Anton Tabone

politiku Malti

Anton Tabone (imwieled fl-1937) huwa politiku Malti. Inħatar l-ewwel Ministru għall-Affarijiet ta’ Għawdex fl-1987 reġa’ ġie appuntat fl-istess portafoll fl-1992, kariga li okkupa sal-1996. Bejn l-1998 u l-2008 serva bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati.[1]

Anton Tabone
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Ottubru 1998 - 10 Mejju 2008
Myriam Spiteri Debono - Louis Galea
Ħajja
Twelid Għawdex, 1937 (86/87 sena)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Matul is-snin tiegħu bħalaMinistru għal Għawdex ippromwova l-aspett reġjonali tal-gżira fil-kuntest nazzjonali u fi ħdan il-Konferenza tar-Reġjuni Periferali u Marittimi tal-Ewropa (CPMR), fejn Għawdex jipparteċipa bħala membru sħiħ.

Bħala Speaker tal-Kamra huwa ppromwova l-inizjattiva ta’ Malta biex titwaqqaf Assemblea Parlamentari tal-Mediterran u t-twaqqif tas-Segretarjat tagħha f’Malta.

Huwa ppresieda fuq it-tranżizzjoni tal-Parlament ta’ Malta minn dak ta’ stat mhux membru għal wieħed ta’ stat membru meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-2004. Kien attiv ħafna wkoll fil-promozzjoni tal-awtonomija tal-Parlament billi talab lill-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jissottometti rapport dwar it-'Tisħiħ tal-Kamra tad-Deputati — Il-Każ Għall-Awtonomija', liema rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'nofs l-2005.

Tabone għen biex Għawdex u l-interessi tal-Għawdxin jitressqu 'l quddiem bir-riżultat li eventwalment d-dimensjoni tal-gżira bdiet titqies fuq quddiem kemm fil-politika nazzjonali kif ukoll fid-dimensjoni territorjali tal-UE. Dan jixhdu, per eżempju, l-fatt li l-ministeru għal Għawdex kompla bħala uffiċju tal-kabinett Malti wara l-perjodu tiegħu bħala ministru sal-preżent, taħt amministrazzjonijiet differenti tal-gvern ċentrali.[2]

Fl-2008 ingħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-grad ta’ Kumpann.[3] Huwa serva bħala Aġent President ta’ Malta bejn l-2009 u l-2012.[4]

Karriera politika

immodifika

Anton Tabone kien elett fl-interessi tal-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba fl-1966 u dam fil-Parlament għal aktar minn tnejn u erbgħin sena, l-ewwel bħala backbencher u suċċessivament bħala Shadow Minister, Ministru, u eventwalment bħala Speaker. Kien ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, u membru tal-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex (li llum m’għadux jeżisti) fejn mexxa diversi kumitati ta' dan il-Kunsill.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "timesofmalta.com - Two veterans call it a day". web.archive.org. 2008-06-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-06-22. Miġbur 2024-01-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Anton Tabone, Il-Pont bejn Għawdex Reġjun u Malta Nazzjon - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-01-22.
  3. ^ "The Maritime Squadron of the Armed Forces of Malta awarded Midalja ghall-Qadi tar-Repubblika". gov.mt (bl-Ingliż). 2008. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-08-03. Miġbur 2024-01-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ says, Ben Hemel (2017-11-16). "New publication launched of Anton Tabone's biography by Sergio Grech". Gozo News (bl-Ingliż). Miġbur 2020-10-12.