Margaret Abela
Margaret Abela (twieldet fl-14 ta' Marzu 1949) hija l-mara tat-tmien President tar-Repubblika ta' Malta, George Abela, u b'hekk kienet l-Ewwel Mara ta' Malta matul il-mandat tiegħu.[1]
Margaret Abela | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 14 Marzu 1949 (75 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Familja | |
Konjuga/i | George Abela |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | skrivan |
Edukazzjoni
immodifikaHija bdiet l-edukazzjoni preprimarja tagħha mas-sorijiet Franġiskani tal-Kappella tal-Pilar fil-Belt Valletta, temmet l-edukazzjoni primarja tagħha fl-Iskola Primarja ta' Sant'Iermu u l-edukazzjoni sekondarja tagħha fl-Iskola Sekondarja u Teknika ta' Marija Assunta fil-Ħamrun.
Ħajja bikrija
immodifikaWara li lestiet l-istudji tagħha, hija ħadmet full-time fid-dipartiment tal-amministrazzjoni tal-Università l-Antika ta' Malta fil-Belt Valletta, u iktar 'il quddiem f'Tal-Qroqq, l-Imsida.
Wara li żżewġet, hija wettqet xogħol amministrattiv mad-ditta tad-dritt Abela Advocates tar-raġel tagħha u sussegwentement anke tat-tifel tagħhom Robert Abela.
Ħajja personali
immodifikaHija żżewġet lil George Abela fit-23 ta' Mejju 1976 u kellhom żewġt itfal, Robert u Maria.[2] Robert Abela ħa l-ġurament u sar l-14 il-Prim Ministru ta' Malta fit-13 ta' Jannar 2020.[3]
Interessi u kontributi soċjali
immodifikaGħal bosta snin hija kienet involuta soċjalment fil-komunità tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien, fejn kienet tagħti lezzjonijiet tal-katekiżmu lit-tfal li kienu qed iħejju għall-Praċett.
Unuri
immodifika- L-Estonja: Riċevitur tal-Ewwel Klassi tal-Ordni tas-Salib ta' Terra Mariana (fil-31 ta' Mejju 2012, serje 989 - nru 98).
Ara wkoll
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Biography - The new President". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-02.
- ^ "Dr George Abela". www.gov.mt. Miġbur 2022-09-02.
- ^ "Reuters | Breaking International News & Views". Reuters (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-02.