Parantechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament id-Dibbler (magħruf ħafna ukoll bħala d-Dibbler tan-Nofsinhar), tal-kontinent tal-Awstralja.

Parantechinus apicalis membru fil-ġeneru Parantechinus

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.

Il-ġeneru Parantechinus huwa monotipiku u jiġbor fih speċi waħda biss ħajja. Sa ftit snin ilu dan il-ġeneru, kien jinkludi fih id-Dibbler tat-Tramuntana Parantechinus bilarni ukoll, sakemm studji ġenetiċi wrew li dan huwa relatat aktar fil-qrib ma'-Anteċini l-foloz u b'hekk tmexxa fil-ġeneru Pseudantechinus u sar Pseudantechinus bilarni (għal din ir-raġuni li llum il-ġurnata mmsejjaħ aktar bl-isem Anteċinu falz tat-Tramuntana). Minbarra hekk, l-unika speċi f' dan il-ġeneru Parantechinus apicalis, kienet meqjusa estinta għall- 80 sena sħah, sakemm reġgħet ġiet skoperta mill-ġdid fl-1967.

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Parantechinus

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.
immodifika