Mario Grech (Qala, Għawdex, 20 ta’ Frar 1957) huwa kardinal u Isqof Emeritu ta' Għawdex. Grech inħatar kardina mil-Papa Franġisku fit-28 ta' Novembru 2020. Huwa it-tielet kardinal fl-istorja tal-Knisja f'Malta u l-ewwel wieħed bħala kardinal Għawdxi.

Mario Grech
cardinal-deacon (en) Translate

28 Novembru 2020 -
secretary (en) Translate

15 Settembru 2020 -
amministratur appostoliku

2 Ottubru 2019 - 21 Awwissu 2020
Dioceses: djoċesi ta' Għawdex
isqof ta' Għawdex

26 Novembru 2005 - 2 Ottubru 2019
Nikol Cauchi - Anton Teuma
Dioceses: djoċesi ta' Għawdex
Ħajja
Twelid Qala, 20 Frar 1957 (67 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università Pontificia San Tommaso d'Aquino
Università Pontificia Lateranense
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku

Bin George u Stella, huwa twieled u tgħammed fil-parroċċa tal-Qala, iżda ta’ età żgħira familtu marret toqgħod Ta' Kerċem.

Studju u Ordinazzjoni

immodifika

Attenda l-iskola tas-Sorijiet Karmelitani u l-Iskola Primarja ta’ Kerċem. Wara li temm l-istudji tiegħu fl-Iskola Sekondarja ta’ Rabat (Għawdex), fl-1977 beda l-Kors tal-Filosofija u iktar tard dak tat-Teoloġija fis-Seminarju ta’ Għawdex.

Wara l-ordinazzjoni tiegħu fil-Katidral t’Għawdex, nhar is-26 ta’ Mejju 1984, minn idejn l-Isqof Nikol Cauchi, intbagħat Ruma fejn kiseb il-Liċenzja fil-Liġi Kanonika u Ċivili fl-Università Pontifiċja tal-Lateran. Fis-snin ta’ wara, kiseb ukoll id-Dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifiċja ta’ San Tumas t’Akwinu. Fiż-żmien li dam Ruma, barra mill-ħidma pastorali li wettaq fil-parroċċa tal-Assunzjoni fejn kien residenti, ħadem ukoll fil-kamp tal-Liġi Kanonika fit-Tribunali tal-Knisja f’Ruma, kemm fil-Vigarjat kif ukoll fis-Sacra Romana Rota.

Ħidma Pastorali f'Għawdex

immodifika

Mar-ritorn tiegħu f’Għawdex hu kien assenjat diversi ħidmiet pastorali fil-Kurja Djoċesana, fejn għal diversi snin kien l-Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Kurja.

Iktar tard, fl-1993 hu nħatar Vigarju Ġudizzjali għat-Tribunal Ekkleżjastiku ta’ Għawdex, u fl-istess waqt Imħallef fit-Tribunal tal-Knisja f’Malta.

Kien imdaħħal ukoll fil-proċess għall-Beatifikazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla Madre Margerita Debrincat, Fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Qalb ta’ Ġesù, kif ukoll fil-Proċess għall-Beatifikazzjoni ta’ Mons. Ġużeppi De Piro, Fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Fuq livell djocesan jibqa’ mfakkar is-sehem li huwa ta fit-twaqqif tar-Radju RTK u l-parteċipazzjoni tad-Djoċesi Għawdxija f’din il-kumpanija, kif ukoll fil-bini tal-Lumen Christi Media Centre.

Ħadem fost il-grupp ta’ lajċi kkonsagrati “Anawim”.

Fl-2004, Dun Mario sar Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor f’Kerċem, Għawdex.

Isqof ta' Għawdex

immodifika

Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2005, huwa ġie nominat bħala t-tmien Isqof ta’ Għawdex mill-Papa Benedittu XVI. Il-Konsagrazzjoni u l-Ingress tal-Isqof Mons. Mario Grech saru fil-Katidral ta’ Għawdex, il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2006. Huwa ġie kkonsagrat isqof mill-Isqof Nikol Cauchi, assistit minn Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta’ Malta, u l-E.T. Mons. Felix del Blanco Prieto, Nunzju Apostoliku ta’ Malta.

Fl-20 ta' Awwissu 2013, huwa nħatar President tal-Konferenza Episkopali Maltija għal tliet snin. Huwa rrapreżenta lill-Konferenza fis-Sinodu Straordinarju fuq il-Familja li sar fil-Vatikan f'Ottubru 2014. Huwa għamel intervent li ġie apprezzat ħafna minn Papa Franġisku u minn ħafna isqfijiet oħra.

Kardinal

immodifika

Nhar il-25 ta' Ottubru 2020, il-Papa Franġisku ħabbar 13-il Kardinal ġdid fosthom lill-Isqof Mario Grech, li xahar qabel kien inħatar Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet wara li kien għamel sena Pro-Segretarju. F'Lulju 2020, inħatar ukoll membru tal-Kunsill Pontifiċju għall-Għaqda bejn l-Insara. Grech inħatar Kardinal fit-28 ta’ Novembru 2020 fejn hemmek il-Papa laqqa’ l-konċistorju.[1]

Referenzi

immodifika
Titli tal-Knisja Kattolika
Predeċessur
Nikol Cauchi
Isqof ta' Għawdex
26 Novembru 2005 - 2 Ottubru 2019

Suċċessur
Anton Teuma