Phascolosorex
Phascolosorex huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament il-ġrieden marsupjali), tal-kontinent tal-Awstralja.
Phascolosorex | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Dasyuromorphia |
Familja | Dasyuridae |
Sottofamilja | Dasyurinae |
ġeneru | Phascolosorex Matschie, 1916
|
Dan il-ġeneru qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' disa' ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Phascolosorex jiġbor fih żewġ speċi ħajjin.
Lista tal-ispeċi
immodifika- Ġeneru Phascolosorex (Matschie,1916)
- Ġurdien marsupjal ta' żaqqu ħamra, Phascolosorex doriae (Thomas, 1886)
- Ġurdien marsupjal tal-istrixxa rqiqa, Phascolosorex dorsalis (Peters & Doria, 1876)
Referenzi
immodifika- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Nowak, Ronald M. Walker's Mammals of the World, Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899