Jimmy Farrugia

politiku Malti

Jimmy Farrugia (14 ta’ Mejju, 1922 Ħal Tarxien – 25 ta’ Novembru, 2006 Pietà[1]) kien politiku Malti tal-Partit Nazzjonalista u Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Jimmy Farrugia
ambaxxatur

1999 - 2005
Daniel Micallef
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Lulju 1987 - 1988
Joseph M. Baldacchino - Lawrence Gonzi
Ħajja
Twelid Ħal Tarxien, 14 Mejju 1922
Nazzjonalità Malta
Mewt Sptar San Luqa, 25 Novembru 2006
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
tabib

Bijografija

immodifika

Wara li attenda l-iskola fil-Liċeo ta’ Malta, studja l-mediċina fl-Università Rjali ta’ Malta, u ggradwa fl-1944 b’Baċellerat fix-Xjenza (B.Sc.) u Kandidat tal-Filosofija (Ph.C.). Wara li rċieva d-dottorat fil-mediċina (Medical Doctor) (MD) fl-1946, ħadem bħala tabib ġenerali fis-sistema soċjali tal-General Workers Union mill-1950 sal-1962.

Fl-1952 sar membru tar-Royal College of General Practitioners (RCGP) f'Londra. Fl-1965 sar ukoll Konsulent Mediku għad-Dar tal-Providenza, l-ewwel dar għal persuni b’diżabilità fiżika jew mentali f’Malta. Għal numru ta' snin kien ukoll President tal-Azzjoni Kattolika u tal-Moviment tal-Kunsill tal-Lajċi.

Farrugia beda l-karriera politika tiegħu fl-elezzjoni tal-Kamra tad-Rappreżentanti fl-1976, fejn irrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista u tela' mir-4 distrett elettorali. Matul dak iż-żmien kien ukoll temporanjament ministru tal-kultura fix- shadow cabinet tal-Partit Nazzjonalista. Kien ukoll intermedjarju bejn it-tobba u l-gvern waqt l-istrajk tat-tobba tal-1977. Huwa tela' mill-ġdid bħala membru parlamentari matul il-perjodu leġiżlattiv mill-1981 sal-1987. Xi drabi matul dan il-perjodu serva bħala Aġent President tar-Repubblika ta’ Malta.[2]

F'Lulju 1987 sar Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, wara Joseph M. Baldacchino. Fl-1988 laħaq speaker minfloku Lawrence Gonzi.[3]

Fl-1999 sar ambaxxatur għas-Santa Sede bħala s-suċċessur tal-eks Speaker Daniel Micallef u baqa’ f’din il-kariga sal-2005.[4][5]

Fl-1996, flimkien ma’ numru ta’ politiċi oħra, irċieva l-midalja kommemorattiva għall-75 anniversarju tal-awtonomija Maltija.[6]

Huwa kien wieħed minn tielet speakers Malti li mietu fl-2006. It-tnejn l-oħra kienu Joseph M. Baldacchino u Kalċidon Agius.[7]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "MaltaToday". web.archive.org. 2008-02-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-07. Miġbur 2024-08-26.
  2. ^ 3rd European Conference of Ministers Responsible for the Cultural Heritage: proceedings, Malta, 16. and 17. January 1992. Straßburg: Council of Europe Press. 1993.
  3. ^ "Political Leaders: Malta". archive.ph. 2012-09-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-09-14. Miġbur 2024-08-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Dipl. Korps". web.archive.org. 2016-01-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-25. Miġbur 2024-08-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "MALTA'S DIPLOMATIC & CONSULAR REPRESENTATION" (PDF). Wayback Machine. July 2004. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2010-05-28. Miġbur 2024-08-26.
  6. ^ "Office of the Prime Minister - Medal to commemorate the 75th anniversary of the reintroduction of self-government (1996)". web.archive.org. 2012-04-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-16. Miġbur 2024-08-26.
  7. ^ "House of Representatives Annual Review 2006" (PDF). Internet Archive (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-05-15. Miġbur 2024-08-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)