Park Nazzjonali Olimpiku
Il-Park Nazzjonali Olimpiku huwa park nazzjonali tal-Istati Uniti li jinsab fl-Istat ta' Washington, fil-Peniżola Olimpika.[1] Il-park għandu erba' reġjuni: il-kosta Paċifika, iż-żoni alpini, il-foresta pluvjali miti fin-naħa tal-Punent u l-foresti fin-naħa iktar niexfa tal-Lvant.[2] Fi ħdan il-park hemm tliet ekosistemi distinti, inkluż foresti subalpini u mergħat tal-fjuri selvaġġi, foresti miti u l-kosta bil-blat tal-Paċifiku.[3]
Il-President Theodore Roosevelt oriġinarjament iddeżinja l-park bħala l-Monument Nazzjonali tal-Muntanja ta' Olimpu fit-2 ta' Marzu 1909.[4] Il-monument ġie ddeżinjat bħala park nazzjonali mill-Kungress u mill-President Franklin D. Roosevelt fid-29 ta' Ġunju 1938. Fl-1976, il-Park Nazzjonali Olimpiku ġie ddeżinjat mill-UNESCO bħala Riżerva ta' Bijosfera Internazzjonali u fl-1981 bħala Sit ta' Wirt Dinji.[5] Fl-1988, il-Kungress iddeżinja 95 fil-mija tal-park (1,370 mil kwadru (3,500 km2)) bħala ż-Żona Naturali Selvaġġa Olimpika,[6][7] li mbagħad beda jissejjaħ bħala ż-Żona Naturali Selvaġġa ta' Daniel J. Evans f'ġieħ il-Gvernatur u s-Senatur tal-Istati Uniti Daniel J. Evans fl-2017.[8] Matul il-mandat tiegħu fis-Senat, Evans kosponsorja l-abbozz ta' liġi tal-1988 li ħoloq iż-żoni naturali selvaġġi tal-istat.[9] Dan il-park nazzjonali huwa l-ikbar żona naturali selvaġġa f'Washington.
Skop tal-park
immodifikaKif iddikjarat fid-dokument tal-istabbiliment tal-park:[10]
L-iskop tal-Park Nazzjonali Olimpiku hu li għall-benefiċċju, għall-użu u għat-tgawdija tal-poplu jiġi ppreservat park kbir tan-natura selvaġġa li fih l-ifjen kampjun ta' foresta primordjali tas-siġar tal-abit ta' Sitka, tat-tsuga tal-Punent, tal-abit ta' Douglas u taċ-ċedru aħmar tal-Punent fl-Istati Uniti kollha; li jiġi pprovdut kenn adattat għax-xitwa u protezzjoni permanenti għall-merħliet taċ-ċriev nattivi ta' Roosevelt u organiżmi selvaġġi oħra li huma indiġeni tal-inħawi; li tiġi kkonservata u mħejjija għad-dispożizzjoni tan-nies, għall-użu rikreattiv, din iż-żona muntanjuża straordinarja, b'bosta glaċieri u meded tal-borra perpetwa, u parti mill-foresti ħodor tal-madwar flimkien ma' strixxa dejqa tul il-kosta sabiħa ta' Washington.
Storja naturali u ġeoloġika
immodifikaKosta
immodifikaIl-parti kostali tal-park hija bil-blat ippuntat u b'bajja ramlija tul strixxa ta' foresti biswit. Din il-parti hija twila 60 mil (97 kilometru) iżda hija wiesgħa ftit mili biss, b'komunitajiet nattivi fil-bokka taż-żewġ xmajjar. Il-poplu Hoh jgħix fejn ix-xmara Hoh u qrib ir-raħal ta' La Push fil-bokka tax-xmara Quileute jgħix il-poplu Quileute.
Il-bajja għandha meded kontinwi mhux mittiefsa li jibqgħu sejrin bejn 10 u 20 mil (16 sa 32 kilometru). Filwaqt li xi bajjiet huma primarjament bir-ramel, oħrajn huma miksija bi blat tqil u b'ħaġriet tassew kbar. L-arbuxxelli mdaqqsin, l-għażiż jiżloq, il-mareat u t-temp pluvjali biċ-ċpar kollha jxekklu l-ivvjaġġar bil-mixi. L-istrixxa kostali hija iktar aċċessibbli min-naħa ta' ġewwa tal-Park Nazzjonali Olimpiku; minħabba t-terren diffiċli, dawk li jiġu jimxu qajla jagħmlu distanzi li jkunu itwal minn jum.
L-iżjed biċċa popolari mill-istrixxa kostali hija d-Dawra ta' Ozette li hija twila 9 mili (14-il kilometru). Is-Servizz tal-Park jieħu ħsieb programm ta' reġistrazzjoni u ta' prenotazzjoni biex jikkontrolla l-livelli ta' użu ta' din iż-żona. Mill-bidu tal-mogħdija fil-Lag ta' Ozette, 3 mili (4.8 kilometri) mill-mogħdija huma olzati fuq l-injam sabiex wieħed ikun jista' jgħaddi qrib art imtajna kostali biċ-ċedri primordjali. Malli wieħed jasal qrib l-oċean, il-mogħdija tkompli għal 3 mili u hija ssupplimentata b'mogħdijiet oħra meta jkun hemm il-marea għolja. Tradizzjonalment din iż-żona dejjem kienet għall-qalb il-poplu Makah mill-Bajja ta' Neah. It-tielet biċċa tal-mogħdija ta' 3 mili wkoll hija olzata fuq l-injam u b'hekk l-aċċessibbiltà tad-dawra ġiet imtejba.
Hemm imsaġar folti bis-siġar biswit ir-ramel, u dan jirriżulta f'biċċiet sħaħ tal-injam fuq il-bajja mis-siġar imwaqqgħin. Ix-xmara Hoh li fil-biċċa l-kbira tagħha ma ġietx alterata, lejn in-naħa tan-Nofsinhar tal-park, tittrasporta ammonti kbar ta' injam li jittiekel b'mod naturali u deriva oħra lejn it-Tramuntana, u b'hekk il-bajjiet jiġu arrikkiti. Sal-lum il-ġurnata, id-depożiti tal-injam tad-deriva jiffurmaw preżenza kbira, kemm bijoloġikament kif ukoll viżivament, u jagħtu ħjiel tal-kundizzjoni oriġinali tal-bajja kif kienet tidher sa ċertu punt fir-ritratt bikrin. Il-materjal tad-deriva spiss jasal minn distanza konsiderevoli; ix-xmara Columbia fl-imgħoddi kienet tikkontribwixxi b'ammonti kbar lejn il-kosti Paċifiċi tal-Majjistral.
Il-parti kostali iżgħar tal-park hija sseparata mill-parti ikbar fuq ġewwa. Il-President Franklin D. Roosevelt oriġinarjament kien appoġġa l-ħsieb li jiġu kkollegati permezz ta' strixxa kontinwa ta' art tal-park.
Il-park huwa magħruf għat-turbiditi uniċi tiegħu. Għandu turbiditi esposti ħafna b'vini tal-kalċit abjad. It-turbiditi huma blat jew sedimenti li jivvjaġġaw fl-oċean bħala partiċelli sospiżi fil-fluss tal-ilma, u b'hekk jikkawżaw effett ta' saffi sedimentarji fil-qiegħ tal-oċean. Maż-żmien is-sedimenti u l-blat jikkumpattjaw u l-proċess jerġa' jirrepeti ruħu bħala ċiklu kostanti. Il-park huwa magħruf ukoll għat-taħlit tal-blat tettoniku tiegħu li ġew imlaqqma "blat jinten" min-nies lokali minħabba r-riħa qawwija ta' petroleum. It-taħlit tal-blat tettoniku huwa blat kbir individwali li huwa kbir biżżejjed li saħansitra jitniżżel fil-mapep impinġija. It-taħlit tal-blat tettoniku tal-Park Nazzjonali Olimpiku jista' jkun kbir daqs dar.
Muntanji bil-glaċieri
immodifikaFi ħdan iċ-ċentru tal-Park Nazzjonali Olimpiku hemm il-Muntanji Olimpiċi b'glaċieri antiki enormi mal-ġnub u mal-meded ippuntati tagħhom. Il-muntanji nfushom huma l-prodotti ta' feles olzat ta' akkumulu relatat maż-żona tas-subduzzjoni tal-Plakka Tettonika ta' Juan De Fuca. Il-kompożizzjoni ġeoloġika hija taħlita kurjuża ta' blat bażaltiku u sedimentarju oċeaniku. In-nofs tal-Punent tal-katina muntanjuża huwa ddominat mill-quċċata tal-muntanja Olimpu, li tlaħħaq is-7,965 pied (2,428 metru). Il-muntanja Olimpu tirċievi ammont kbir ta' borra u b'hekk għandha l-ikbar glaċjazzjoni fost il-qċaċet vulkaniċi kollha fl-Istati Uniti kontigwi 'l barra mill-Kaskati tat-Tramuntana. Fiha diversi glaċieri, u l-ikbar wieħed huwa l-Glaċier ta' Hoh b'tul ta' 3.06 mili (4.93 kilometri). Lejn il-Lvant, il-katina muntanjuża ssir iktar niexfa minħabba d-dell tal-preċipitazzjoni tal-muntanji tal-Punent. Hemmhekk hemm bosta qċaċet għoljin u rdumijiet ippuntati. L-ogħla quċċata tal-inħawi hija l-muntanja Deception, b'għoli ta' 7,788 pied (2,374 metru).
Foresta pluvjali miti
immodifikaIn-naħa tal-Punent tal-park hija miksija bil-foresti pluvjali miti, inkluż il-Foresta Pluvjali ta' Hoh u l-Foresta Pluvjali ta' Quinault, li jirċievu preċipitazzjoni annwali ta' iktar minn 12-il pied (370 ċentimetru), u b'hekk x'aktarx li hija l-iżjed żona li tirċievi preċipitazzjoni fl-Istati Uniti kontinentali.
Għad-differenza tal-foresti pluvjali tropikali u l-biċċa l-kbira ta' reġjuni oħra bil-foresti pluvjali miti, il-foresti pluvjali tal-Majjistral tal-Paċifiku huma ddominati minn siġar koniferi, inkluż l-abit ta' Sitka, it-tsuga tal-Punent, l-abit kostali ta' Douglas u ċ-ċedru aħmar tal-Punent. Il-muski jiksu l-qxur ta' dawn is-siġar u saħansitra jiddendlu mill-friegħi tagħhom mimlijin indewwa.
Il-widien fuq in-naħa tal-Lvant tal-park għandhom foresti primordjali notevoli wkoll, iżda l-klima hija ferm iktar niexfa. L-abit ta' Sitka mhuwiex preżenti, bħala medja s-siġar huma kemxejn iżgħar, u l-veġetazzjoni li tikber taħt is-siġar ġeneralment hija inqas densa u ta' natura differenti. Eżatt fil-Grigal tal-park hemm żona tad-dell tal-preċipitazzjoni fejn il-preċipitazzjoni annwali tlaħħaq medja ta' madwar 17-il pulzier.[11]
Ekoloġija
immodifikaSkont it-tipi ta' veġetazzjoni naturali potenzjali tal-Istati Uniti ta' A. W. Kuchler, il-park jinkorpora ħames klassifikazzjonijiet: tip ta' veġetazzjoni potenzjali bil-mergħat alpini magħrufa wkoll bħala tundra alpina (52) b'forma ta' veġetazzjoni potenzjali ta' mergħat alpini (11); tip ta' veġetazzjoni tal-abit/tat-tsuga (4) b'forma ta' veġetazzjoni ta' foresta konifera tal-Majjistral tal-Paċifiku (1); tip ta' veġetazzjoni taċ-ċedru/tat-tsuga/tal-abit ta' Douglas b'forma ta' veġetazzjoni ta' foresta konifera tal-Majjistral tal-Paċifiku (1); tip ta' veġetazzjoni tal-abit tal-Punent (15) b'forma ta' veġetazzjoni tal-abit/taċ-ċedru/tat-tsuga (1) b'forma ta' veġetazzjoni ta' foresta konifera tal-Majjistral tal-Paċifiku (1).
Minħabba li l-park jinsab fuq peniżola iżolata, b'katina muntanjuża għolja li tiddividiha mill-art lejn in-Nofsinhar, żviluppat bosta speċijiet ta' pjanti u ta' annimali endemiċi (bħall-marmotta Olimpika, il-kampanula ta' Piper u l-vjola ta' Flett). Il-kosta tal-Lbiċ tal-Peniżola Olimpika hija wkoll l-iżjed reġjun mingħajr glaċieri fit-Tramuntana tul il-kosta Paċifika tal-Amerka ta' Fuq, bir-riżultat li – megħjuna mid-distanza mill-qċaċet sal-kosta fl-Aħħar Massimu Glaċjali li kienet kważi d-doppju ta' dak li hi llum il-ġurnata – serviet bħala refuġju li minnu l-pjanti kkolonizzaw ir-reġjun bil-glaċieri lejn it-Tramuntana.
Il-park jipprovdi ħabitat ukoll għal bosta speċijiet (bħaċ-ċriev ta' Roosevelt) li jgħixu biss tul il-kosta tal-Majjistral tal-Paċifiku. B'hekk, ix-xjenzati ddikjarawh bħala riżerva bijoloġika u studjaw l-ispeċijiet uniċi tiegħu sabiex jifhmu aħjar kif jevolvu l-pjanti u l-annimali. Il-park jospita popolazzjonijiet imdaqqsin ta' orsijiet suwed u ċriev ta' denbhom iswed. Il-park fih ukoll popolazzjoni notevoli ta' cougars (madwar 150 individwu). Il-mogħoż tal-muntanji ġew introdotti fil-park bi żball fis-snin 20 tas-seklu 20 u kkawżaw ħafna ħsara lill-flora nattiva. Is-Servizz tal-Parks Nazzjonali attiva pjanijiet ta' ġestjoni sabiex jikkontrolla l-mogħoż.[12]
Il-park huwa stmat li fih 366,000 akru (572 mil kwadru; 1,480 km2) ta' foresti primordjali.[13]
In-nirien forestali qajla jseħħu fil-foresti pluvjali tan-naħa tal-Punent tal-park; madankollu, nixfa qalila wara l-iżjed rebbiegħa niexfa f'100 sena, flimkien ma' akkumulu estremament baxx ta' borra mix-xitwa ta' qabel, irriżultaw f'nirien forestali rari fis-sajf tal-2015.[14]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Park Nazzjonali Olimpiku ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[5]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".[5]
Klima
immodifikaSkont is-sistema tal-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, il-Park Nazzjonali Olimpiku jinkorpora żewġ klassifikazzjonijiet: klima oċeanika miti (Cfb) fin-nofs tal-Punent, u klima Mediterranja bi sjuf sħan (Csb) fin-nofs tal-Lvant. Skont id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti, iż-żona tal-ebusija tal-pjanti fiċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Foresta Pluvjali ta' Hoh hija ta' 8a b'temperatura baxxa estrema annwali medja ta' 14.5 °F (−9.7 °C).[15]
Data klimatika għall-Impjant tar-Rangers ta' Elwha, Washington, temp. normali fl-1991–2020, temp. estremi fl-1942–2017 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 64
(18) |
67
(19) |
70
(21) |
80
(27) |
87
(31) |
93
(34) |
96
(36) |
97
(36) |
91
(33) |
76
(24) |
70
(21) |
65
(18) |
97
(36) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 51.1
(10.6) |
51.9
(11.1) |
60.1
(15.6) |
70.6
(21.4) |
77.8
(25.4) |
82.6
(28.1) |
87.6
(30.9) |
87.0
(30.6) |
79.5
(26.4) |
67.1
(19.5) |
55.4
(13.0) |
49.8
(9.9) |
90.7
(32.6) |
Temp. għolja medja ta' kuljum f'°F (°C) | 41.1
(5.1) |
43.8
(6.6) |
49.7
(9.8) |
56.3
(13.5) |
63.4
(17.4) |
67.2
(19.6) |
73.6
(23.1) |
74.5
(23.6) |
68.1
(20.1) |
55.5
(13.1) |
45.6
(7.6) |
40.7
(4.8) |
56.6
(13.7) |
Temp. medja ta' kuljum f'°F (°C) | 37.0
(2.8) |
38.3
(3.5) |
42.3
(5.7) |
47.1
(8.4) |
53.3
(11.8) |
57.2
(14.0) |
62.2
(16.8) |
63.0
(17.2) |
58.1
(14.5) |
48.5
(9.2) |
40.8
(4.9) |
36.7
(2.6) |
48.7
(9.3) |
Temp. baxxa medja ta' kuljum f'°F (°C) | 32.8
(0.4) |
32.8
(0.4) |
34.9
(1.6) |
37.8
(3.2) |
43.2
(6.2) |
47.2
(8.4) |
50.7
(10.4) |
51.6
(10.9) |
48.0
(8.9) |
41.5
(5.3) |
36.1
(2.3) |
32.7
(0.4) |
40.8
(4.9) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 24.3
(−4.3) |
24.5
(−4.2) |
28.5
(−1.9) |
31.3
(−0.4) |
35.3
(1.8) |
40.4
(4.7) |
44.2
(6.8) |
44.9
(7.2) |
40.6
(4.8) |
32.6
(0.3) |
27.1
(−2.7) |
23.5
(−4.7) |
18.9
(−7.3) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | 2
(−17) |
8
(−13) |
15
(−9) |
26
(−3) |
29
(−2) |
32
(0) |
31
(−1) |
36
(2) |
32
(0) |
21
(−6) |
10
(−12) |
8
(−13) |
2
(−17) |
Preċipitazzjoni medja f'pulzieri (mm) | 8.87
(225) |
6.14
(156) |
6.94
(176) |
3.28
(83) |
1.91
(49) |
1.39
(35) |
0.74
(19) |
1.14
(29) |
1.63
(41) |
5.85
(149) |
10.06
(256) |
9.92
(252) |
57.87
(1,470) |
Medja ta' borra f'pulzieri (cm) | 1.0
(2.5) |
0.5
(1.3) |
0.2
(0.51) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.2
(0.51) |
0.1
(0.25) |
2.0
(5.1) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.01 pulzieri) | 17.8 | 15.4 | 18.2 | 13.8 | 11.5 | 9.5 | 4.9 | 4.8 | 8.0 | 15.0 | 18.6 | 18.4 | 155.9 |
Medja ta' jiem bil-borra (≥ 0.1 pulzieri) | 0.4 | 0.2 | 0.1 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.2 | 0.5 | 1.4 |
Sors 1: NOAA.[16] | |||||||||||||
Sors 2: XMACIS.[17] |
Data klimatika għaċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Foresta Pluvjali ta' Hoh (elevazzjoni: 745 pied / 227 metru), fl-1981–2010 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja ta' kuljum f'°F (°C) | 44.7
(7.1) |
47.9
(8.8) |
51.4
(10.8) |
55.8
(13.2) |
61.8
(16.6) |
65.4
(18.6) |
70.8
(21.6) |
72.2
(22.3) |
67.4
(19.7) |
58.8
(14.9) |
48.9
(9.4) |
43.9
(6.6) |
57.5
(14.2) |
Temp. medja ta' kuljum f'°F (°C) | 39.8
(4.3) |
41.2
(5.1) |
43.5
(6.4) |
46.8
(8.2) |
52.1
(11.2) |
56.1
(13.4) |
60.5
(15.8) |
61.3
(16.3) |
57.5
(14.2) |
50.8
(10.4) |
43.2
(6.2) |
38.8
(3.8) |
49.3
(9.6) |
Temp. baxxa medja ta' kuljum f'°F (°C) | 34.8
(1.6) |
34.4
(1.3) |
35.6
(2.0) |
37.8
(3.2) |
42.4
(5.8) |
46.8
(8.2) |
50.1
(10.1) |
50.5
(10.3) |
47.6
(8.7) |
42.7
(5.9) |
37.6
(3.1) |
33.8
(1.0) |
41.2
(5.1) |
Preċipitazzjoni medja f'pulzieri (mm) | 20.59
(523) |
14.45
(367) |
14.78
(375) |
10.60
(269) |
6.39
(162) |
4.68
(119) |
2.16
(55) |
2.76
(70) |
4.15
(105) |
13.11
(333) |
22.55
(573) |
19.07
(484) |
135.29
(3,436) |
Umdità relattiva medja (%) | 85.1 | 76.0 | 76.8 | 74.1 | 71.9 | 73.9 | 68.8 | 69.9 | 69.0 | 74.2 | 83.0 | 83.1 | 75.5 |
Punt tan-nida medju f'°F (°C) | 35.7
(2.1) |
34.2
(1.2) |
36.7
(2.6) |
39.0
(3.9) |
43.3
(6.3) |
47.9
(8.8) |
50.2
(10.1) |
51.4
(10.8) |
47.4
(8.6) |
42.9
(6.1) |
38.4
(3.6) |
34.1
(1.2) |
41.8
(5.4) |
Sors: PRISM.[18] |
Storja umana
immodifikaQabel l-influss tal-insedjaturi Ewropej, il-popolazzjoni umana fil-Park Nazzjonali Olimpiku kienet tikkonsisti minn Amerikani Nattivi, li huwa maħsub li l-użu tagħhom tal-peniżola kien prinċipalment għas-sajd u għall-kaċċa. Madankollu, minn analiżijiet reċenti flimkien ma' stħarriġiet arkeoloġiċi reċenti tal-muntanji (il-muntanja Olimpu u ktajjen muntanjużi oħra tal-Majjistral), ħareġ li l-użu kien iktar tribali, speċjalment tal-mergħat subalpini. Il-biċċa l-kbira jekk mhux il-kulturi indiġeni kollha tal-Majjistral tal-Paċifiku ġew affettwati b'mod avvers mill-mard Ewropew (li spiss kważi qeridhom għalkollox) u minn fatturi oħra, ferm qabel ma l-etnografi, l-operazzjonijiet tan-negozju u l-insedjaturi waslu fir-reġjun, għaldaqstant dak li raw u rreġistraw kienet kultura nattiva ferm iktar ċkejkna. Għadd kbir ta' siti kulturali issa ġew identifikati fil-muntanji Olimpiċi, u nstabu artefatti importanti wkoll.
Meta l-insedjaturi bdew jitfaċċaw, l-industrija tal-estrazzjoni fil-Majjistral tal-Paċifiku kienet qed tikber, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħsad tal-injam, li beda bil-kbir fl-aħħar tas-sekl 19 u fil-bidu tas-seklu 20. L-oppożizzjoni tal-pubbliku kontra l-qtugħ tas-siġar bdiet tifforma fis-snin 20 tas-seklu 20, meta n-nies bdew jilmħu l-ewwel xaqlibiet tal-għoljiet ikklerjati mis-siġar. F'dan il-perjodu kien hemm splużjoni ta' interess tan-nies fil-ħajja fil-beraħ; biż-żieda fl-użu tal-karozzi, in-nies bdew iżuru iktar postijiet li qabel kienu remoti bħall-Peniżola Olimpika.
Ir-rekord formali ta' proposta għal park nazzjonali ġdid fil-Peniżola Olimpika beda bl-ispedizzjonijiet ta' figuri magħrufa sew bħal-Logutenent Joseph P. O'Neil u l-Imħallef James Wickersham, matul is-snin 90 tas-seklu 19. Dawn in-nies notevoli ltaqgħu fin-natura selvaġġa Olimpika huma u jesploraw l-inħawi, u sussegwentement għaqdu l-isforzi politiċi tagħhom flimkien biex ir-reġjun jingħata xi tip ta' status ta' protezzjoni. Fit-22 ta' Frar 1897, il-President Grover Cleveland ħoloq ir-Riżerva Forestali Olimpika, li saret il-Foresta Nazzjonali Olimpika fl-1907. Wara għadd ta' sforzi li ma rnexxewx fil-Leġiżlatura tal-Istat ta' Washington biex l-inħawi jingħataw protezzjoni ulterjuri fil-bidu tas-seklu 20, il-President Theodore Roosevelt ħoloq il-Monument Nazzjonali tal-Muntanja Olimpu fl-1909, primarjament biex iħares l-artijiet supalpini fejn jitgħammru u jistrieħu fis-sajf il-merħliet taċ-ċriev ta' Roosevelt li huma nattivi ta' dan il-park.
Public desire for preservation of some of the area grew until President Franklin D. Roosevelt signed a bill creating a national park in 1938. The Civilian Conservation Corps constructed a headquarters in 1939 with funds from the Public Works Administration. It is now on the National Register of Historic Places. The national park was expanded by 47,753 acres (19,325 ha) in 1953 to include the Pacific coastline between the Queets and Hoh rivers, as well as portions of the Queets and Bogachiel valleys.
Madankollu, saħansitra wara li ġie ddikjarat bħala park, il-Park Nazzjonali Olimpiku baqa' jsir qtugħ illegali tas-siġar ġo fih, u għad hemm battalji politiċi sal-lum minħabba l-injam ta' valur inkredibbli li hemm fi ħdan il-konfini tiegħu. Il-qtugħ tas-siġar għadu jsir fil-Peniżola Olimpika, iżda mhux fi ħdan il-park. Iż-Żona Selvaġġa Olimpika, żona ddeżinjata għan-natura selvaġġa ta' ġo fiha, ġiet stabbilita mill-gvern federal fl-1988 u kienet tinkludi 877,000 akru (355,000 ettaru) fi ħdan il-Park Nazzjonali Olimpiku. Fl-2017 bdiet tissejjaħ bħala Żona Naturali Selvaġġa ta' Daniel J. Evans f'ġieħ il-Gvernatur u s-Senatur tal-Istati Uniti Daniel J. Evans, li kien kosponsorja l-leġiżlazzjoni tal-1988. Tkabbir propost taż-żona tan-natura selvaġġa b'125,000 akru (51,000 ettaru) fl-2022 ma twettaqx.
Fawna
immodifikaFost l-annimali li jgħixu f'dan il-park nazzjonali hemm iċ-chipmunks, l-iskojjattli, l-iskunks, sitt speċijiet ta' friefet il-lejl, il-ballottri, il-kojote, il-ġrieden tal-foresti, il-ballottri forestali wikkiela tal-ħut, il-lontri tax-xmajjar, il-beavers, il-volpi aħmar, il-mogħoż tal-muntanji, il-martens, il-bobcats, l-orsijiet suwed, il-linċi tal-Kanada, il-firien tal-foresti, il-liebri tal-borra, il-bugeddum u l-cougars. Qrib ix-xatt tal-park jgħixu wkoll il-balieni, id-dniefel, l-iljuni tal-baħar, il-foki u l-lontri tal-baħar. Fost l-għasafar li jtiru f'dan il-park hemm l-għasafar tal-priża, il-bumistur tax-xitwa, is-sultan taċ-ċawl tal-Kanada, iż-żanżarell ta' Hammond, il-bagħal ta' Wilson, il-faġan blu, l-ekru taż-żnuber, iċ-ċawlun, il-kokka tat-tikek, is-sitta ta' sidru aħmar, l-għasfur tal-għana tal-kappa lewn id-deheb, iċ-chickadee qastni, il-merill ta' Swainson, il-kruċjat aħmar, il-merill eremit, iż-żanżarell ta' ġenbu żebbuġi, l-ajkla ta' rasha bajda, il-pespus tal-Punent, il-kokka nana tat-Tramuntana, il-pespus ta' Townsend, is-solitarju ta' Townsend, ir-rondun ta' Vaux, il-ħamiema ta' denbha bl-istrixxi u l-bumunqar ta' filgħaxija.
Rikreazzjoni
immodifikaHemm diversi toroq fil-park, iżda l-ebda waħda ma tibqa' sejra wisq 'il ġewwa fil-qalba tal-park. Il-park fih network ta' mogħdijiet għall-mixi, għalkemm id-daqs u r-remotezza tiegħu jfissru li normalment wieħed ikollu jdum iktar minn tmiem il-ġimgħa wieħed biex jasal fil-qalba għolja tal-park. Il-veduti tal-foresta pluvjali, b'bosta pjanti u sfumaturi ta' aħdar, jistħoqqilhom is-sogru tal-possibbiltà ta' xita matul il-vjaġġ, għalkemm f'Lulju, f'Awwissu u f'Settembru spiss ikun hemm perjodi pjuttost twal mingħajr xita.
Karatteristika mhux tas-soltu tal-Park Nazzjonali Olimpiku hija l-opportunità li wieħed imur jimxi fit-tul ta' fuqu senduqu tul il-bajja. It-tul tal-kosta fil-park hija biżżejjed biex wieħed iqatta' vjaġġi li jdumu jiem sħaħ, b'jiem sħaħ ta' mixi tul il-bajja. Għalkemm il-wita hija ideali meta mqabbla mad-diffikultà biex wieħed jixxabbat max-xaqlibiet tal-muntanji (il-Baċir tas-Seba' Lagi huwa eżempju notevoli), dak li jkun irid joqgħod attent għall-marea; fl-idjaq partijiet tal-bajjiet, il-marea għolja tibqa' tiela' sal-irdumijiet ta' wara u timblokka l-passaġġ. Diversi promontorji huma impenjattivi, b'taħlita ta' mogħdijiet imtajna weqfin u mogħdijiet bi ħbula fissi.
Matul ix-xitwa, il-veduta magħrufa bħala Hurricane Ridge toffri bosta attivitajiet sportivi tax-xitwa. Il-Klabb tal-Isports tax-Xitwa ta' Hurricane Ridge jopera ż-Żona tal-Iskijjar u tal-Isnowboard ta' Hurricane Ridge, li hija żona alpina tal-iskijjar mingħajr profitt fejn jiġu offruti lezzjonijiet tal-iskijjar, kirjiet u biljietti rħas tal-lifts għall-iskijjar. Iż-żona alpina żgħira fiha żewġ irmonk bil-ħbula u lift wieħed tat-tip poma. Ammont kbir mit-terren fuq ġewwa tal-park huma aċċessibbli għall-iskijjar, għall-isnowboards, u għall-mixi meta t-Triq ta' Hurricane Ridge tkun miftuħa. L-aċċess fix-xitwa għat-Triq ta' Hurricane Ridge attwalment tiġi limitata għal aċċess mill-Ġimgħa sal-Ħadd, skont kif ikun it-temp. Il-Koalizzjoni tal-Aċċess fix-Xitwa ta' Hurricane Ridge hija sforz komunitarju biex jibda jkun hemm aċċess il-ġimgħa kollha permezz tat-triq ta' Hurricane Ridge (l-unika triq tal-park li tagħti aċċess għat-terren alpin fix-xitwa).
Ir-rafting huwa disponibbli fuq ix-xmajjar Elwha u Hoh. Il-vjaġġi bid-dgħajjes huma komuni fil-Lag ta' Ozette, fil-Lag ta' Crescent u fil-Lag ta' Quinault. Is-sajd huwa permess fix-xmara Ozette, fix-xmara Queets (taħt il-Qala ta' Tshletshy), fix-xmara Hoh, fix-xmara Quinault (taħt il-Pont tax-xmara Quinault fix-Xatt tat-Tramuntana), fix-xmara Quillayute u fix-xmara Dickey. Liċenzja tas-sajd mhix meħtieġa biex wieħed jistad fil-park. Is-sajd għat-trota ta' Dolly Varden mhux permess u trid tiġi meħlusa minnufih jekk tinqabad bi żball.
Wieħed jista' jgawdi veduti mill-isbaħ tal-Park Nazzjonali Olimpiku mill-veduta ta' Hurricane Ridge. It-triq li tmur lejn il-Punent miċ-ċentru għall-viżitaturi ta' Hurricane Ridge fiha diversi żoni għall-picnics u diversi mogħdijiet għall-mixi. Mogħdija pavimentata msejħa l-Mogħdija ta' Hurricane Hill hija twila madwar 1.6 mil (2.6 kilometri) kull naħa, b'żieda fl-elevazzjoni ta' madwar 700 pied (210 metri). Mhix ta' barra minn hawn li wieħed isib il-borra f'dawn il-mogħdijiet saħansitra f'Lulju. Diversi mogħdijiet imħarbta oħra ta' distanzi li jvarjaw u ta' livelli ta' diffikultà differenti joforqu mill-mogħdija ta' Hurricane Hill. Iż-żoni għall-picnics ikunu miftuħin biss fis-sajf u hemm faċilitajiet ta' latrini, ilma tax-xorb u aċċess pavimentat għall-imwejjed għall-picnics.
Iċ-ċentru għall-viżitaturi ta' Hurricane Ridge nħaraq fis-7 ta' Mejju 2023. Mibni fis-snin 50 tas-seklu 20, iċ-ċentru kien fih mappa topografija tridimensjonali tal-Park Nazzjonali Olimpiku, ċentru multimedjali fejn kienu jintwerew id-dokumentarji dwar in-natura tal-inħawi, kif ukoll wirjiet interpretattivi oħra, u ħanut għat-tifkiriet. Attwalment ma hemmx skeda meta se jerġa' jkun hemm ċentru minfloku; il-proġett għar-rikostruzzjoni taċ-ċentru u għall-istabbiliment ta' ċentru temporanju għall-viżitaturi ġie allokat $80 miljun ta' finanzjament federali fl-aħħar tal-2023.
Proġett ta' Rpiljar tal-Ekosistema ta' Elwha
immodifikaIl-Proġett ta' Rpiljar tal-Ekosistema ta' Elwha huwa t-tieni l-ikbar proġett ta' rpiljar ta' ekosistema fl-istorja tas-Servizz tal-Parks Nazzjonali wara dak tal-Park Nazzjonali ta' Everglades. Kien jikkonsisti mit-tneħħija tad-Diga tal-Kanjon ta' Glines li kienet għolja 210 piedi (64 metru) u mid-drenaġġ tal-ġibjun tagħha, il-Lag ta' Mills, kif ukoll it-tneħħija tad-Dioga ta' Elwha li kienet għolja 108 piedi (33 metru) u tal-ġibjun tagħha, il-Lag ta' Aldwell, mix-xmara Elwha. Malli tneħħew, il-park reġa' seta' jinħakem mill-veġetazzjoni max-xaqlibiet u mal-qigħan tax-xmajjar sabiex ma jkunx hemm erożjoni u sabiex l-irpiljar ekoloġiku jitħaffef. L-iskop primarju ta' dan il-proġett kien l-irpiljar tal-istokkijiet anadromi tas-salamun tal-Paċifiku u tat-trota qawsalla fix-xmara Elwha, li ġew imċaħda l-aċċess għall-65 mil (105 kilometri) tal-ħabitat tax-xmara għal iktar minn 95 sena minħabba dawk id-digi. It-tneħħija tad-digi tlestiet fl-2014.
Referenzi
immodifika- ^ Angeles, Mailing Address: 600 E. Park Avenue Port; Us, WA 98362 Phone: 360 565-3130 Contact. "Directions and Transportation - Olympic National Park (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-01.
- ^ The Economy of the Olympic Peninsula and Potential Impacts of the Draft Congressional Watershed Conservation Proposal. Bozeman: Headwaters Economics. Marzu 2012. p. 6.
- ^ National Geographic Guide to National Parks of the United States (7th ed.). Washington, DC: National Geographic Society. 2011. p. 402. ISBN 9781426208690.
- ^ "Proclamations and Orders Relating to the National Park Service, Vol. II January 1, 1945 - January 20, 2001 - Legislative and Congressional Affairs (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-01.
- ^ a b ċ "Olympic National Park". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-01.
- ^ "The National Parks: Index 2009–2011". www.nps.gov. Miġbur 2024-08-01.
- ^ "Visit Wilderness". wilderness.net (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-01.
- ^ "Olympic Wilderness re-named for Sen. Dan Evans | The Spokesman-Review". www.spokesman.com. Miġbur 2024-08-01.
- ^ Ollikainen, Rob (2017-08-18). "Ceremony marks change of name to Daniel J. Evans Wilderness". Peninsula Daily News (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-01.
- ^ "Dokument tal-Istabbiliment tal-Park" (PDF).
- ^ "Weather | Sequim Tourism, WA - Official Website". www.visitsunnysequim.com. Miġbur 2024-08-02.
- ^ "Mountain Goats in Olympic National Park: Biology and Management of an Introduced Species (Chapter 4)". www.nps.gov. Miġbur 2024-08-02.
- ^ Bolsinger, Charles L.; Waddell, Karen L. (December 1993). Area of Old-growth Forests in California, Oregon, and Washington. Resource Bulletin. Vol. PNW-RB-197. Portland: U.S. Dept. of Agriculture, Forest Service, Pacific Northwest Research Station.
- ^ "Paradise Fire". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-22. Miġbur 2024-08-02.
- ^ "2023 USDA Plant Hardiness Zone Map | USDA Plant Hardiness Zone Map". planthardiness.ars.usda.gov. Miġbur 2024-08-02.
- ^ "National Oceanic and Atmospheric Administration". www.noaa.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-02.
- ^ "xmACIS2". xmacis.rcc-acis.org. Miġbur 2024-08-02.
- ^ "PRISM Climate Group at Oregon State University". prism.oregonstate.edu. Miġbur 2024-08-02.