Opossum sufi ta' denbu għarwien
L-Opossum sufi ta' denbu għarwien, magħruf xjentifikament bħala Caluromys philander, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u mifrux mal-Lvant kollu tal-kontinent, mil-Lvant tal-Kolombja sat-Tramuntana tal-Arġentina.
Opossum sufi ta' denbu għarwien | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Caluromys |
speċi | Caluromys philander Linnaeus, 1758
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Dan huwa speċi ta' opossum sufi li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti subtropikali jew tropikali xotti, u jinsab fi stat, kemm minn dak ta' lokalment komuni, kif ukoll fi stat ta' mhux komuni f' inħawi oħrajn.
Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-Opossum sufi ta' denbu għarwien huwa annimal strettament tas-siġar, għandu il-kwozjent tal-enċefalizazjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għolja minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f' aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.
Dieta
immodifikaL-Opossum sufi ta' denbu għarwien huwa annimal omnivoru u d-dieta tikkonsisti minn frott, nettari, żrieragħ, ħxejjex, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.
Distribuzzjoni
immodifikaDan l-opossum sufi għandu distribuzzjoni ma' bosta pajjiżi fil-Lvant tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab fil-Arġentina, Brażil, Ekwador, Gujana, Gujana Franċiża, Kolombja, Surinam, Trinidad u Tobago u Venezwela (inklużi l-Antilles tal-Venezwela, il-Gżira ta' Margarita).
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Caluromyinae
- Ġeneru Caluromys
- Sottoġeneru Caluromys
- Opossum sufi ta' denbu għarwien, Caluromys philander
- Sottospeċi
- Caluromys philander affinis (Wagner,1842)
- Caluromys philander dichurus (Wagner,1842)
- Caluromys philander philander (Linnaeus,1758)
- Caluromys philander trinitatis (Thomas,1894)
- Sottospeċi
- Opossum sufi ta' denbu għarwien, Caluromys philander
- Sottoġeneru Caluromys
- Ġeneru Caluromys
- Sottofamilja Caluromyinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- John F. Eisenberg and Kent H. Redford, 2000. Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil.
Ħoloq Esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Caluromys philander In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.