Hector Bruno
Hector Bruno (twieled fis-6 ta' Lulju 1959) huwa attur Malti, magħruf l-iktar għal irwoli komiċi. Għal seba' snin serva wkoll bħala sindku tal-Belt Valletta.
Hector Bruno | |||
---|---|---|---|
1993 - 1999 - Paul Borg Olivier → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Valletta, 6 Lulju 1959 (65 sena) | ||
L-ewwel lingwa | Malti | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
attur attur televiżiv politiku |
Politika
immodifikaFl-1975, beda jaħdem ta' ġurnalist ma' In-Nazzjon Tagħna, fejn sar assistent editur u dam sal-1992. Darba, kien ġie msawwat fil-Parlament u għamel xahrejn l-isptar l-Ingilterra.
Kien Viċi-President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MZPN) u membru fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Fl-1992, Hector Bruno sar l-ewwel sindku tal-Belt Valletta fejn dam iservi sal-1999. Fis-snin tmenin huwa sar PRO tal-Ministeru tal-Ambjent u iktar tard tal-Edukazzjoni. Kien Segretarju tal-Kumitat Festi Nazzjonali. Kien President tal-Għaqda tal-Pawlini (1991–1995). Kien editur tar-rivista Il-Kapitali.
Teatru
immodifikaFis-snin tmenin kien popolari fl-ispettakli mtella' mill-Partit Nazzjonalista, l-iktar l-imitazzjoni impekkabbli tiegħu tal-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici.
Ħa sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali u hu magħruf l-iktar għall-pantomimi fejn kien ikollu l-parti ewlenija tad-Dama. Ippreżenta diversi programmi televiżivi u radjufoniċi.
Ħajja privata
immodifikaWara nuqqas ta' diversi snin mix-xena televiżiva u l-palk, fl-2016, Hector Bruno tkellem dwar dak li għadda minnu huwa u jikkombatti d-dipressjoni għall-aħħar sitt snin u anki tumur li tfaċċalu tliet snin qabel. Fil-programm Xarabank, Hector Bruno qal li fl-aħħar snin seħħet tibdila sħiħa fih minħabba l-kundizzjonijiet li ħakmuh, fosthom dipressjoni akuta li reġgħet ħarġitlu għat-tieni darba fl-2010.[1] Hu semma wkoll mumenti li fihom anki kkonsidra li jtemm ħajtu. Qal li kienu l-familja u l-konsegwenzi li seta' ħalla warajh kieku temm kollox, li żammewh milli jagħmel suwiċidju.
Il-komiku tkellem ukoll dwar tumur li tfaċċalu tliet snin qabel li wkoll ħalla l-effetti tiegħu fuq ħajtu. Huwa qal li t-tumur mhuwiex wieħed aggressiv u li qed jieħu kura għalih kull xahar, li qal qed tkun effettiva. Bruno wera x-xewqa li jerġa' jirritorna fix-xena għax iħoss li għad fadallu x'joffri lill-pubbliku li minkejja kollox dejjem baqa' jappoġġjah.
Referenzi
immodifika- ^ Gauci Cunningham, Albert (2016-04-11). "'Ġejt infittex l-għajnuna wara li rajt lil Hector fuq it-TV'". Illum.