Opossum sufi
L-opossum sufi (Caluromys) jista' jkun wieħed minn 3 speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Caluromys sp. (l-ispeċi fil-ġeneru Caluromys). Dawn huma mammiferi marsupjali tas-sottofamilja Caluromyinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinenti Amerikani u huma mifruxin minn Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' fuq, san-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum sufi | |
---|---|
Caluromys b'ferħ | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | * Caluromys derbianus |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Caluromyinae (Kirsch, 1977) |
Ġeneru: | Caluromys (J.A. Allen, 1900) |
Dawn l-speċi ta' opossumi , ġeneralment jippreferu jgħixu f'abitat ta' foresti subtropikali jew tropikali xotti, kemm dawk dejjem ħodor kif ukoll dawk li jwaqqgħu l-weraq u foresti umdi.
L-Opossumi sufin kollha tal-ġeneru Caluromys, huma marsupjali strettament tas-siġar, għandhom il-kwozjent tal-enċefalizazjoni (il-massa ċelebrali mqabbla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata ogħla minn dik tal-opossumi l-oħra, boton iżgħar u denb twil u tqil ħafna f'aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.
Dieta
immodifikaL-Opossum sufin huwa Mammiferu marsupjali Omnivoru u d-dieta tiegħu tikkonsisti mill-frott, min-nettaru, miż-żrieragħ, mill-weraq, mill-fjuri, mill-ħxejjex, mill-insetti, minn annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħra u probabbilment minn annimali mejta wkoll.
Distribuzjoni
immodifikaDawn l-opossumi sufin għandhom distribuzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fil-kontinenti Amerikani u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, fil-Beliże, fil-Bolivja, fil-Brażil, fl-Ekwador, fil-Gujana, fil-Gujana Franċiża, fil-Gwatemala, fil-Ħonduras, fil-Kolombja, fil-Kosta Rika, filMessiku, fin-Nikaragwa, f'Panama, fil-Paragwaj, fil-Peru, fis-Surinam, fi Trinidad u Tobago u fil-Venezwela (inklużi l-Antilles tal-Venezwela, il-Gżira ta' Margarita).
Klassifikazjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Caluromyinae
- Ġeneru Caluromys
- Sottoġeneru Caluromys
- Opossum sufi ta' denbu għarwien, Caluromys philander
- Sottospeċi
- Caluromys philander affinis (Wagner,1842)
- Caluromys philander dichurus (Wagner,1842)
- Caluromys philander philander (Linnaeus,1758)
- Caluromys philander trinitatis (Thomas,1894)
- Sottospeċi
- Opossum sufi ta' denbu għarwien, Caluromys philander
- Sottoġeneru Mallodelphys
- Opossum sufi ta' Derby, Caluromys derbianus
- Sottospeċi
- Caluromys derbianus aztecus (Thomas 1913)
- Caluromys derbianus centralis (Hollister 1914)
- Caluromys derbianus derbianus (Waterhouse 1841)
- Caluromys derbianus fervidus (Thomas 1913)
- Caluromys derbianus nauticus (Thomas 1913)
- Caluromys derbianus pallidus (Thomas 1899)
- Sottospeċi
- Opossum sufi tal-widnejn kannella, Caluromys lanatus
- Sottospeċi
- Caluromys lanatus cicur (Bangs,1898)
- Caluromys lanatus lanatus (Olfers,1818)
- Caluromys lanatus nattereri (Matschie,1917)
- Caluromys lanatus ochropus (Wagner,1842)
- Caluromys lanatus ornatus (Tschudi,1845)
- Caluromys lanatus vitalinus (Miranda-Ribeiro,1936)
- Sottospeċi
- Opossum sufi ta' Derby, Caluromys derbianus
- Sottoġeneru Caluromys
- Ġeneru Caluromys
- Sottofamilja Caluromyinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-8018-8221-4
- John F. Eisenberg and Kent H. Redford, 2000. Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil.
Link Esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Caluromys derbianus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Caluromys lanatus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Caluromys philander In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.