Neophascogale
Neophascogale huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament id-Dasjur tan-nemex (magħruf ukoll bħala Dasjur ta' Lorentz, Ġurdien marsupjal ta' Lorentz, Ġurdien marsupjal tan-nemex jew Ġurdien marsupjal tad-dwiefer twal), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Neophascogale | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Sottofamilja: | Dasyurinae |
Ġeneru: | Neophascogale Stein, 1933 |
Speċi: | N. lorentzi |
Isem binominali | |
Neophascogale lorentzi (Jentink, 1911) | |
Speckled dasyure range |
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Neophascogale huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fiħ speċi waħda biss estanti.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kaluta aħmar ċkejken, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Neophascogale
immodifika- Ġeneru Neophascogale (Stein,1933)
- Neophascogale lorentzi (Jentink,1911)
Referenzi
immodifika- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0-8018-5789-9.