Mbanza Kongo

belt fl-Angola

Mbanza Kongo, spelluta wkoll M'banza-Kongo (pronunzjata: [ɐ̃ˈbɐ̃zɐ], [ĩˈbɐ̃zɐ], [mɨˈβɐ̃zɐ] jew [miˈβɐ̃zɐ ˈkõɡu] u magħrufa bħala São Salvador bil-Portugiż mill-1570 sal-1976; bil-Kongo: Mbânza Kôngo), hija l-belt kapitali tal-Provinċja ta' Zaire[1][2] fil-Majjistral tal-Angola b'popolazzjoni ta' 148,000 ruħ fl-2014.[3] M'banza Kongo kienet il-belt kapitali tar-Renju tal-Kongo mill-istabbiliment tagħha qabel il-wasla tal-Portugiżi fl-1483 sal-abolizzjoni tar-renju fl-1915, apparti perjodu qasir ta' abbandun matul il-gwerer ċivili fis-seklu 17. Fl-2017, M'banza Kongo tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4][5]

Mbanza Kongo
 Angola
Amministrazzjoni
Stat sovranAngola
Province of AngolaProvinċja ta' Zaire
Isem uffiċjali M'banza-Kongo
Ismijiet oriġinali M'banza-Kongo
Ġeografija
Koordinati 6°16′S 14°15′E / 6.27°S 14.25°E / -6.27; 14.25Koordinati: 6°16′S 14°15′E / 6.27°S 14.25°E / -6.27; 14.25
Mbanza Kongo is located in Angola
Mbanza Kongo
Mbanza Kongo
Mbanza Kongo (Angola)
Superfiċjenti 0.622 kilometru kwadru
Għoli 408 m
Demografija
Popolazzjoni 148,000 abitanti (2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Rio de Janeiro

Mbanza-Kongo tinsab qrib il-fruntiera tal-Angola mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Tinsab fil-koordinati 6°16′0″S 14°15′0″E fil-quċċata ċatta ta' muntanja impressjonanti, li xi kultant tissejjaħ Mongo a Kaila (muntanja tad-diviżjoni) minħabba li leġġendi reċenti jfakkru li r-re ħoloq il-klans tar-renju u bagħathom minn hemmhekk. Fil-wied fin-Nofsinhar tnixxi x-xmara Luezi.

 
Mbanza Kongo (São Salvador) fl-1745.

Mbanza-Kongo (li qabel kienet tissejjaħ Nkumba a Ngudi, Mongo wa Kaila u Kongo dia Ngunga)[6][7] ġiet stabbilita mill-ewwel manikongo, Lukeni, f'salib it-toroq kummerċjali ewlenin.[8] Ir-Renju tal-Kongo fil-quċċata tiegħu kien estiż mill-kosta tal-Atlantiku tan-Nofsinhar tal-Afrika sax-xmara Nkisi. Il-Manikongo kien jintgħażel mill-mexxejja tal-klan biex jirrenja fuq xi 300 mil kwadru, territorju li llum il-ġurnata huwa parti minn diversi pajjiżi. Il-Portugiżi li waslu l-ewwel hemmhekk fl-1491 ivvjaġġaw għal għaxart ijiem biex jaslu hemm minn ħalq ix-xmara Kongo.[9]

L-iżjed rejiet bikrin iddokumentati kienu jirreferu għall-belt tagħhom fil-korrispondenzi tagħhom bħala "l-belt tal-Kongo" (bil-Portugiż: cidade do Congo), u isem il-belt bħala São Salvador jidher għall-ewwel darba fl-ittri ta' Álvaro I tal-Kongo (1568-1587) u baqa' jintuża mis-suċċessuri tiegħu.

Meta l-Portugiżi waslu fil-Kongo, Mbanza Kongo diġà kienet belt kbira, x'aktarx l-ikbar fl-Afrika subekwatorjali, u ittra mill-ambaxxatur Portugiż għal Liżbona qabblet id-daqs tal-belt (fi ħdan is-swar ta' ġewwa) ma' dak tal-belt Portugiża ta' Évora.[10]

Sas-snin 50 tas-seklu 16, Mbanza-Kongo ospitat komunità ta' kummerċjanti Portugiżi u missjunarji Ġiżwiti li kkonfoffaw bejniethom f'tentattiv li jegħlbu l-manikongo Diogo I Nkumbi a Mpudi.[11]

Fl-1568 il-manikongo Alvaro I tkeċċa minn Mbanza-Kongo mill-invażur Jagas, li seraq ir-rikkezzi tal-belt. Alvaro rnexxielu jerġa' jieħu r-riedni tal-belt f'idejh bl-għajnuna militari tal-Portugiżi, iżda kellu jċedilhom Luanda, is-sors tal-munita nzimbu li kienet tintuża fir-renju, bħala ħlas.[12]

 
L-istemma Portugiża ta' São Salvador.

Matul ir-renju ta' Afonso II, żdiedu binjiet tal-ġebel, inkluż palazz u diversi knejjes. Mbanza-Kongo kibret b'mod sostanzjali filwaqt li r-Renju tal-Kongo espanda u kiber ukoll. Stqarrija ekkleżjastika tas-snin 30 tas-seklu 17 sostniet li fil-belt u fil-periferiji (x'aktarx fil-widien ta' madwarha) tagħha twettqu 4,000-5,000 magħmudija, li hija ċifra konsistenti mal-popolazzjoni kumplessiva ta' 100,000 ruħ. Minn din il-popolazzjoni, x'aktarx 30,000 ruħ għexu fuq il-muntanja u l-kumplament fil-widien madwar il-belt. Fost il-binjiet importanti tagħha kien hemm xi tnax-il knisja, inkluż dik ta' São Salvador, kif ukoll kappelli u oratorji privati u palazz irjali impressjonanti ta' żewġ sulari, li kien l-unika binja simili fir-Renju tal-Kongo kollu, skont il-viżitatur Giovanni Francesco da Roma (1648).

Ir-rikkezzi tal-belt insterqu diversi drabi matul il-gwerer ċivili ta' wara l-Battalja ta' Mbwila (jew Ulanga) fl-1665, u l-belt ġiet abbandunata fl-1678. Ġiet okkupata mill-ġdid fl-1705 mis-segwaċi ta' Dona Beatriz Kimpa Vita u ġiet restawrata bħala l-belt kapitali tar-Renju tal-Kongo mir-Re Pedro IV tal-Kongo fl-1709. Qatt ma reġgħet spiċċat mingħajr popolazzjoni għalkemm il-popolazzjoni tagħha varjat b'mod sostanzjali matul is-sekli 18 u 19.[13]

Isem il-belt reġa' nbidel għal "Belt tal-Kongo" (Mbanza Kongo) ftit wara l-indipendenza tal-Angola.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Mbanza Kongo, il-Fdalijiet tal-Belt Kapitali tal-eks Renju tal-Kongo, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[4]

M'banza-Kongo għandha klima tropikali tas-savanna (Aw skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), simili għal dik ta' Kinshasa jew Pointe-Noire, ikkaratterizzata minn staġun tax-xita pjuttost twil iżda mhux qalil minn Ottubru sa Mejju, u minn staġun tan-nixfa relattivament qasir iżda kważi mingħajr xita minn Ġunju sa Settembru kkawżat mill-influwenza qawwija tal-Kurrent kiesaħ ta' Benguela matul dan il-perjodu.

Data klimatika għal M'banza-Kongo (1920-1952)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 33.5

(92.3)

37.0

(98.6)

37.7

(99.9)

35.5

(95.9)

35.0

(95.0)

32.5

(90.5)

35.0

(95.0)

32.5

(90.5)

32.0

(89.6)

35.0

(95.0)

36.0

(96.8)

32.5

(90.5)

37.7

(99.9)

Temp. għolja medja ta' kuljum f'°C (°F) 28.1

(82.6)

28.7

(83.7)

29.5

(85.1)

28.9

(84.0)

28.2

(82.8)

26.5

(79.7)

24.6

(76.3)

24.6

(76.3)

26.0

(78.8)

27.4

(81.3)

28.0

(82.4)

27.7

(81.9)

27.4

(81.3)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 24.2

(75.6)

24.6

(76.3)

25.0

(77.0)

24.7

(76.5)

24.0

(75.2)

22.0

(71.6)

20.2

(68.4)

20.2

(68.4)

21.6

(70.9)

23.4

(74.1)

24.0

(75.2)

23.9

(75.0)

23.2

(73.8)

Temp. baxxa medja ta' kuljum f'°C (°F) 20.2

(68.4)

20.5

(68.9)

20.4

(68.7)

20.5

(68.9)

19.8

(67.6)

17.5

(63.5)

15.8

(60.4)

15.8

(60.4)

17.3

(63.1)

19.3

(66.7)

20.0

(68.0)

20.1

(68.2)

18.9

(66.0)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) 16.5

(61.7)

17.1

(62.8)

16.7

(62.1)

17.2

(63.0)

14.9

(58.8)

13.0

(55.4)

12.0

(53.6)

12.3

(54.1)

13.3

(55.9)

16.4

(61.5)

17.0

(62.6)

16.5

(61.7)

12.0

(53.6)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 139

(5.5)

133

(5.2)

175

(6.9)

255

(10.0)

156

(6.1)

2

(0.1)

0

(0)

4

(0.2)

8

(0.3)

80

(3.1)

167

(6.6)

183

(7.2)

1,299

(51.1)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 9 7 10 15 10 1 0 1 1 7 13 12 86
Sors: Deutscher Wetterdienst[14]

Attrazzjonijiet

immodifika

M'banza Kongo hija magħrufa għall-fdalijiet tal-Katidral tagħha tas-Salvatur Imqaddes tal-Kongo (li nbena fl-1491), li bosta ċittadini tal-Angola jsostnu li huwa l-eqdem knisja fl-Afrika sub-Saħarjana. Il-knisja attwali, magħrufa bħala ta' São Salvador, u lokalment bħala nkulumbimbi, issa jingħad li nbniet mill-anġli f'lejla. Ġiet elevata għall-istatus ta' katidral fl-1596. Il-Papa Ġwanni Pawlu II żar is-sit matul iż-żjara tiegħu tal-Angola fl-1992.

Sit interessanti ieħor ta' importanza storika huwa l-mafkar ta' omm ir-Re Afonso I qrib l-ajruport, li jfakkar leġġenda popolari li bdiet fis-snin 80 tas-seklu 17 li r-re kien difen lil ommu ħajja minħabba li ma kinitx lesta tneħħi "idolu" li kienet tilbes ma' għonqha.

Siti importanti oħra jinkludu l-Jalankuwo, is-siġra tal-ġudizzju tal-Manikongo, li għadha preżenti fiċ-ċentru tal-belt, flimkien mas-sunguilu, struttura rettangolari b'pjan terran fejn skont it-tradizzjoni lokali jingħad li ġisem ir-re kien inħasel qabel ma ndifen. Iż-żewġ siti jinsabu fl-artijiet tal-palazz irjali u l-Mużew Irjali attwali.

Il-Mużew Irjali, li dan l-aħħar inbena mill-ġdid bħala struttura moderna, jospita kollezzjoni impressjonanti ta' artefatti mir-renju l-antik, minkejja li bosta ntilfu mill-binja preċedenti matul il-Gwerra Ċivili tal-1976-2002.

Referenzi

immodifika
  1. ^ ""M'Banza Kongo: The first Christian African city south of the Equator"". macaomagazine.net (bl-Ingliż). 2023.
  2. ^ Sean Sheehan; Jui Lin Yong; Yong Jui Lin (Jannar 2010). Angola. Marshall Cavendish. pp. 136–. ISBN 978-0-7614-4845-7.
  3. ^ "Angola: Provinces, Major Cities, Urban Localities & Urban Agglomerations - Population Statistics, Maps, Charts, Weather and Web Information". www.citypopulation.de. Miġbur 2024-01-19.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Mbanza Kongo, Vestiges of the Capital of the former Kingdom of Kongo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-19.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Three sites in Angola, Eritrea and South Africa added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-19.
  6. ^ William Graham Lister Randles, L’ancien royaume du Congo des origines à la fin du XIXe siècle, Éditions de l’École des hautes études en sciences sociales, 2013, p. 15 (bil-Franċiż).
  7. ^ Marie-Claude Dupré and Bruno Pinçon, Métallurgie et politique en Afrique centrale: deux mille ans de vestiges sur les plateaux batéké Gabon, Congo, Zaïre, KARTHALA Editions, 1997, p. 198 (bil-Franċiż).
  8. ^ Green, Toby (2020). A Fistful of Shells. Ir-Renju Unit: Penguin Books. p. 202.
  9. ^ Adam Hochschild (1998). King Leopold's Ghost. Houghton Mifflin. p. 8.
  10. ^ Pedro, Dom V. (22 December 2011). The Quantum Vision of Simon Kimbangu: Kintuadi in 3D. ISBN 9781469140360.
  11. ^ Green, Toby (2020). A Fistful of Shells. Ir-Renju Unit: Penguin Books. p. 217.
  12. ^ Green, Toby (2020). A Fistful of Shells. Ir-Renju Unit: Penguin Books. p. 218.
  13. ^ Green, Toby (2020). A Fistful of Shells. Ir-Renju Unit: Penguin Books. p. 256.
  14. ^ "Deutscher Wetterdienst" (PDF).