Żebbuġ, għalkemm mhux dejjem jinzertaw jilagħbu fl-istess diviżjoni.

Il-klabb qatta' xi staġuni bħal yo-yo, idur minn diviżjoni għal oħra, iżda riċentement bdew jibnu aktar passi solidi, u wkoll irnexxielhom jilagħbu fl-ogħla livell tal-futbol Malti.

L-istaġun 2007-08 kien l-aqwa staġun minn qatt qabel fl-istorja reċenti tal-klabb. F'dak iż-żmien, Qormi temmew il-kampjonat b'suċċess fit-tieni pożizzjoni fil-Ewwel Diviżjoni, wara li kellhom logħba diffiċli (li ntemmet bl-għoti tal-penalties) kontra Mosta FC, u akkwistaw posthom fil-Premier League Malti.

L-istaġun 2008-09 kien l-ewwel staġun li Qormi qattgħu fl-ogħla gradi tal-futbol Malti sa minn meta l-Ewwel Diviżjoni kienet isemmiet Premier League. Biex ippreparaw għall-ewwel kampjonat tagħhom fil-Premier League Malti, Qormi kienu ġabu 10 plejers ġodda u taw ħarsa ġdida għall-immaġni tal-klabb. It-tim mar tajjeb fil-preparazzjoni ta' qabel l-istaġun u wkoll fil-logħob ta' ħbiberija, u dan awgura tajjeb għall-futur. Qormi seta' jkollhom ċans tajjeb fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni bħal timijiet aktar ġodda li kienu ġew promossi fil-Premier League. Fi stqarrija għall-istampa, il-kumitat tal-klabb kien esprima l-għan tiegħu li jżomm postu fil-Premier u, possibilment, anki jagħmluha għall-fażi aħħarija fil-Grupp taċ-Championship.

L-istaġun 2009-10 ra lil Qormi FC jiksbu stint storiku fil-quċċata tal-Kampjonat Malti kif ukoll fl-FA Trophy. Is-suċċess kien speċjalment megħjun bl-iffirmar tal-aħjar plejer fl-istorja tal-klabb, Camilo. Camilo spiċċa l-aqwa skorer fil-kampjonat b'24 gowl f'22 dehra fejn Qormi spiċċaw fit-tielet post. Qormi mbagħad kellhom jilagħbu logħba deċiżiva sabiex tiddetermina l-post għall-istaġun li jmiss fl-Europa League, logħba li Qormi tilfu 0-2 ma' Sliema Wanderers. Qormi wkoll setgħu laħqu l-post permezz tar-rebħ tal-FA Trophy. Għalkemm għamluha sal-finali, Qormi tilfu 1-2 ma' Valletta FC. Wara t-tluq ta Camilo u xi plejers oħra, kif ukoll tal-kowċ Jesmond Zerafa u Vincent Carbonaro, Qormi ffaċċjaw staġun diffiċli s-sena ta' wara.

L-istaġun 2010-11 ra lil Qormi jżommu lil Stefan Giglio u lil Matthew Bartolo, u l-akkwist tas-servizzi ta' George Mallia, il-Belġjan Jason Vandelannoite, in-Niġerjan Abubakar Bello-Osagie, il-Korean Kang Ho-Jung fl-ewwel nofs tal-istaġun, u l-Brażiljan Josue, il-Grieg Christos Karamanolis, Ibraima Sumaila Vaz Sani mill-Guinea-Bissau u l-aktar notevoli, il-kaptan tat-Tim Nazzjonali ta' Malta, Michael Mifsud, fit-tieni nofs tal-istaġun. Ukoll, kien hemm bidla notevoli fl-istaff tekniku fil-bidu tal-istaġun, bi Stephen Azzopardi jmexxi t-tim. Matul l-istaġun, Azzopardi ġab plejers żgħażagħ li diversi minnhom kienu ħarġu min-Nursery. Qormi spiċċaw fit-8 post, madankollu t-tim kien ġie relegat darba biss, fl-istaġun 2010-11).

Plejers notevoli

immodifika

 
Chucks Nwoko
 
Shawn Tellus


Runners-Up tal-Ewwel Diviżjoni Maltija:
2007/08

Ċampjins tat-Tieni Diviżjoni Maltija:
1968/69, 1972/73, 2005/06

Rebbieħa tas-Sezzjoni tat-Tieni Diviżjoni Maltija:
1988/89

Runners-Up tat-Tieni Diviżjoni Maltija:
1977/78

Finalisti tan-Knock-Out tat-Tieni Diviżjoni Maltija:
1966/67, 1972/73

Ċampjins ta' Tazza Sons of Malta Cup tat-Tieni Diviżjoni Maltija:
1969/70, 1973/74

Rebbieħa tas-Sezzjoni tat-Tielet Diviżjoni Maltija:
1962/63, 1963/64, 1982/83, 1988/89

Rebbieħa tal-Play-Offs tat-Tielet Diviżjoni Maltija:
2003/04

Rebbieħa tan-Knock-Out tat-Tielet Diviżjoni Maltija:
1962/63

Finalisti tat-Tazza Maltija:
2009/10, 2011/12, 2012/13

Ħoloq esterni

immodifika