Kamra tad-Deputati ta' Malta

(Rindirizzat minn Parlament ta' Malta)

Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta il-Kamra tad-Deputati, flimkien mal-President tar-Repubblika, tikkostitwixxi il-Parlament, l-organu leġislattiv tal-Istat Malti.

Kamra tad-Deputati ta' Malta
14-il leġislatura

Stemma ta Malta
Preżentazzjoni
Tip Unikamerali
Dar Parlament ta’ Malta
Ħolqien 1921
Post Valletta
It-tul tal-mandat 5 snin
Presidenza
President Myriam Spiteri Debono
Speaker Anġlu Farrugia
Struttura
Membri 79 rappreżentant
Gruppi politiċi
Gvern (44)

PL (43)

IN (1)
Oppożizzjoni (35) PN (35)
Post tal-laqgħa

Il-Parlament
Sit uffiċjali
http://www.parlament.mt/

Funzjonijiet

immodifika
 

Skont is-Sezzjoni 65(1) tal-Kostituzzjoni il-Kamra, flimkien mal-President tar-Repubblika, tista' tagħmel "liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi mar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment assunti bit-trattat ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ffirmat f'Ateni fis-16 t'April, 2003".

Kompożizzjoni

immodifika

Il-Kamra trid tkun magħmula minn għadd farradi ta' Deputati magħrufa bħala "Membri Parlamentari" elett minn għadd ta' Distretti fejn kull Distrett jeleġġi l-istess għadd ta' Deputati. Minbarra dawn, meta l-iSpeaker jiġi magħżul minn barra l-Kamra dan ukoll jitqies bħala membru tal-Kamra. Fl-X Leġislatura li bdiet fl-2003 l-għadd ta' Deputati kien ta' 65 eletti minn 13-il Distrett li naqsu b'wieħed meta l-iSpeaker, Anton Tabone, ġie appuntat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet l-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn li l-iSpeaker ġie maħtur minn fost il-membri tal-Kamra.

 

Leġislatura Speaker Minn Sa
I (1962-1966) Paolo Pace 1962 1966
II (1966-1971) Alfred Bonnici 1966 1971
III (1971-1976) Emmanuel Attard Bezzina 1971 1976
IV (1976-1981) Nestu Laiviera 1976 1978
Kalċidon Agius 1978 1982
V (1982-1987) Daniel Micallef 1982 1986
Pawlu Xuereb 1986 1987
Joseph M. Baldacchino 1987 1987
VI (1987-1992) Jimmy Farrugia 1987 1988
Lawrence Gonzi 1988 1992
VII (1992-1996) Lawrence Gonzi 1992 1996
VIII (1996-1998) Myriam Spiteri Debono 1996 1998
IX (1998-2003) Anton Tabone 1998 2003
X (2003-2008) Anton Tabone 2003 2008
XI (2008-2013) Louis Galea 2008 2010
Michael Frendo 2010 2013
XII (2013-2017) Anġlu Farrugia 2013 2017
XIII (2017-2022) Anġlu Farrugia 2017 2022
XIV (2022-) Anġlu Farrugia 2022 fil-kariga

Ħoloq esterni

immodifika