Paul Borg Olivier

Paul Borg Olivier (twieled fl-1 ta' Settembru 1969) huwa politiku Malti, li serva bħala Sindku tal-Belt Valletta kif ukoll Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Paul Borg Olivier
sindku

1999 - 2008
Hector Bruno - Alexiei Dingli
Ħajja
Twelid Valletta, 1 Settembru 1969 (55 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Borg Olivier studja l-liġi fl-Università ta' Malta. Ħareġ għall-elezzjoni fuq id-distrett li jinkludi l-Belt Valletta mal-Partit Nazzjonalista fl-1996, 1998 u 2003. Kien Viċi-Sindku tal-Belt bejn l-1993 u l-1999 u s-Sindku tagħha bejn l-2000 u l-2008.[1] Kien elett Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fis-27 ta' Ġunju, 2008.[2]

Paul Borg Olivier huwa n-neputi tal-Prim Ministru Giorgio Borg Olivier, li Malta kisbet l-indipendenza taħtu, u bin iben Paolo Borg Olivier, li kien Ministru Nazzjonalista.

Dr Borg Olivier kiteb id-daħla għall-ktieb ta' Frans Sammut, Bonaparte à Malte.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-21. Miġbur 2011-06-20.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  2. ^ "UPDATED: Paul Borg Olivier is new PN general secretary" (bl-Ingliż). The Times of Malta. 2008-06-28.