Dasyurus
Dasyurus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament il-Kwollijiet jew kif xi jissejħu ukoll il-qtates marsupjali jew qtates nativi, tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dasyurus Firxa tal-fossili: Mijoċen tard sa riċenti | |
---|---|
Dasyurus maculatus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Infraklassi: | Marsupialia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Sottofamilja: | Dasyurinae |
Ġeneru: | Dasyurus É. Geoffroy, 1796 |
Speċi | |
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Dasyurus jiġbor fiħ 7 speċi, 1 estinta u 6 estanti. Il-Kwollijiet snin ilu kienu ikklassifikat f' bosta fil-ġeneri, sakemm studji ġeneetiċi aktar fil-fond urew li dawn huma kollha relatati fil-qrib, tant li kollha jikklassifikaw f' ġeneru wieħed.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kwoll, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Dasyurus
immodifika- Ġeneru Dasyurus (Geoffroy,1796)
- Kwoll ta' Gwineja l-Ġdida, Dasyurus albopunctatus (Schlegel,1880)
- Kwoll ta' Dunmall, Dasyurus dunmalli (Bartholomai,1971) (estinta)
- Kwoll tal-Punent jew Ċudiċ, Dasyurus geoffroii (Gould,1841)
- Kwoll tat-Tramuntana, Dasyurus hallucatus (Gould,1842)
- Kwoll tigra jew Kwoll ta' denba bit-tikkek, Dasyurus maculatus (Kerr,1792)
- Kwoll tal-bronż, Dasyurus spartacus (Van Dyck,1987)
- Kwoll tal-Lvant, Dasyurus viverrinus (Shaw,1800)
Referenzi
immodifika- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0-8018-5789-9.