Nicolás Cotoner
Nicolás Cotoner y de Oleza (Katalan: Nicolau Cotoner i d'Olesa; 1608, Mallorca – 29 ta' April 1680, Malta ) kien kavallier Katalan tal-Kuruna ta' Aragona li serva bħala l-61 Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta, bejn l-1663 u l-1680. Huwa kien iben Marc Antoni Cotoner i de Santmartí u ħu l-Gran Mastru preċedenti, Rafael Cotoner.[1]
Nicolás Cotoner | |||
---|---|---|---|
1663 - 1680 ← Rafael Cotoner - Gregorio Carafa → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Palma de Mallorca, 1608 | ||
Nazzjonalità | Kuruna ta' Aragona | ||
Mewt | Malta, 29 April 1680 | ||
Post tad-dfin |
Konkatidral ta' San Ġwann Església de Sant Jaume de Palma (en) | ||
Familja | |||
Aħwa |
uri | ||
Tribù | House of Cotoner (en) | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi |
Spanjol Katalan | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
patri ġellied ospitaljier |
Fl-1669, wara l-waqgħa ta' Candia, Nicolas Cotoner saħħaħ is-swar ta' Malta minħabba l-biża' ta' attakk Ottoman. Huwa ffinanzja l-bini tal-Swar tal-Kottonera, li ssemmew għalih wara mewtu. Dawn is-linji jistgħu jakkomodaw sa 40,000 ruħ f’każ ta’ invażjoni.[2] Matul ir-renju ta’ Cotoner inbniet ukoll il-Forti Rikażli u saru diversi modifiki fis-Swar tal-Furjana.
Magħruf bħala strateġista u diplomatiku, il-prestiġju tal-ordni kiber fi żmienu, l-aktar fi Franza, Venezja u l-Ingilterra. Fl-1674 iffinanzja skola ta' Anatomija u Mediċina bħala anness tas-Sacra Infermeria f'Malta.
Huwa fassal (bit-Taljan) il-kostituzzjonijiet u l-istatuti tal-ordni (1674).
Nicolas Cotoner kompla x-xogħol ta’ renovazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mibdi minn ħuh, Rafael. Kien hekk li żdied sew il-ġmiel fl-intern tal-katidral, fosthom il-pitturi mas-saqaf mill-artist Kalabriż Mattia Preti kif ukoll ħafna mil-lavur u l-induratura tal-biċċa l-kbira tal-ħitan.
Huwa miet fid-29 ta’ April 1680 u jinsab midfun fil-Kappella ta’ Aragona fil-Kon-Katidral. Qalbu, bħal ta’ ħuħ Rafael, intbagħtet Mallorca mal-Kmandant Moix għad-difna f’Església de Sant Jaume de Palma, il-knisja parrokkjali fl-istess triq tad-dar tal-familja.[bżonn referenza]
Warajh laħaq Gran Mastru Gregorio Carafa.
Monument sepolkrali
immodifikaIl-monument sepolkrali lill-Granmastru Nicolas Cotoner, li jinsab b’mod prominenti fuq in-naħa tal-lemin tal-artal maġġur fil-kappella tal-Langue of Aragona fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, inħadem minn Domenico Guidi u huwa wieħed mill-aktar monumenti prominenti u sbieħ fil-katidral. Il-monument ta’ Cotoner jikkonsisti f’distribuzzjoni piramidali ta’ figuri bi grupp ċentrali ta’ parafernalia trijonfali bħal armi u trofej li jdawru bust tal-Granmastru tal-bronż indurat bid-deheb. Fin-naħa ta' fuq hemm kerubin iżomm it-tarka bl-arma ta' Cotoner filwaqt li l-allegorija tal-Fama tidher iddoqq tromba trijonfanti. Dan il-monument sepolkrali kien armat fil-kappella f’Ġunju tal-1686.[3]
Referenzi
immodifika- ^ Richards, Brian (2008). Malta (5 ed.). New Holland Publishers. p. 65. ISBN 978-1-84537-871-4.
- ^ "Birgu's Fortifications". Birgu Local Council. Arkivjat minn l-oriġinal fl-26 June 2015. Miġbur 24 July 2015.
- ^ "The Nicolas Cotoner Monument". St. John's Co-Cathedral. Arkivjat minn l-oriġinal fl-24 July 2015. Miġbur 24 July 2015.
Predeċessur Rafael Cotoner |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1663–1680 |
Suċċessur |