Opossum sufi ta' widnejh kannella
L-Opossum sufi ta' widnejh kannella jew Opossum sufi tal-Ekwador jew Opossum sufi tal-Punent, magħruf xjentifikament bħala Caluromys lanatus, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum sufi ta' widnejh kannella | |
---|---|
Opossum sufi ta' widnejh kannella Caluromys lanatus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Caluromyinae |
Ġeneru: | Caluromys (J.A. Allen, 1900) |
Speċi: | C. lanatus |
Isem binominali | |
Caluromys lanatus (Olfers, 1818) | |
Sottospeċijiet | |
Firxa ta' l-Opossum sufi ta' widnejh kannella Caluromys lanatus |
Dan huwa speċi ta' opossum sufi li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti umdi għalkemm jinsab ukoll f' dawk subtropikali jew tropikali xotti, u jinsab fi stat kemm minn dak ta' lokalment komuni, kif ukoll fi stat ta' mhux komuni ukoll f' inħawi oħra.
Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-opossum sufi ta' widnejh kannella huwa annimal strettament siġri (jgħix fis-siġar), għandu il-kwozjent tal-enċefalizazzjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għojla minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f' aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.
Dieta
immodifikaL-Opossum sufi ta' widnejh kannella huwa annimal omnivoru u d-dieta tikkonsisti minn frott, nettari, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.
Distribuzzjoni
immodifikaDan l-opossum sufi għandu distribuzzjoni f' bosta pajjiżi u mal-biċċa l-kbira tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab fil-Arġentina, Bolivja, Brażil, Ekwador, Kolombja, Paragwaj, Peru u Venezwela.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Caluromyinae
- Ġeneru Caluromys
- Sottoġeneru Mallodelphys
- Opossum sufi ta' widnejh kannella, Caluromys lanatus
- Sottospeċi
- Caluromys lanatus cicur (Bangs,1898)
- Caluromys lanatus lanatus (Olfers,1818)
- Caluromys lanatus nattereri (Matschie,1917)
- Caluromys lanatus ochropus (Wagner,1842)
- Caluromys lanatus ornatus (Tschudi,1845)
- Caluromys lanatus vitalinus (Miranda-Ribeiro,1936)
- Sottospeċi
- Opossum sufi ta' widnejh kannella, Caluromys lanatus
- Sottoġeneru Mallodelphys
- Ġeneru Caluromys
- Sottofamilja Caluromyinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Caluromys lanatus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.