Opossum sufi ta' widnejh kannella

(Rindirizzat minn Caluromys lanatus)


L-Opossum sufi ta' widnejh kannella jew Opossum sufi tal-Ekwador jew Opossum sufi tal-Punent, magħruf xjentifikament bħala Caluromys lanatus, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Opossum sufi ta' widnejh kannella
Opossum sufi ta' widnejh kannella Caluromys lanatus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Caluromyinae
Ġeneru: Caluromys
(J.A. Allen, 1900)
Speċi: C. lanatus
Isem binominali
Caluromys lanatus
(Olfers, 1818)
Sottospeċijiet
Firxa ta' l-Opossum sufi ta' widnejh kannella Caluromys lanatus

Dan huwa speċi ta' opossum sufi li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti umdi għalkemm jinsab ukoll f' dawk subtropikali jew tropikali xotti, u jinsab fi stat kemm minn dak ta' lokalment komuni, kif ukoll fi stat ta' mhux komuni ukoll f' inħawi oħra.

Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-opossum sufi ta' widnejh kannella huwa annimal strettament siġri (jgħix fis-siġar), għandu il-kwozjent tal-enċefalizazzjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għojla minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f' aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.

Dieta immodifika

L-Opossum sufi ta' widnejh kannella huwa annimal omnivoru u d-dieta tikkonsisti minn frott, nettari, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.

Distribuzzjoni immodifika

Dan l-opossum sufi għandu distribuzzjoni f' bosta pajjiżi u mal-biċċa l-kbira tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab fil-Arġentina, Bolivja, Brażil, Ekwador, Kolombja, Paragwaj, Peru u Venezwela.

Klassifikazzjoni immodifika

Referenzi immodifika

  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
  • New World Marsupial Specialist Group 1996.Caluromys lanatus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.

Ħoloq/Linkijiet Esterni immodifika